This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0613
Council Regulation (EC) No 613/2009 of 6 July 2009 laying down the weightings applicable from 1 July 2008 to the remuneration of officials, temporary staff and contract staff of the European Communities serving in third countries
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 613/2009 tas- 6 ta' Lulju 2009 dwar l-iffissar tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill- 1 ta’ Lulju 2008 għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, aġenti temporanji u aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu f’pajjiżi terzi
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 613/2009 tas- 6 ta' Lulju 2009 dwar l-iffissar tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill- 1 ta’ Lulju 2008 għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, aġenti temporanji u aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu f’pajjiżi terzi
ĠU L 181, 14.7.2009, p. 1–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
14.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 181/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 613/2009
tas-6 ta' Lulju 2009
dwar l-iffissar tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2008 għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, aġenti temporanji u aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu f’pajjiżi terzi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijet tal-Impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet, stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Anness X tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Jeħtieġ li jiġi kkunsidrat l-iżvilupp tal-għoli tal-ħajja fil-pajjiżi barra l-Komunità u li jiġu stipulati għaldaqstant il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2008 għall-pagi mħallsa, fil-munita tal-pajjiż ta’ xogħol tagħhom, lill-uffiċjali, aġenti temporanji u aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu fil-pajjiżi terzi. |
(2) |
Il-koeffiċjenti korrettivi li kienu suġġetti għal ħlas fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 624/2008 (2) jistgħu jwasslu għall-aġġustamenti pożittivi jew negattivi għall-pagi b’effett retroattiv. |
(3) |
Għandu jsir provvediment għall-ħlas ta’ arretrati fil-każ ta’ żidiet fir-rimunerazzjoni minħabba l-koeffiċjenti korrettivi l-ġodda |
(4) |
Jeħtieġ li jiġi previst ħlas lura ta’ pagamenti żejda fil-kaz ta’ tnaqqis tal-pagi minħabba l-koeffiċjenti korrettivi l-ġodda, għall-perjodu kkalkulat bejn l-1 ta’ Lulju 2008 u d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
(5) |
Jeħtieġ li jiġi previst li rkupru eventwali jkun jista’ jsir biss fuq perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u li l-effetti tiegħu jkunu jistgħu jitqassmu fuq perjodu ta’ mhux aktar minn tnax-il xahar minn din id-data, b’analoġija ma’ dak li hu previst għall-koeffiċjenti korrettivi applikabbli fi ħdan il-Komunità għall-pagi u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropej, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
L-ewwel Artikolu
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għall-ħlas tal-uffiċjali, aġenti temporanji u aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jservu fil-pajjiżi terzi mħallsa fil-munita tal-pajjiż tax-xogħol għandhom ikunu kif jidhru fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta’ dawn ir-rimunerazzjonijiet huma stabbiliti f’konformità mal-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tar-Regolament Finanzjarju u jikkorrispondu mad-data indikata fl-ewwel paragrafu.
Artikolu 2
1. L-istituzzjonijiet għandhom iħallsu arretrati fil-każ ta’ żieda tal-pagi minħabba l-koeffiċjenti korrettivi stipulati fl-Anness.
2. L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu aġġustamenti retroattivi negattivi fuq ir-rimunerazzjoni fl-eventwalità ta’ tnaqqis bħala riżultat tal-koeffiċjenti korrettivi muri fl-Anness, għall-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2008 u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
