EUR-Lex Acces la dreptul Uniunii Europene

Înapoi la prima pagină EUR-Lex

Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex

Document 32009R0646

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 646/2009 tat- 23 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2010 ta’ fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar il-qsim ta’ riżorsi intra-familjari

ĠU L 192, 24.7.2009, p. 3-10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Statutul juridic al documentului care este în vigoare

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/646/oj

24.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 192/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 646/2009

tat-23 ta’ Lulju 2009

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2010 ta’ fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar il-qsim ta’ riżorsi intra-familjari

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 li jirrigwardja l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 15(2)(f) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika Komunitarja dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet ta’ għixien, li tinkludi informazzjoni komparabbli u f’waqtha li tkun rappreżentattiva u lonġitudinali, dwar id-dħul u l-livell u l-kompożizzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fuq livelli nazzjonali u Ewropej.

(2)

Skont l-Artikolu 15(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003, miżuri ta’ implimentazzjoni huma meħtieġa għal-lista ta’ żoni sekondarji fil-mira u fatturi varjabbli li għandhom jiġu inklużi kull sena fil-komponent rappreżentattiv tal-UE-SILC. Għall-2010, il-lista ta’ fatturi varjabbli sekondarji inkluża fil-modulu dwar il-qsim ta’ riżorsi intra-familjari għandhom ikunu stabbiliti, flimkien mal-kodiċijiet u d-definizzjonijiet varjabbli korrispondenti.

(3)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku mwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista ta’ fatturi varjabbli sekondarji fil-mira, il-kodiċijiet varjabbli u d-definizzjonijiet għall-modulu 2010 dwar il-qsim ta’ riżorsi intra-familjari li għandhom jiġu inklużi fil-komponent rappreżentattiv tal-istatistika Komunitarja dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC), għandhom ikunu hekk kif stipulat fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 165, 3.7.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.


ANNESS

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw l-unitajiet, metodi ta’ ġbir tal-informazzjoni, perjodu ta’ referenza u l-arranġamenti tat-trażmissjoni tal-informazzjoni li ġejjin.

(1)   Unitajiet

Is-seba’ fatturi varjabbli obligatorji marbuta mar-reġim u t-tmexxija tal-finanzi tal-familja huma mitluba fuq livell tan-nies kollha li jgħixu fid-dar.

Il-fatturi l-oħra kollha varjabbli f’dan il-modulu huma mitluba fuq livell personali u għandhom is-sitwazzjoni attwali bħala l-perjodu ta’ referenza. Huma għandhom x’jaqsmu ma’ żewġ tipi ta’ unitajiet.

Il-fatturi varjabbli li għandhom x’jaqsmu mal-kontribuzzjoni għall-baġit komuni tal-familja, aċċess għall-kont tal-bank, l-abilità tad-deċiżjoni dwar l-ispejjeż, l-użu tal-ħin u l-infiq għandhom ikunu provduti għal kull membru attwali li jgħix fid-dar jew, jekk hu applikabbli, għal dawk kollha magħżula li jwieġbu u li għandhom 16-il sena u fuqhom li jgħixu f’familja b’tal-inqas żewġ persuni li għandhom 16-il sena u fuqhom.

Il-fatturi varjabbli li għandhom x’jaqsmu mat-teħid tad-deċiżjonijiet (kemm speċifiċi u kemm ġenerali) u mat-tul tal-koabitazzjoni tal-imsieħba għandhom ikunu provduti għal kull membru attwali li jgħix fid-dar jew, jekk applikabbli, għal dawk kollha magħżula li jwieġbu u li għandhon 16-il sena u fuqhom li jgħixu ma’ sieħeb/sieħba.

(2)   Metodi ta’ ġbir tal-informazzjoni

Għal fatturi varjabbli mitluba fil-livell tal-membri fil-familja (it-taqsima 1 fil-lista hawn taħt), il-metodu ta’ ġbir tal-informazzjoni hu intervista personali mal-membru fid-dar li jwieġeb.

