This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0756
Commission Regulation (EC) No 756/2009 of 17 August 2009 establishing a prohibition of fishing for deep-sea sharks in Community waters and waters not under the sovereignty or jurisdiction of third countries of V, VI, VII, VIII and IX by vessels flying the flag of Portugal
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 756/2009 tas- 17 ta’ Awwissu 2009 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-klieb il-baħar tal-fond fl-ilmijiet tal-Komunità u fl-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjjiżi terzi ta’ V, VI, VII, VIII u IX min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 756/2009 tas- 17 ta’ Awwissu 2009 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-klieb il-baħar tal-fond fl-ilmijiet tal-Komunità u fl-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjjiżi terzi ta’ V, VI, VII, VIII u IX min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall
ĠU L 214, 19.8.2009, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009
19.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 214/20 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 756/2009
tas-17 ta’ Awwissu 2009
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-klieb il-baħar tal-fond fl-ilmijiet tal-Komunità u fl-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjjiżi terzi ta’ V, VI, VII, VIII u IX min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1359/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta’ sajd ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (3) jistipula kwoti għall-2009 u l-2010. |
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2009. |
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2009 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Wara dik id-data għandu jkun ipprojbit ukoll li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Awwissu 2009.
Għall-Kummissjoni
Fokion FOTIADIS
Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(2) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.
(3) ĠU L 352, 31.12.2008, p. 1.
ANNESS
Nru |
2/DSS |
Stat membru |
PRT |
Stokk |
DWS/56789- |
Speċi |
Klieb il-baħar tal-fond |
Żona |
Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ V, VI, VII, VIII u IX |
Data |
it-23 ta’ Lulju 2009 |