Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0717

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 717/2009 tal- 4 ta’ Awwissu 2009 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    ĠU L 205, 7.8.2009, p. 3–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/717/oj

    7.8.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 205/3


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 717/2009

    tal-4 ta’ Awwissu 2009

    li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u speċjalment Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hu neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

    (3)

    Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna Nru (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna Nru (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna Nru (3) ta’ dik it-tabella.

    (4)

    Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

    (5)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.

    Artikolu 2

    Informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’IL-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Awwissu 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Antonio TAJANI

    Viċi-President


    (1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

    (2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


    ANNESS

    Deskrizzjoni tal-prodotti

    Klassifikazzjoni

    (Kodiċi NM)

    Raġunijiet

    (1)

    (2)

    (3)

    1.

    Appartat, ta’ qisien ġenerali ta’ madwar 8,7 ċm (Tul) × 5,4 ċm (Wisa’) × 1,8 ċm (Dijametru), li jinżamm fl-idejn, jaħdem bil-batteriji u li jista’ jintewa, imdawwar b’kisi uniku u li għandu:

    tastiera alfa-numerika bħal dik li tintuża fis-settijiet tat-telfon ċellulari;

    skrin b’kulur wieħed tat-tip li jinsab f’ apparat li juża l-kristalli likwidi (“LCD”) b’qisien dijagonali tal-iskrin ta’ madwar 5 ċm (2 pulzieri).

    skrin tal-kulur ieħor rettangolari tat-tip LCD b’qisien djagonali ta’ żewġ ċm (0.8 ta’ pulzier);

    kamera diġitali ta’ żewġ megapiksils b’żum diġitali;

    xaqq għal kard f’qagħda solida mhux volatili biex jinżamm id-dejta fuqu li ma jissuperax l-4 GB (Gigabajts); kif ukoll

    port tal-USB [Universal Serial Bus] biex tirriċarġja il-batterija, għal skambju ta’ dejta u biex tiġi konnessa kuffja esterna tal-widna.

    L-appart huwa magħmul minn:

    mikroproċessur;

    mikrofonu u lawdspiker;

    memorja “flash” ta’ 128-ilGB (Gigabajts) li tinsab diġà fl-apparat; kif ukoll

    riċevitur tat-televiżjoni tat-tip DVB-T.

    L-apparat għandu sistema operattiva integrata tat-telefonija mobbli li tkopri n-netwerk ċellulari li tista’ tiġi attivata meta SIM kard huwa inserit fih.

    L-apparat għandu l-funzjonijiet li ġejjin:

    komunikazzjoni tat-telefon mobbli li tkopri n-netwerk ċellulari;

    trażmissjoni mingħajr wajer u r-reċezzjoni ta’ immagini jew dejta oħra (bħal SMS (Servizz ta’ Messaġġi fil-Qosor), MMS (Servizz għall-Messaġġi Multimidja), l-e-mail eċċ;

    l-irrekordjar u l-produzzjoni mill-ġdid tal-ħoss kif ukoll ta’ immagni viżwali; kif ukoll

    ir-reċezzjoni ta’ sinjali tat-televiżjoni (DVB-T).

    L-apparat jaħdem ukoll bl-użu ta’ protokolli ta’ komunikazzjoni mingħajr wajer oħra bħal “Bluetooth”.

    8517 12 00

    Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 3 għas-Sezzjoni XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8517 u 8517 12 00 .

    L-apparat huwa magna komposta, magħmula minn komponenti differenti.

    Peress li l-apparat ġie ddisinjat biex ikun mgħammar b’SIM (Modulu li Jiddentifika l-Abbonat) u peress li, meta l-apparat huwa mgħammar b’SIM li ġie attivat, il-funżjoni tat-telefonija mobbli tieħu preċedenza fuq il-funzjonijiet tal-apparat kollha l-oħra (b’mod partikolari, it-telefonati rċevuti jieħdu prijorità fuq il-funzjonijiet kollha l-oħra li jintużaw), il-funzjoni prinċipali tal-apparat fi ħdan it-tifsira tan-Nota 3 tas-Sezzjoni XVI hija meqjusa bħala komunikazzjoni permezz ta’ sett tat-telefon ċellulari li tkopri netwerk ċellulari kif previst fl-intestatura 8517 (sotto intestatura 8517 12 00 ).

