EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0620

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 620/2009 tat- 13 ta' Lulju 2009 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja tal-importazzjoni għaċ-ċanga ta’ kwalità għolja

ĠU L 182, 15.7.2009, p. 25–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2012; Imħassar b' 32012R0481

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/620/oj

15.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 620/2009

tat-13 ta' Lulju 2009

li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja tal-importazzjoni għaċ-ċanga ta’ kwalità għolja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 144(1) u l-Artikolu 148 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 (2) jiftaħ, fuq bażi multiannwali, kwota tariffarja awtonoma tal-importazzjoni ta’ 20 000 tunnellata ċanga ta’ kwalità għolja. L-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament jipprovdi li l-kwota tariffarja għandha tiġi amministrata mill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 144 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Għaldaqstant, għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-amministrazzjoni ta’ dik il-kwota.

(2)

Il-kwota msemmija għandha tiġi amministrata bl-użu ta’ liċenzji tal-importazzjoni. Għaldaqstant, għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar it-tressiq ta’ applikazzjonijiet kif ukoll dwar it-tagħrif li għandhom jinkludu l-applikazzjonijiet u l-liċenzji. Fejn meħtieġ, dan jista’ jsir permezz ta’ deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (3), kif ukoll minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 tal-21 ta’ April 2008 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (4).

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti [tariffarji] fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni (5) jistipula dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni, l-istatus tal-applikanti u l-ħruġ tal-liċenzji. Ir-Regolament imsemmi jillimita l-perjodu tal-validità tal-liċenzji sal-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġin għall-kwota koperta mir-Regolament (KE) Nru 617/2009, bla ħsara għal kundizzjonijiet addizzjonali stipulati f’dan ir-Regolament.

(4)

Biex jiġi żgurat fluss regolari ta’ importazzjonijiet, jaqbel li kull perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni jinqasam f’għadd ta’ subperjodi.

(5)

Ir-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti importati taħt il-kwota koperta mir-Regolament (KE) Nru 617/2009 għandu jkun soġġett għat-tressiq ta’ ċertifikat ta’ awtentiċità maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur. Il-ħruġ ta’ dawn iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità għandu jiggarantixxi li l-prodotti importati jikkwalifikaw bħala ċanga ta’ kwalità għolja kif iddefinita f’dan ir-Regolament. Għandhom jiġu speċifikati l-forma u t-tqassim taċ-ċertifikati ta’ awtentiċità kif ukoll il-proċeduri għall-użu tagħhom. Iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet fil-pajjiżi terzi, li jagħtu l-garanziji kollha meħtieġa biex jiġi aċċertat li l-arranġamenti kkonċernati jitħaddmu kif jixraq.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 617/2009 jipprovdi li l-kwota tariffarja tal-importazzjoni tinfetaħ mill-1 ta’ Awwissu 2009. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess ġurnata.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

1.   Dan ir-Regolament jistipula regoli għall-amministrazzjoni tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni taċ-ċanga ta’ kwalità għolja, ipprovduta fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 617/2009 (minn hawn ‘il quddiem “il-kwota tariffarja”).

2.   Dan ir-Regolament japplika għaċ-ċanga ta’ kwalità għolja, friska, imkessħa jew iffriżata, li tilħaq ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness I.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “laħam iffriżat” tfisser laħam li jkollu temperatura interna ta’ -12 °C jew inqas meta jidħol fit-territorju doganali tal-Komunità.

3.   Għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 1301/2006, (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 382/2008, għajr fejn ipprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Amministrazzjoni tal-kwota tariffarja

1.   Il-kwota tariffarja għandha tiġi amministrata bl-applikazzjoni tal-metodu ta’ eżami simultanju, skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

2.   Ir-rata tad-dazju tal-importazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 617/2009, għandha tissemma fit-taqsima 24 tal-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni u fil-liċenzja tal-importazzjoni stess, kif ipprovdut fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

3.   Is-sena tal-kwota pprovduta fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 617/2009 għandha tinqasam fi 12-il subperjodu ta’ xahar. Il-kwantità disponibbli għal kull subperjodu għandha tikkorrispondi ma’ wieħed minn tnax tal-kwantità totali.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, is-sena tal-kwota 2009/2010 għandha tinqasam f’10 subperjodi ta’ xahar, bl-eċċezzjoni tal-ewwel subperjodu, li għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2009 sat-30 ta’ Settembru 2009. Il-kwantità disponibbli għal kull subperjodu għandha tikkorrispondi ma’ wieħed minn għaxra tal-kwantità totali.

