Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0721

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 721/2009 tas- 6 ta’ Awwissu 2009 dwar l-offerti kkomunikati għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 676/2009

    ĠU L 205, 7.8.2009, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/721/oj

    7.8.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 205/19


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 721/2009

    tas-6 ta’ Awwissu 2009

    dwar l-offerti kkomunikati għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 676/2009

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 144(!) tiegħu, b'rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 676/2009 (2) fetaħ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni fi Spanja tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi.

    (2)

    Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall (3), il-Kummissjoni tista', skont il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, tiddeċiedi li ma tilqa' l-ebda waħda mill-offerti.

    (3)

    B'qies partikulari għall-kriterji msemmija fl-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008, mhuwiex f' loku li jsir tnaqqis massimu fid-dazju.

    (4)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ma għandha tintlaqa' l-ebda offerta minn dawk ikkomunikati bejn it-28 ta’ Lulju u is-6 ta’ Awwissu 2009 fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti għat-tnaqqis fid-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 676/2009.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Awwissu 2009.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Awwissu 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 196, 28.7.2009, p. 6.

    (3)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.


    Top