This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0680
Council Regulation (EC) No 680/2009 of 27 July 2009 amending Regulation (EC) No 423/2007 concerning restrictive measures against Iran
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 680/2009 tas- 27 ta’ Lulju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 423/2007 tad- 19 ta’ April 2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 680/2009 tas- 27 ta’ Lulju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 423/2007 tad- 19 ta’ April 2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
ĠU L 197, 29.7.2009, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
29.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 197/17 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 680/2009
tas-27 ta’ Lulju 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 423/2007 tad-19 ta’ April 2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/652/PESK tas-7 ta’ Awwissu 2008 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1110/2008 tal-10 ta’ Novembru 2008 (2) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 423/2007 (3) impona miżuri restrittivi addizzjonali skont il-Pożizzjoni Komuni 2008/652/PESK, u b’mod partikolari obbligu ta’ notifika minn qabel fir-rigward ta’ ċerti vjeġġi lejn u mill-Iran |
|
(2) |
Għal raġunijiet tekniċi, sar provvediment għal derogi mir-regoli għall-implimentazzjoni ta’ dak l-obbligu ta’ notifika minn qabel matul perijodu ta’ transizzjoni. Minħabba li l-komplessità tar-regoli ta’ implimentazzjoni għal din il-miżura rriżultat f’dewmien mhux previst fl-implimentazzjoni tagħha, il-perijodu ta’ transizzjoni għandu jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 2010. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 għalhekk għandu jiġi emendat kif ġej, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-raba’ u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 4a tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 huma b’dan sostitwiti b’dan li ġej:
“Sal-31 ta’ Diċembru 2010, id-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u l-ħruġ u l-elementi adizzjonali meħtieġa msemmija f’dan l-Artikolu jistgħu jiġu ppreżentati bil-miktub, bl-użu ta’ informazzjoni kummerċjali, portwali jew tat-trasport, bil-kondizzjoni li din tkun tinkludi d-dettalji neċessarji.
Mill-1 ta’ Jannar 2011, l-elementi addizzjonali meħtieġa msemmija f’dan l-Artikolu għandhom ikunu ppreżentati bil-miktub jew bl-użu tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor ta’ dħul u ħruġ, kif ikun adatt.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
C. BILDT