Artikolu 3

Applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni

1.   L-applikazzjonijiet għal liċenzji għandhom jitressqu matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar li jiġi qabel kull subperjodu msemmi fl-Artikolu 2(3).

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, għas-sena tal-kwota 2009/2010, l-applikazzjonijiet għal liċenzji għall-ewwel subperjodu għandhom jitressqu matul l-ewwel erbat ijiem ta’ Awwissu 2009.

2.   Minkejja l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 382/2008, l-applikazzjonijiet għal liċenzji jistgħu jkopru prodott wieħed jew aktar minn dawk koperti mill-kodiċijiet jew gruppi ta’ kodiċijiet tan-NM elenkati fl-Anness I għal dak ir-Regolament. Fil-każ ta’ applikazzjonijiet li jkopru bosta kodiċijiet tan-NM, għandha tiġi speċifikata, skont il-kodiċi jew grupp ta’ kodiċijiet tan-NM, il-kwantità rispettiva li għaliha tkun qed issir l-applikazzjoni. Il-kodiċijiet kollha tan-NM għandhom jissemmew fit-taqsima 16, u d-deskrizzjoni tagħhom għandha tingħata fit-taqsima 15 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji u tal-liċenzji nfushom.

3.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-14 tax-xahar li fih jitressqu l-applikazzjonijiet, bil-kwantitajiet totali koperti mil-applikazzjonijiet għal liċenzji, kif imsemmi fl-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, skont il-pajjiż tal-oriġini u espressi f’kilogrammi ta’ piż tal-prodott.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-iskadenza għan-notifika tal-ewwel subperjodu tas-sena tal-kwota 2009/2010 għandha tkun is-7 ta’ Awwissu 2009.

4.   It-taqsima 8 tal-applikazzjonijiet għal liċenzji u l-liċenzji nfushom għandhom juru l-pajjiż tal-oriġini.

It-taqsima 20 tal-applikazzjonijiet għal liċenzji u l-liċenzji nfushom għandhom juru waħda mill-kitbiet elenkati fl-Anness II.

Artikolu 4

Ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni

1.   Il-liċenzji għandhom jinħarġu mit-23 tax-xahar, u mhux aktar tard minn tmiem ix-xahar li fih ikunu tressqu l-applikazzjonijiet.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-liċenzji li għalihom ikunu saru applikazzjonijiet f’Awwissu 2009 għandhom jinħarġu mill-14 ta’ Awwissu sal-21 ta’ Awwissu 2009.

2.   Kull liċenzja għandha ssemmi l-kwantità għal kull kodiċi jew grupp ta’ kodiċijiet tan-NM.

Artikolu 5

Validità tal-liċenzji tal-importazzjoni

Il-liċenzji għandu jkollhom validità ta’ tliet xhur mill-ewwel ġurnata tas-subperjodu li għalih ikunu nħarġu.

B’deroga mill-ewwel paragrafu, għall-applikazzjonijiet għal liċenzji msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1), il-liċenzji għandu jkollhom validità ta’ tliet xhur mill-ġurnata preċiża tal-ħruġ, skont it-tifsir tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008.

Artikolu 6

Notifiki lill-Kummissjoni mingħand l-Istati Membri

1.   B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

sa mhux aktar tard mill-għaxar jum ta’ kull xahar, il-kwantitajiet ta’ prodotti, inklużi dawk nulli, li għalihom ikunu nħarġu liċenzji tal-importazzjoni fix-xahar ta’ qabel;

(b)

il-kwantitajiet ta’ prodotti, inklużi dawk nulli, koperti b’liċenzji tal-importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw biss parzjalment, u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżlin fuq in-naħa ta’ wara tal-liċenzji tal-importazzjoni u l-kwantitajiet li għalihom kienu nħarġu:

(i)

flimkien man-notifiki msemmijin fl-Artikolu 3(3) ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-applikazzjonijiet imressqa għall-aħħar subperjodu tas-sena tal-kwota;

(ii)

sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru wara tmiem kull sena tal-kwota, fir-rigward tal-kwantitajiet li jkunu għadhom ma ġewx innotifikati skont il-punt (i).