L-aġġustamenti retroattivi li jinvolvu ħlas lura ta’ pagamenti żejda għandhom ikunu limitati għal perjodu ta’ sitt xhur qabel id-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-ħlas lura jitqassam fuq perjodu ta’ mhux aktar minn tnax il-xahar mill-istess data.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
C. BILDT
ANNESS
|
PAJJIŻ ASSENJAT |
Koeffiċjenti korrettivi Lulju 2008 |
L-Afganistan |
0 |
|
|
L-Afrika ta’ Isfel |
46,9 |
|
L-Albanija |
78,5 |
|
L-Alġerija |
87,5 |
|
L-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
71,1 |
|
L-Angola |
112,8 |
|
L-Arabja Sawdita |
79,1 |
|
L-Arġentina |
54,7 |
|
L-Armenja |
71,1 |
|
L-Awstralja |
108,5 |
|
L-Ażerbajġan |
72,9 |
|
Il-Bangladexx |
45,4 |
|
Barbados |
105,5 |
|
Il-Belarus |
62,7 |
|
Benin |
92,9 |
|
Il-Bolivja |
49,5 |
|
Il-Bożnja u Ħerzegovina (Sarajevo) |
78,6 |
|
Il-Bożnja u Ħerzegovina (Banja Luka) |
62,7 |
|
Il-Botswana |
46 |
|
Il-Brażil |
95,5 |
|
Il-Burkina Faso |
96,5 |
Il-Burundi |
0 |
|
|
Il-Kambodja |
62,7 |
|
Il-Kamerun |
109,7 |
|
Il-Kanada |
78,9 |
|
Cape Verde |
74,4 |
|
Iċ-Ċilì |
57,7 |
|
Iċ-Ċina |
74,6 |
|
Ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża |
103,1 |
|
Il-Kolombja |
79,2 |
|
Il-Kongo (Brazzaville) |
129,1 |
|
Il-Korea ta’ Isfel |
90,7 |
|
Il-Kosta Rika |
68,7 |
|
Il-Kosta tal-Avorju |
99,9 |
|
Il-Kroazja |
106,3 |
|
Kuba |
73,5 |
|
Id-Djibouti |
85,4 |
|
L-Eġittu |
33,8 |
|
El Salvador |
63,6 |
|
Ekwador |
57,9 |
|
L-Eritrea |
41,9 |
|
L-Istati Uniti (New York) |
91,5 |
|
L-Istati Uniti (Washington) |
85 |
|
L-Etjopja |
77,8 |
|
Il-Gabon |
110,4 |
|
Il-Gambja |
70,3 |
|
Il-Ġeorġja |
99,7 |
|
Il-Ghana |
54,3 |
|
Il-Gwatemala |
70,7 |
|
Il-Ginea (Conakry) |
55,7 |
|
Il-Ginea-Bissaw |
114,6 |
|
Gujana |
53,5 |
|
Haiti |
104,2 |
|
Il-Ħonduras |
60,3 |
|
Ħong Kong |
83,4 |
|
Il-Gżejjer Fiġi |
72,2 |
|
Il-Gżejjer Salomon |
85,6 |
|
L-Indja |
50,9 |
|
L-Indoneżja (Banda Aceh) |
49,5 |
|
L-Indoneżja (Jakarta) |
69,1 |
L-Iraq |
0 |
|
|
L-Iżrael |
118,9 |
|
Il-Ġamajka |
86,1 |
|
Il-Ġappun (Tokyo) |
105 |
|
Il-Ġordan |
70 |
|
Il-Każakstan (Almaty) |
75,6 |
|
Il-Każakstan (Astana) |
71 |
|
Il-Kenja |
73,8 |
|
Il-Kirgistan |
86,7 |
|
Kosovo (Pristina) |
57,5 |
|
Il-Laos |
77,6 |
|
Lésotho |
47,3 |
|
Il-Libanu |
80 |
Il-Liberja |
0 |
|
|
Il-Madagaskar |
84,2 |
|
Il-Malasja |
65,8 |
|
Il-Malawi |
63,6 |
|
Il-Mali |
83,5 |
|
Il-Marokk |
86,9 |
|
Il-Mauritius |
72,6 |
|
Il-Mawritanja |
61,2 |
|
Il-Messiku |
69,7 |
|
Ir-Repubblika tal-Moldavja |
67,1 |
|
Il-Montenegro |
68,9 |
|
Il-Możambik |
71,9 |
|
In-Namibja |
57,5 |
|
In-Nepal |
66 |
|
In-Nikaragwa |
46,2 |
|
In-Niġer |
85,7 |
|
In-Niġerja |
93 |
|
In-Norveġja |
131,2 |
|
Il-Kaledonja Ġdida |
140,4 |
|
New Zealand |
89,8 |
|
L-Uganda |
69,9 |
|
L-Użbekistan |
45,4 |
|
Il-Pakistan |
43,9 |
|
Il-Panama |
52,2 |
|
Il-Papwa-Ginea l-Ġdida |
73,5 |
|
Il-Paragwaj |
83,6 |
|
Il-Perù |
67,4 |
|
Il-Filippini |
61 |
|
Ir-Repubblika Afrikana Ċentrali |
113,1 |
|
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (Kinshasa) |
112,3 |
|
Ir-Repubblika Dominikana |
58,2 |
|
Ir-Russja |
121,8 |
|
Ir-Rwanda |
82,7 |
|
Is-Samoa |
65,5 |
|
Is-Senegal |
88,1 |
|
Serbie (Belgrade) |
73,9 |
|
Sierra Leone |
68,9 |
|
Singapor |
95,8 |
|
Is-Sudan |
50 |
|
Sri Lanka |
58,1 |
|
Sud-Soudan (Juba) |
87,6 |
|
L-Iżvizzera (Ġinevra) |
112,2 |
|
L-Iżvizzera (Ġinevra) |
108 |
|
Is-Surinam |
39,7 |
|
Is-Sważiland |
46,4 |
|
Is-Sirja |
66,8 |
|
It-Taġikistan |
61,2 |
|
It-Tajwan |
77,3 |
|
It-Tanzanija |
61,4 |
|
Iċ-Chad |
129,3 |
|
It-Tajlandja |
52,4 |
|
It-Timor tal-Lvant |
56,6 |
|
It-Togo |
87 |
|
It-Tonga |
85 |
|
Trinidad u Tobago |
61,6 |
|
It-Tuniżija |
68,7 |
|
It-Turkija |
80,7 |
|
L-Ukraina |
109,4 |
|
L-Urugwaj |
73,2 |
|
Il-Vanwatu |
105,6 |
|
Il-Veneżwela |
61 |
|
Il-Vjetnam |
40,2 |
|
Il-Jemen |
57 |
|
Iż-Żambja |
63,2 |
Iż-Żimbabwe |
0 |
(*) Mhux disponibbli