This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0674
Commission Regulation (EC) No 674/2009 of 22 July 2009 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 674/2009 tat- 22 ta’ Lulju 2009 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Maqgħuda
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 674/2009 tat- 22 ta’ Lulju 2009 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Maqgħuda
ĠU L 196, 28.7.2009, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
28.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 196/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 674/2009
tat-22 ta’ Lulju 2009
li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Maqgħuda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Maqgħuda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hu neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanzija msemmija fil-kolonna 1 tat-tabella li tinsab fl-Anness għandha tkun ikklassifikata taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2, għar-raġunijiet imsemmija fil-kolonna 3 ta’ dik it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li tirrigwarda l-klassifikazzjoni tal-prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mfassla fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Maqgħuda taħt il-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2 ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
Figurin tal-plastik użat bħala dispenser għoli 23 ċm u li l-forma tiegħu hi tonda b’idejn u saqajn li jiffurmaw futbol plejer fuq pedestall. Il-prodott se jkun mimli bil-ħelu. Meta id waħda tiċċaqlaq il-ħelu se joħroġ minn fetħa f’forma tonda li tinsab f’ġismu. |
3926 90 97 |
Il-klassifikazzjoni hi determinata mir-Regoli Ġenerali numru 1 u 6 dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 1 (v) tal-Kapitolu 95 u l-kliem tal-kodiċi NM 3926 , 3926 90 u 3926 90 97 . Id-dispenser tal-plastik tal-ħelu m’għandux il-karatteristika ta’ ġugarell peress li dan jagħti biss ħelu u m’għandux valur reali ta’ logħob waħdu. Il-prodott m’għandux il-karatteristika tal-oġġetti tal-kċina jew oġġetti oħra għad-dar tal-intestatura 3924 . Dan il-prodott, li hu wżat bħala ħażna tal-ħelu, għandu funzjoni utilitarja skont it-tifsira tan-Nota 1 (v) tal-Kapitolu 95 u għalhekk għandu jiġi kklassifikat skont il-materjal kostituenti tiegħu taħt il-kodiċi NM 3926 90 97 . |