2.   Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru wara tmiem kull sena tal-kwota, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet ta’ prodotti li effettivament ikunu ġew irrilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni.

3.   Fin-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kwantitajiet għandhom ikunu espressi f’kilogrammi tal-piż tal-prodott, għal kull pajjiż tal-oriġini u għal kull kategorija ta’ prodott, kif stipulat fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008.

4.   In-notifiki għandhom jintbagħtu b’mod elettroniku skont il-mudelli u l-metodi li l-Kummissjoni qegħdet għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

Artikolu 7

Ċertifikati ta’ awtentiċità

1.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti importati taħt il-kwota għandhom ikunu soġġetti għat-tressiq ta’ ċertifikat ta’ awtentiċità, stabbilit skont il-mudell li jingħata fl-Anness III.

2.   Fuq in-naħa ta’ wara taċ-ċertifikat ta’ awtentiċità, għandu jissemma li l-laħam li joriġina mill-pajjiż esportatur jilħaq ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness I.

3.   Ċertifikat ta’ awtentiċità għandu jkun validu biss jekk ikun imtela kif xieraq u jkun ġie awtorizzat mill-awtorità emittenti.

4.   Ċertifikat ta’ awtentiċità għandu jitqies li ġie awtorizzat jekk jispeċifika d-data u l-post tal-ħruġ, u jekk ikollu t-timbru tal-awtorità emittenti u l-firma tal-persuna jew persuni awtorizzati li jiffirmawh.

5.   It-timbru jista’ jinbidel b’siġill mitbugħ kemm fuq iċ-ċertifikat oriġinali ta’ awtentiċità kif ukoll fuq kwalunkwe kopja tiegħu.

6.   Il-validità taċ-ċertifikati ta’ awtentiċità tiskadi mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju ta’ wara d-data tal-ħruġ.

Artikolu 8

Awtoritajiet emittenti f’pajjiżi terzi

1.   L-awtorità emittenti msemmija fl-Artikolu 7(3) għandha:

(a)

titqies bħala awtorità emittenti mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż esportatur;

(b)

tintrabat li tivverifika t-tagħrif li jidher fuq iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità.

2.   It-tagħrif li ġej għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni:

(a)

l-isem u l-indirizz, u jekk inhu possibbli l-indirizz tal-posta elettronika u tal-Internet, tal-awtoritajiet awtorizzati li joħorġu ċ-ċertifikati ta’ awtentiċità msemmija fl-Artikolu 7;

(b)

kampjun tat-timbri użati minn dawk l-awtoritajiet;

(ċ)

il-proċeduri u l-kriterji segwiti mill-awtorità emittenti biex jiġi vverifikat li ntlaħqu r-rekwiżiti stipulati fl-Anness I.

Artikolu 9

Notifiki minn pajjiżi terzi

Fejn ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness I jkunu milħuqa, il-Kummissjoni għandha tippubblika isem l-awtorità emittenti msemmija fl-Artikolu 8(1) fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew inkella b’mezz ieħor xieraq.

Artikolu 10

Verifiki fuq il-post f’pajjiżi terzi

Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-pajjiż terz jawtorizza rappreżentanti tal-Kummissjoni biex, fejn meħtieġ, iwettqu verifiki fuq il-post f’dak il-pajjiż terz. Dawn il-verifiki għandhom jitwettqu flimkien mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat.

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

(4)  ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10.

(5)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.


ANNESS I

Rekwiżiti għall-prodotti taħt il-kwota tariffarja msemmija fl-Artikolu 1(1)

(1)

Il-qatgħat taċ-ċanga jinkisbu minn karkassi ta’ erieħ u għoġiela b’età ta’ inqas minn 30 xahar li, tal-anqas matul l-aħħar 100 jum qabel il-qatla, ikunu ngħalfu b’dieta li tinkludi mhux inqas minn 62 % ta’ konċentrati u/jew koprodotti tal-għalf tal-qamħ, abbażi ta’ materja niexfa, li jilħqu jew jisbqu kontenut tal-enerġija metabolizzabbli ta’ ‘l fuq minn 12.26 megajoules kull kilogramm ta’ materja niexfa.

(2)

L-erieħ u l-għoġiela li jingħalfu d-dieta deskritta fil-punt 1 għandhom jingħalfu, bħala medja, mhux inqas minn 1.4 % ta’ piż ħaj tal-ġisem kuljum abbażi ta’ materja niexfa.

