EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0601

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 601/2009 tad- 9 ta’ Lulju 2009 li jemenda għall-109 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

ĠU L 179, 10.7.2009, p. 54–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/601/oj

10.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 179/54


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 601/2009

tad-9 ta’ Lulju 2009

li jemenda għall-109 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti oġġetti u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Taliban tal-Afganistan (1), u b’ mod partikolari fl-ewwel inċiż tiegħu tal-Artikolu 7(1),

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fid-29 ta' Ġunju 2009, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni naturali u legali, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi billi jiżdiedu erba' persuni mal-lista fid-dawl tal-informazzjoni dwar ir-rabta tagħhom mal-Al-Qaida. Il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ipprovda d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet tad-deċiżjoni tal-elenkar.

(3)

L-Anness I għandu jiġi emendat kif jixraq.

(4)

Sabiex jiġi garantit li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament.

(5)

Il-Kummissjoni se tikkomunika lill-individwi kkonċernati l-bażi li fuqha hu msawwar dan ir-Regolament, u se tagħtihom l-opportunità li jikkumentaw dwar din il-bażi u jirrevedu dan ir-Regolament fid-dawl tal-kummenti u l-informazzjoni addizzjoni li jista' jkun hemm. Peress li l-lista tan-NU ma tipprovdix f'dan il-każ l-indirizzi attwali tal-persuni naturali kkonċernati, għandu jiġi ppublikat avviż fil-Ġurnal Uffiċjali sabiex il-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni u sabiex il-Kummissjoni tkun tista' sussegwentement tikkomunika r-raġunijiet li fuqhom dan ir-Regolament huwa bbażat lill-persuna naturali kkonċernata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu miżjuda taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

(1)

Arif Qasmani (magħruf bħala (a) Muhammad Arif Qasmani, (b) Muhammad ‘Arif Qasmani, (c) Mohammad Arif Qasmani, (d) Arif Umer, (e) Qasmani Baba, (f) Memon Baba, (g) Baba Ji). Indirizz: Numru tad-dar 136, KDA Skema Nru. 1, Triq Tipu Sultan, Karachi, Pakistan. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1944. Post tat-twelid: Pakistan. Ċittadinanza: Pakistana. Tagħrif ieħor: F'detenzjoni sa minn Ġunju 2009. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4)(b): 29.6.2009.

(2)

Mohammed Yahya Mujahid (magħruf bħala Mohammad Yahya Aziz). Data tat-twelid: it-12 ta' Marzu 1961. Post tat-twelid: Lahore, Punjab Province, Pakistan. Ċittadinanza: Pakistana. Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 35404-1577309-9 (numru ta' identifikazzjoni nazzjonali Pakistani). Tagħrif ieħor: F'detenzjoni sa minn Ġunju 2009. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4)(b): 29.6.2009.

(3)

Fazeel-A-Tul Shaykh Abu Mohammed Ameen Al-Peshawari (magħruf bħala (a) Shaykh Aminullah, (b) Sheik Aminullah, (c) Abu Mohammad Aminullah Peshawari, (d) Abu Mohammad Amin Bishawri, (e) Abu Mohammad Shaykh Aminullah Al-Bishauri, (f) Shaykh Abu Mohammed Ameen al-Peshawari, (g) Shaykh Aminullah Al-Peshawari). Indirizz: Ganj District, Peshawar, Pakistan. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor fl-1967, (b) Bejn wieħed u ieħor fl-1961, (c) Bejn wieħed u ieħor fl-1973. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Konar, fl-Afganistan. Tagħrif ieħor: F'detenzjoni sa minn Ġunju 2009. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 29.6.2009.


Top