EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0566

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 566/2009 tad- 29 ta’ Ġunju 2009 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Melton Mowbray Pork Pie (IĠP)]

ĠU L 168, 30.6.2009, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/566/oj

30.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 566/2009

tad-29 ta’ Ġunju 2009

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Melton Mowbray Pork Pie (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament imsemmi, it-talba mressqa mir-Renju Unit għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Melton Mowbray Pork Pie” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 13(3), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, perjodu tranżizzjonali jista’ madankollu jingħata għall-impriżi stabbiliti fl-Istat Membru li fih tinsab iż-żona ġeografika, bil-kundizzjoni li dawn l-impriżi jkunu kkumerċjalizzaw il-prodotti kkonċernati b’mod legali, billi użaw b’mod kontinwu d-denominazzjonijiet ikkonċernati għal mhux inqas minn ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi, u li dan il-punt ikun iddaħħal fil-qafas tal-proċedura nazzjonali ta’ oġġezzjoni msemmija fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament imsemmi.

(4)

B’ittra li waslet fis-6 ta’ April 2009, l-awtoritajiet tar-Renju Unit ikkonferma mal-Kummissjoni li l-impriżi Pork Farms Ltd, Stobarts Ltd u Kerry Foods Ltd, stabbiliti fuq it-territorju tiegħu, jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13(3), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

(5)

L-impriżi msemmija, f’dawn il-kundizzjonijiet, huma awtorizzati jutilizzaw id-denominazzjoni rreġistrata “Melton Mowbray Pork Pie” għal perjodu provviżorju ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija irreġistrata.

L-impriżi Pork Farms Ltd, Stobarts Ltd u Kerry Foods Ltd, f’dawn il-kundizzjonijiet, huma awtorizzati jutilizzaw id-denominazzjoni msemmija għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 85, 4.4.2008, p. 17.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE:

Klassi 1.2.   Prodotti magħmulin mil-laħam (imsaħħnin, immelħin, affumikati, eċċ.)

IR-RENJU UNIT

[Melton Mowbray Pork Pie (IĠP)]


Top