This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0551
Commission Regulation (EC) No 551/2009 of 25 June 2009 amending Regulation (EC) No 648/2004 of the European Parliament and of the Council on detergents, in order to adapt Annexes V and VI thereto (surfactant derogation) (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 551/2009 tal- 25 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-diterġenti, sabiex jiġu adattati l-Annessi VI u VII tiegħu (deroga għas-surfactants) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 551/2009 tal- 25 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-diterġenti, sabiex jiġu adattati l-Annessi VI u VII tiegħu (deroga għas-surfactants) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 164, 26.6.2009, p. 3–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
26.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 551/2009
tal-25 ta’ Ġunju 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-diterġenti, sabiex jiġu adattati l-Annessi VI u VII tiegħu (deroga għas-surfactants)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar id-diterġenti (1), b’mod partikolari l-Artikolu 13(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 jiżgura l-moviment ħieles fis-suq intern tad-diterġenti, u tas-surfactants tad-deterġenti, filwaqt li fl-istess ħin jipprovdi, fost oħrajn, livell għoli ta’ ħarsien ambjentali billi jistipula rekwiżiti għall-bijodegradabilità finali tas-surfactants li jintużaw fid-diterġenti. |
(2) |
Barra minn hekk, l-Artikoli 5, 6 u 9 tar-Regolament jipprovdu mekkaniżmu li permezz tiegħu s-surfactants li ma jissodisfawx ir-rekwiżit imsemmi hawn fuq dwar il-bijodegradabilità finali, ikunu jistgħu jingħataw deroga għall-użu f’applikazzjonijiet industrijali jew istituzzjonali speċifiċi sakemm dawk l-applikazzjonijiet ikunu jikkostitwixxu użu b’livell baxx ta’ tixrid u li r-riskju assoċjat lill-ambjent ikun żgħir meta mqabbel mal-benefiċċju soċjo-ekonomiku. |
(3) |
Ir-Regolament jistipula li r-riskju lill-ambjent jiġi evalwat permezz ta’ stima komplementari tar-riskju, deskritta fl-Anness IV, li ssir mill-manifattur tas-surfactant u tingħata lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għall-evalwazzjoni. |
(4) |
Is-surfactants li jingħataw deroga għandhom jitniżżlu fl-Anness V tar-Regolament. Dawk li ma tingħatalhomx deroga għandhom jitniżżlu fl-Anness IV tar-Regolament. |
(5) |
Id-derogi għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-implimentazzjoni ta’ poteri mogħtija lill-Kummissjoni (2). |
(6) |
Saret talba għal deroga għas-surfactant bl-isem IUPAC (3)“alcohols, Guerbet, C16-20, ethoxylated, n-butyl ether (7-8EO)”, magħruf ukoll bl-isem kummerċjali “Dehypon G 2084”, bin-numru CAS (4) 147993-59-7, għall-użu fi tliet applikazzjonijiet industrijali, li huma: il-ħasil tal-fliexken, il-ħasil fuq il-post u l-ħasil tal-metall. |
(7) |
It-talba għal deroga ġiet evalwata mill-awtorità kompetenti Ġermaniża skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 5 tar-Regolament. It-talba nstabet li tissodisfa t-tliet kundizzjonijiet rikjesti fl-Artikolu 6. L-ewwel nett, it-tliet użi msemmija huma applikazzjonijiet b’livell ta’ tixrid baxx. It-tieni, l-applikazzjonijiet huma applikazzjonijiet industrijali speċifiċi. It-tielet, ma hemmx riskju lill-ambjent billi s-surfactant innifsu mhuwiex ta’ riskju u l-metaboliti mhumiex persistenti. |
(8) |
It-tliet użi msemmija tqiesu li huma applikazzjonijiet b’livell baxx ta’ tixrid fid-dawl tal-konsum annwali totali tas-surfactant u fid-dawl tal-użu esklussiv tas-surfactant f’tipi speċifiċi ta’ installazzjonijiet industrijali. |
(9) |
Il-konklużjoni li tikkonċerna n-nuqqas ta’ riskju lill-ambjent hija bbażata fuq il-ksib rapidu ta’ grad għoli ta’ bijodegradabilità primarja tas-surfactant u fuq il-bijodegradabilità finali tal-metaboliti tas-surfactant. Il-metaboliti, għalhekk, jissodisfaw l-istess kriterji bħal dawk is-surfactants li għalihom ir-Regolament jiggarantixxi ċirkolazzjoni ħielsa fis-suq intern. |