    Għalhekk l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt is-sotto intestatura 8517 12 00 bħala telefon għan-netwerks ċellulari skont il-komponent li jħaddem il-funzjoni prinċipali tal-apparat.

    2.

    Appartat, ta’ qisien ġenerali ta’ madwar 10,9 ċm (Tul) × 5,9 ċm (Wisa’) × 1,9 ċm (Dijametru), li jinżamm fl-idejn, jaħdem bil-batteriji u li jista’ jintewa, imdawwar b’kisi uniku u li għandu:

    skrin tal-kulur tat-tip li jinsab f’tagħmir li juża l-kristalli likwidi (“LCD”) b’qisien dijagonali ta’ madwar 7 ċm (2.8 pulzieri), li jinkorpora tastiera alfa-numerika tat-tip “touch screen”;

    kamera diġitali ta’ 1,92 megapiksils b’żum ottiku diġitali;

    xaqq għal kard f’qagħda solida mhux volatili biex jinżamm id-dejta fuqu li ma jissuperax l-4 GB (Gigabajts); kif ukoll

    port USB [Universal Serial Bus]; kif ukoll

    konnessjoni biex tirriċarġja l-batterija.

    L-apparat huwa magħmul minn:

    mikroproċessur;

    mikrofonu u lawdspiker;

    memorja “random-access” ta’ 64 Mb (Megabajts) li tinsab diġà fl-apparat

    memorja li tinsab diġà fl-apparat, li taqra minnha biss u li tista’ titħassar u tiġi pprogrammata mill-ġdid b’mod elettroniku, b’kapaċità ta’ ħżin ta’ 256 Mb (Megabajts);

    antenna għar-riċeviment ta’ sinjali ta’ navigazzjoni tar-radju minn satelliti, u

    modulu GPS (Sistema biex tfittex Pożizzjoni Globali)

    L-apparat għandu sistema operattiva integrata tat-telefonija mobbli li tkopri n-netwerk ċellulari li tista’ tiġi attivata meta SIM kard huwa inserit fih.

    L-apparat għandu l-funzjonijiet li ġejjin:

    komunikazzjoni tat-telefon mobbli li tkopri n-netwerk ċellulari;

    trażmissjoni mingħajr wajer u r-reċezzjoni ta’ immagini jew dejta oħra (bħal SMS (Servizz ta’ Messaġġi fil-Qosor), MMS (Servizz għall-Messaġġi Multimidja), l-e-mail eċċ;

    assistent personali diġitali;

    l-irrekordjar u l-produzzjoni mill-ġdid tal-ħoss kif ukoll ta’ immagni viżwali; kif ukoll

    sistema tar-radju għan-navigazzjoni bis-satellita fil-forma ta’ Sistema ta’ Pożizzjonament Globali (GPS).

    L-apparat jaħdem ukoll bl-użu ta’ protokolli ta’ komunikazzjoni mingħajr wajer oħra bħal “Bluetooth” u LAN mingħajr wajer [Network li jkopri Żona Lokali] (802.11b + g).

    8517 12 00

    Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 3 għas-Sezzjoni XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8517 u 8517 12 00 .

    L-apparat huwa magna komposta, magħmula minn komponenti differenti.

    Peress li l-apparat ġie ddisinjat biex ikun mgħammar b’SIM (Modulu li Jiddentifika l-Abbonat) u peress li, meta l-apparat huwa mgħammar b’SIM li ġie attivat, il-funżjoni tat-telefonija mobbli tieħu preċedenza fuq il-funzjonijiet tal-apparat kollha l-oħra (b’mod partikolari, it-telefonati rċevuti jieħdu prijorità fuq il-funzjonijiet kollha l-oħra li jintużaw), il-funzjoni prinċipali tal-apparat fi ħdan it-tifsira tan-Nota 3 tas-Sezzjoni XVI hija meqjusa bħala komunikazzjoni permezz ta’ sett tat-telefon ċellulari li tkopri netwerk ċellulari kif previst fl-intestatura 8517 (sotto intestatura 8517 12 00 ).