Għal fatturi varjabbli mitluba f’livell individwali (it-taqsima 2 u 3 fil-lista hawn taħt), il-metodu ta’ ġbir ta’ informazzjoni hu intervista personali mal-membri attwali li jgħixu fid-dar li għandhom 16-il sena u ‘l fuq jew, jekk applikabbli, mal-familja magħżula biex twieġeb.

Minħabba l-karatteristiċi tal-informazzjoni li għandha tinġabar, huma permessi biss intervisti personali (intervisti bil-prokura jkunu eċċezzjoni għall-persuni li jkunu nieqsa temporanjament jew b’diżabilità).

(3)   Perjodu ta’ referenza

Il-fatturi varjabbli kollha fil-mira għandhom x’jaqsmu mas-sitwazzjoni attwali bħala perjodu ta’ referenza.

(4)   Trażmissjoni tal-informazzjoni lil Eurostat

Il-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar “il-qsim ta’ riżorsi intra-familjari” għandhom jintbagħtu lill-Eurostat jew fil-fajl tal-informazzjoni tal-membri fid-djar (H) inkella fil-fajl tal-informazzjoni personali (P) wara l-fatturi varjabbli primarji fil-mira.

OQSMA U LISTA TA’ FATTURI VARJABBLI FIL-MIRA

Modulu 2010

Qsim ta’ riżorsi intra-familjari

Isem tal-fattur varjabbli

Kodiċi

Fattur varjabbli fil-mira

1.    Oġġetti mitluba fuq livell individwali – obligatorja

HA010

 

Reġim tal-finanzi tal-familja

1

Inqisu d-dħul kollu bħala riżorsi komuni

2

Inqisu biċċa mid-dħul bħala riżorsi komuni u l-bqija bħala riżorsi privati

3

Inqisu d-dħul kollu bħala riżorsi privati tal-persuna li tirċevih

4

Ma għandna l-ebda dħul fil-familja

HA010_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-4

Familja b’persuna singola jew familja b’inqas minn żewġ persuni ta’ 16-il sena u ‘l fuq.

HA010

 

Tmexxija tal-finanzi komuni tal-familja

1

Membru wieħed jew iktar tal-familja

2

Mill-inqas persuna waħda fil-familja u mill-inqas persuna waħda barra mill-familja hi involuta fit-tmexxija tal-finanzi komuni tal-familja.

3

L-ebda persuna fil-familja u mill-inqas persuna waħda barra mill-familja hi involuta fit-tmexxija tal-finanzi komuni tal-familja.

4

Ma hemmx finanzi komuni tal-familja

HA020_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-4

Familja b’persuna singola jew familja b’inqas minn żewġ persuni ta’ 16-il sena u ‘l fuq.

HA010

 

Numru tal-identità tal-persuna 1 li tmexxi l-finanzi tal-familja

Numru tal-identità

Numru tal-identità personali tal-persuna 1

HA030_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

HA020≠1,2

HA010

 

Numru tal-identità tal-persuna 2 li tmexxi l-finanzi tal-familja

Numru tal-identità

Numru tal-identità personali tal-persuna 2

HA040_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

HA020≠1,2 jew inqas minn 2 persuni fil-familja involuti fit-tmexxija finanzjarja tal-familja

HA010

 

Numru tal-identità tal-persuna 3 li tmexxi l-finanzi tal-familja

Numru tal-identità

Numru tal-identità personali tal-persuna 3

HA050_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

HA020≠1,2 jew inqas minn 3 persuni fil-familja involuti fit-tmexxija finanzjarja tal-familja

HA060

 

Numru tal-identità tal-persuna 4 li tmexxi l-finanzi tal-familja

Numru tal-identità

Numru tal-identità personali tal-persuna 4

HA060_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

HA020≠1,2 jew inqas minn 4 persuni fil-familja involuti fit-tmexxija finanzjarja tal-familja

HA070

 

Numru tal-identità tal-persuna 5 li tmexxi l-finanzi tal-familja

Numru tal-identità

Numru tal-identità personali tal-persuna 5

HA070_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

HA020≠1,2 jew inqas minn 5 persuni fil-familja involuti fit-tmexxija finanzjarja tal-familja