(10) |
Madankollu, il-Kumitat għall-adattament għall-progress tekniku tal-leġiżlazzjoni dwar it-tneħħija tal-ostakli tekniċi għall-kummerċ fid-diterġenti, iddeċieda li jillimita d-deroga għal perjodu ta’ għaxar snin biex iħeġġeġ l-iżvilupp ta’ surfactants bl-istess effettività iżda li jissodisfaw il-kriterji tal-bijodegradabilità finali u li għalhekk ma jkunux jeħtieġu deroga. |
(11) |
Preċedentement, is-sustanzi fil-Komunità kienu ġew allokati numru EINECS jew ELINCS. Madankollu, barra minn hekk, madwar 700 sustanza li qabel kienu identifikati bħala polimeri ġew rikonoxxuti bħala non-polimeri u ngħataw numri NLP (No-Longer Polymer - Mhux Iktar Polimeru). In-numri EINECS, ELINCS u NLP issa huma magħrufa kollettivament bħala “numri KE” u l-intestaturi korrispondenti fit-tabelli fl-Anness V u VI għandhom jinbidlu biex jirriflettu n-nomenklatura l-ġdida. |
(12) |
L-Annessi VI u VII tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
(13) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Diterġenti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 hu emendat kif ġej:
(1) |
L-Anness V jinbidel bit-test li jidher fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
L-Anness VI jinbidel bit-test li jidher fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Gurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi President
(2) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(3) International Union of Pure and Applied Chemistry (Unjoni Internazzjonali tal-Kimika Pura u Applikata).
(4) Chemicals Abstracts Service (Servizz tal-Astratti Kimiċi).
ANNESS I
“ANNESS V
LISTA TA’ SURFACTANTS LI KISBU DEROGA
B’deroga mogħtija skont l-Artikoli 4-6 u skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 12(2), is-surfactants tad-diterġenti li ġejjin, li għaddew mit-testijiet stipulati fl-Anness II, iżda li m’għaddewx mit-testijiet stipulati fl-Anness III, jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw skont il-limitazzjonijiet imsemmija hawn taħt.
Isem tan-nomenklatura IUPAC |
In-Numru KE |
Numru CAS |
Limitazzjonijiet |
||||||
Alcohols, Guerbet, C16-20, ethoxylated, n-butyl ether (7-8EO) |
Xejn (polimeru) |
147993-59-7 |
Jista’ jintuża fl-applikazzjonijiet industrijali li ġejjin sas-27 ta’ Ġunju 2019:
|
In-‘numru KE’ jfisser in-numru EINECS, ELINCS jew NLP u huwa n-numru uffiċjali tas-sustanza fl-Unjoni Ewropea.
‘EINECS’ hija l-European Inventory of Existing Commercial Chemical Substances (l-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti). Dan l-inventarju fih il-lista definittiva tas-sustanzi kollha meqjusa li kienu fis-suq tal-Komunità fit-18 ta’ Settembru 1981. In-numru EINECS jista’ jinkiseb mill-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti (1).
‘ELINCS’ hija l-European List of Notified Chemical Substances (il-Lista Ewropea tas-Sustanzi Kimiċi Notifikati). In-numru ELINCS jista’ jinkiseb mil-Lista Ewropea tas-Sustanzi Notifikati, kif emendata (2).
‘NLP’ tfisser No-Longer Polymer (Mhux Iktar Polimeru). It-terminu polimeru huwa definit fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). In-numru NLP jista’ jinkiseb mil-lista ta’ ‘Mhux Iktar Polimeri’, kif emendata (4).
(1) ĠU C 146 A, 15.6.1990, p. 1.
(2) Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, 2006, ISSN 1018-5593 EUR 22543 EN.
(3) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1, kif korrett mill-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3.
(4) Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, 2007, ISSN 1018-5593 EUR 20853 EN/3.”
ANNESS II
“ANNESS VI
LISTA TA’ SURFACTANTS TA’ DITERĠENTI PROJBITI JEW RISTRETTI
Is-surfactants tad-diterġenti li ġejjin ġew identifikati bħala surfactants li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament:
Isem tan-nomenklatura IUPAC |
In-Numru EC |
Numru CAS |
Limitazzjonijiet |
|
|
|
|
In-‘numru KE’ ifisser in-numru EINECS, ELINCS jew NLP u huwa n-numru uffiċjali tas-sustanza fl-Unjoni Ewropea.”