    Għalhekk l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt is-sotto intestatura 8517 12 00 bħala telefon għan-netwerks ċellulari skont il-komponent li jħaddem il-funzjoni prinċipali tal-apparat.

    3.

    Appartat, ta’ qisien ġenerali ta’ madwar 11,1 cm (Tul) × 6,18 cm (Wisa’) × 0,85 cm (Dijametru), li jinżamm fl-idejn u li jaħdem bil-batteriji, imdawwar b’kisi uniku u li għandu:

    tastiera alfa-numeriku bħalma tintuża fis-settijiet tat-telfon ċellulari tat-tip “touch screen”;

    skrin tal-kulur tat-tip li jinsab f’apparat li juża l-kristalli likwidi (“LCD”) b’qisien dijagonali ta’ madwar 8,9 ċm (3.5 pulzieri) u b’format li juża skrin wiesa’.

    kamera diġitali ta’ żewġ megapiksils;

    port USB [Universal Serial Bus]; kif ukoll

    konnessjoni biex tirriċarġja l-batterija.

    L-appart huwa magħmul minn:

    mikroproċessur;

    mikrofonu u lawdspiker;

    memorja “flash” ta’ 16-il GB (Gigabajts) li tinsab diġà fl-apparat; kif ukoll

    antenna għar-reċezzjoni ta’ sinjali ta’ navigazzjoni tar-radju minn satelliti.

    L-apparat għandu sistema operattiva integrata tat-telefonija mobbli li tkopri n-netwerk ċellulari li tista’ tiġi attivata meta SIM kard huwa inserit fih.

    L-apparat għandu l-funzjonijiet li ġejjin:

    komunikazzjoni tat-telefon mobbli li tkopri n-netwerk ċellulari;

    trażmissjoni mingħajr wajer u r-reċezzjoni ta’ immagini jew dejta oħra (bħal SMS (Servizz ta’ Messaġġi fil-Qosor), MMS (Servizz għall-Messaġġi Multimidja), l-e-mail eċċ;

    l-irrekordjar u l-produzzjoni mill-ġdid tal-ħoss kif ukoll ta’ immagni viżwali; kif ukoll

    sistema tar-radju għan-navigazzjoni bis-satellita fil-forma ta’ Sistema ta’ Pożizzjonament Globali (GPS).

    L-apparat jaħdem ukoll bl-użu ta’ protokolli ta’ komunikazzjoni mingħajr wajer oħra bħal “Bluetooth” u LAN mingħajr wajer [Network li jkopri Żona Lokali] (802.11b + g).

    8517 12 00

    Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 3 għas-Sezzjoni XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8517 u 8517 12 00 .

    L-apparat huwa magna komposta, magħmula minn komponenti differenti.

    Peress li l-apparat ġie ddisinjat biex ikun mgħammar b’SIM (Modulu li Jiddentifika l-Abbonat) u peress li, meta l-apparat huwa mgħammar b’SIM li ġie attivat, il-funżjoni tat-telefonija mobbli tieħu preċedenza fuq il-funzjonijiet tal-apparat kollha l-oħra (b’mod partikoalri, it-telefonati rċevuti jieħdu prijorità fuq il-funzjonijiet kollha l-oħra li jintużaw), il-funzjoni prinċipali tal-apparat fi ħdan it-tifsira tan-Nota 3 tas-Sezzjoni XVI titqies bħala komunikazzjoni permezz ta’ sett tat-telefon ċellulari li tkopri netwerk ċellulari kif previst fl-intestatura 8517 (sotto intestatura 8517 12 00 ).

    Għalhekk l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt is-sotto intestatura 8517 12 00 bħala telefon għan-netwerks ċellulari skont il-komponent li jħaddem il-funzjoni prinċipali tal-apparat.


    Top