(3)

Il-karkassa li minnha jinkisbu l-qatgħat taċ-ċanga jiġu evalwati minn evalwatur impjegat mill-gvern nazzjonali. L-evalwazzjoni, u l-klassifikazzjoni tal-karkassi li tirriżulta minnha, għandhom jissejsu fuq metodu approvat mill-gvern nazzjonali. Il-metodu ta’ evalwazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-gvern nazzjonali għandhom jevalwaw il-kwalità mistennija tal-karkassa bl-użu ta’ kombinazzjoni ta’ karatteristiċi rigward il-maturità tal-karkassa u rigward kemm il-qatgħat taċ-ċanga jkunu xierqa għall-palat. Tali metodu ta’ evalwazzjoni tal-karkassa għandu jinkludi (iżda m’għandux ikun limitat għal) evalwazzjoni tal-karatteristiċi ta’ maturità tal-lewn u tal-konsistenza tal-muskolu longissimus dorsi, tal-għadam u tal-qarquċa, kif ukoll evalwazzjoni ta’ kemm il-laħam mistenni li jkun xieraq għall-palat, b’kombinazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet definiti tax-xaħam ta’ bejn il-muskoli u tas-sodizza tal-muskolu longissimus dorsi.

(4)

Il-qatgħat għandhom jiġu ttikkettjati skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

(5)

L-indikazzjoni “Ċanga ta’ Kwalità Għolja” tista’ tiżdied mat-tagħrif fuq it-tikketta.


(1)  ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1.


ANNESS II

Kitbiet imsemmija fl-Artikolu 3(4)

:

Bil-Bulgaru

:

Говеждо/телешко месо с високо качество (Регламент (ЕО) № 620/2009)

:

Bl-Ispanjol

:

Carne de vacuno de alta calidad [Reglamento (CE) no 620/2009]

:

Biċ-Ċek

:

Vysoce jakostní hovězí/telecí maso (nařízení (ES) č. 620/2009)

:

Bid-Daniż

:

Oksekød af høj kvalitet (forordning (EF) nr. 620/2009)

:

Bil-Ġermaniż

:

Qualitätsrindfleisch (Verordnung (EG) Nr. 620/2009)

:

Bl-Estonjan

:

Kõrgekvaliteediline veiseliha/vasikaliha (määrus (EÜ) nr 620/2009)

:

Bil-Grieg

:

Βόειο κρέας εκλεκτής ποιότητας [κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 620/2009]

:

Bl-Ingliż

:

High-quality beef/veal (Regulation (EC) No 620/2009)

:

Bil-Franċiż

:

Viande bovine de haute qualité [règlement (CE) no 620/2009]

:

Bit-Taljan

:

Carni bovine di alta qualità [regolamento (CE) n. 620/2009]

:

Bil-Latvjan

:

Augstākā labuma liellopu/teļa gaļa (Regula (EK) Nr. 620/2009)

:

Bil-Litwan

:

Aukštos kokybės jautiena ir (arba) veršiena (Reglamentas (EB) Nr. 620/2009)

:

Bl-Ungeriż

:

Kiváló minőségű marha-/borjúhús (620/2009/EK rendelet)

:

Bil-Malti

:

Ċanga/vitella ta' kwalità għolja (Regolament (KE) Nru 620/2009)

:

Bl-Olandiż

:

Rundvlees van hoge kwaliteit (Verordening (EG) nr. 620/2009)

:

Bil-Pollakk

:

Wołowina/cielęcina wysokiej jakości (Rozporządzenie (WE) nr 620/2009)

:

Bil-Portugiż

:

Carne de bovino de alta qualidade [Regulamento (CE) n.o 620/2009]

:

Bir-Rumen

:

Carne de vită/vițel de calitate superioară [Regulamentul (CE) nr. 620/2009]

:

Bis-Slovakk

:

Vysoko kvalitné hovädzie/teľacie mäso [Nariadenie (ES) č. 620/2009]

:

Bis-Sloven

:

Visokokakovostno goveje/telečje meso (Uredba (ES) št. 620/2009)

:

Bil-Finlandiż

:

Korkealaatuista naudanlihaa (asetus (EY) N:o 620/2009)

:

Bl-Iżvediż

:

Nötkött av hög kvalitet (förordning (EG) nr 620/2009)


ANNESS III

Image

Test ta 'immaġni

Top