2.    Oġġetti mitluba fuq livell individwali – obligatorja

PA010

 

Il-proporzjon tad-dħul personali miżmum separat mill-baġit komuni tal-familja

1

Id-dħul personali kollu tiegħi

2

Iktar min-nofs tad-dħul personali tiegħi

3

Kważi n-nofs tad-dħul personali tiegħi

4

Inqas min-nofs tad-dħul personali tiegħi

5

Xejn

6

Min wieġeb ma għandu l-ebda dħul personali

PA010_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-3

Ma kinetx magħżula persuna li twieġeb

-4

Familja b’persuna singola jew familja b’inqas minn żewġ persuni ta’ 16-il sena u ‘l fuq.

PA010

 

Aċċess għall-ktieb tal-bank

1

Iva

2

Le

PA020_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-3

Ma kinetx magħżula persuna li twieġeb

-4

Familja b’persuna singola jew familja b’inqas minn żewġ persuni ta’ 16-il sena u ‘l fuq.

PA010

 

Teħid tad-deċiżjonijiet dwar ix-xiri ta’ kuljum

1

Iktar jiena

2

Ibbilanċjat

3

Iktar is-sieħeb tiegħi

PA030_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

Il-persuna li twieġeb mhix parti minn koppja li tgħix fid-dar (RB240_F=-2)

-3

Ma kinetx magħżula persuna li twieġeb

-4

Familja b’persuna singola jew familja b’inqas minn żewġ persuni ta’ 16-il sena u ‘l fuq.

PA010

 

Teħid tad-deċiżjonijiet dwar spejjeż importanti marbuta mal-ulied

1

Iktar jiena

2

Ibbilanċjat

3

Iktar is-sieħeb tiegħi

PA040_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

Il-persuna li twieġeb mhix parti minn koppja li tgħix fid-dar (RB240_F=-2) jew koppja mhux responsabbli għall-ulied (nanniet, ġenituri singoli li jgħixu ma’ koppja)

-3

Ma kinetx magħżula persuna li twieġeb

-4

Familja b’persuna singola jew familja mingħajr ulied ta’ inqas minn 16-il sena jew familja b’inqas minn żewġ persuni ta’ 16-il sena u ‘l fuq.

PA010

 

Teħid ta’ deċiżjonijiet dwar spejjeż ta’ xiri ta’ prodotti dewwiema u għamara

1

Iktar jiena

2

Ibbilanċjat

3

Iktar is-sieħeb tiegħi

4

Qatt ma nqala’ l-każ

PA050_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

Il-persuna li twieġeb mhix parti minn koppja li tgħix fid-dar (RB240_F=-2)

-3

Ma kinetx magħżula persuna li twieġeb

-4

Familja b’persuna singola jew familja b’inqas minn żewġ persuni ta’ 16-il sena u ‘l fuq.

PA060

 

Teħid tad-deċiżjonijiet dwar is-self tal-flus

1

Iktar jiena

2

Ibbilanċjat

3

Iktar is-sieħeb tiegħi

4

Qatt ma nqala’ l-każ

PA060_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

Il-persuna li twieġeb mhix parti minn koppja li tgħix fid-dar (RB240_F=-2)

-3

Ma kinetx magħżula persuna li twieġeb

-4

Familja b’persuna singola jew familja b’inqas minn żewġ persuni ta’ 16-il sena u ‘l fuq.

PA070

 

Teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-użu tat-tfaddil

1

Iktar jiena

2

Ibbilanċjat

3

Iktar is-sieħeb tiegħi

4

Ma għandniex tfaddil (komuni)

5

Qatt ma nqala’ l-każ

PA070_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

Il-persuna li twieġeb mhix parti minn koppja li tgħix fid-dar (RB240_F=-2)

-3

Ma kinetx magħżula persuna li twieġeb

-4

Familja b’persuna singola jew familja b’inqas minn żewġ persuni ta’ 16-il sena u ‘l fuq.

