This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0694
Commission Regulation (EC) No 694/2009 of 30 July 2009 on the issue of import licences for applications lodged for the period 1 July 2009 to 30 June 2010 under the tariff quota opened by Regulation (EC) No 748/2008 for frozen thin skirt of bovine animals
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 694/2009 tat- 30 ta’ Lulju 2009 dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu mill- 1 ta’ Lulju 2009 sat- 30 ta’ Ġunju 2010 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 748/2008 għall-falda rqiqa ffriżata tal-bovini
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 694/2009 tat- 30 ta’ Lulju 2009 dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu mill- 1 ta’ Lulju 2009 sat- 30 ta’ Ġunju 2010 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 748/2008 għall-falda rqiqa ffriżata tal-bovini
ĠU L 199, 31.7.2009, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 199/14 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 694/2009
tat-30 ta’ Lulju 2009
dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 748/2008 għall-falda rqiqa ffriżata tal-bovini
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/2008 sat-30 ta' Lulju 2008 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni għall-falda rqiqa ffriżata tal-bovini koperta bil-kodiċi tan-NM 0206 29 91 (3) fetaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tal-bovini. |
(2) |
L-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat safejn għandhom jinħarġu liċenzji ta' l-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu japplika għall-kwantitajiet mitluba, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni koperti bil-kwota tariffarja li ġġib in-numru tas-serje 09.4020 u li tressqu għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010 skond ir-Regolament (KE) Nru 748/2008 għandhom jinħarġu skond koeffiċjent ta’ allokazzjoni ta’ 9,164852 %.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ il-31 ta’ Lulju 2009
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) ĠU L 202, 31.7.2008, p. 28.