PA080

 

Teħid ta’ deċiżjonijiet – ġenerali

1

Iktar jiena

2

Ibbilanċjat

3

Iktar is-sieħeb tiegħi

PA080_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

Il-persuna li twieġeb mhix parti minn koppja li tgħix fid-dar (RB240_F=-2)

-3

Ma kinetx magħżula persuna li twieġeb

-4

Familja b’persuna singola jew familja b’inqas minn żewġ persuni ta’ 16-il sena u ‘l fuq.

PA090

 

L-abilità li tiddeċiedi dwar l-ispejjeż għall-konsum personali tiegħek, attivitajiet ta’ mistrieħ u passatempi tiegħek

1

Iva, dejjem jew kważi dejjem

2

Iva, kultant

3

Qatt jew kważi qatt

PA090_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-3

Ma kinetx magħżula persuna li twieġeb

-4

Familja b’persuna singola jew familja b’inqas minn żewġ persuni ta’ 16-il sena u ‘l fuq.

PA100

 

L-abilità li tiddeċiedi dwar ix-xiri tal-bżonnijiet tal-ulied (inkluż l-għoti ta’ flus fil-but – “pocket money”)

1

Iva, dejjem jew kważi dejjem

2

Iva, kultant

3

Qatt jew kważi qatt

PA100_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-3

Ma kinetx magħżula persuna li twieġeb

-4

Familja b’persuna singola jew familja mingħajr ulied ta’ inqas minn 16-il sena jew familja b’inqas minn żewġ persuni ta’ 16-il sena u ‘l fuq.

PA110

 

Tul tal-koabitazzjoni tal-imsieħba

0-99

Numru ta’ snin

PA110_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

m/a (ma hemmx sieħeb jew is-sieħeb mhux membru tal-familja)

-3

Ma kinetx magħżula persuna li twieġeb

-4

Familja b’persuna singola jew familja b’inqas minn żewġ persuni ta’ 16-il sena u ‘l fuq.

3.    Oġġetti mitluba fuq livell individwali – mhux tabilfors

PA120

 

Ħin imqatta’ fl-ivvjaġġar lejn ix-xogħol u lura

0-99

Siegħat kull ġimgħa

PA120_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

m/a (PL030≠1,2)

-3

Ma kinetx magħżula persuna li twieġeb

-4

Familja b’persuna singola jew familja b’inqas minn żewġ persuni ta’ 16-il sena u ‘l fuq.

-5

Mhux mitluba

PA130

 

Ħin imqatta’ fil-mistrieħ

0-99

Siegħat kull ġimgħa

PA130_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-3

Ma kinetx magħżula persuna li twieġeb

-4

Familja b’persuna singola jew familja b’inqas minn żewġ persuni ta’ 16-il sena u ‘l fuq.

-5

Mhux mitluba

PA140

 

Ħin imqatta’ fix-xogħol tad-dar, kura tal-ulied u kura ta’ dipendenti oħra

0-99

Siegħat kull ġimgħa

PA140_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-3

Ma kinetx magħżula persuna li twieġeb

-4

Familja b’persuna singola jew familja b’inqas minn żewġ persuni ta’ 16-il sena u ‘l fuq.

-5

Mhux mitluba

PA150

 

Flus minfuqa kull xahar għal użu personali

0+

Munita nazzjonali kull xahar

PA150_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-3

Ma kinetx magħżula persuna li twieġeb

-4

Familja b’persuna singola jew familja b’inqas minn żewġ persuni ta’ 16-il sena u ‘l fuq.

-5

Mhux mitluba

PA160

 

Flus minfuqa kull xahar għall-ulied mill-persuna intervistata

0+

Munita nazzjonali kull xahar

PA160_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-3

Ma kinetx magħżula persuna li twieġeb

-4

Familja b’persuna singola jew mingħajr ulied ta’ inqas minn 16-il sena jew familja b’inqas minn żewġ persuni ta’ 16-il sena u ‘l fuq.

-5

Mhux mitluba


Sus