EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0546
Regulation (EC) No 546/2009 of the European Parliament and of the Council of 18 June 2009 amending Regulation (EC) No 1927/2006 on establishing the European Globalisation Adjustment Fund
Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni
Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni
ĠU L 167, 29.6.2009, p. 26–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1309
29.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/26 |
REGOLAMENT (KE) Nru 546/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Ġunju 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 159 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 (4) stabbilixxa l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (“EGF”) biex jippermetti lill-Komunità tipprovdi sostenn u turi solidarjetà mal-ħaddiema li tilfu l-impjieg tagħhom minħabba nuqqas ta’ xogħol bħala riżultat tal-bidliet strutturali maġġuri fis-sistemi kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni. |
(2) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-2 ta’ Lulju 2008, il-Kummissjoni ppreżentat, taħt l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, l-ewwel rapport annwali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa kunsiljabbli li ssaħħaħ mill-ġdid l-impatt tal-EGF fuq il-ħolqien ta’ impjiegi u l-opportunitajiet ta’ taħriġ għall-ħaddiema tal-Ewropa. |
(3) |
Kemm il-“Prinċipji Komuni tal-Flessigurtà” endorsjati mill-Kunsill Ewropew fl-14 ta’ Diċembru 2007 kif ukoll il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Kompetenzi ġodda għal impjiegi ġodda: L-antiċipazzjoni u l-kollokazzjoni tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u tal-kapaċitajiet” jenfasizzaw l-għanijiet ta’ trawwim tal-adattabilità u l-impjegabilità kontinwa tal-ħaddiema permezz ta’ opportunitajiet aqwa ta’ tagħlim fil-livelli kollha u permezz ta’ strateġiji ta’ żvilupp ta’ ħiliet li kapaċi jirreaġixxu għall-ħtiġijiet tal-ekonomija inklużi, pereżempju, il-ħiliet meħtieġa għat-tranżizzjoni għal ekonomija b’livell ta’ karbonju baxx u bbażata fuq il-konoxxenza. |
(4) |
Fis-26 ta’ Novembru 2008, il-Kummissjoni ħarġet Komunikazzjoni dwar Pjan Ewropew ta’ Rkupru Ekonomiku bbażat fuq il-prinċipji fundamentali ta’ solidarjetà u ġustizzja soċjali. Bħala parti mir-reazzjoni għall-kriżi, ir-regoli tal-EGF jeħtieġ li jiġu riveduti sabiex tiġi prevista deroga li permezz tagħha temporanjament jitwessa’ l-ambitu tal-EGF u sabiex ikun kapaċi jirreaġixxi b’mod aktar effikaċi. L-Istati Membri li japplikaw għal kontribuzzjoni tal-EGF taħt din id-deroga għandhom jistabbilixxu rabta diretta u li tista’ tintwera bejn it-telf ta’ impjiegi minħabba nuqqas ta’ xogħol u l-kriżi finanzjarja u ekonomika. |
(5) |
Sabiex jiġi żgurat li l-kriterji ta’ intervent japplikaw b’mod trasparenti, għandha tiġi introdotta definizzjoni tal-okkorrenza li tikkostitwixxi telfa ta’ impjieg minħabba nuqqas ta’ xogħol. Bl-għan li tingħata aktar flessibilità lill-Istati Membri li jippreżentaw l-applikazzjonijiet u biex jiġi sodisfatt aħjar l-għan ta’ solidarjetà, għandu jonqos il-limitu massimu ta’ telf ta’ impjieg minħabba nuqqas ta’ xogħol. |
(6) |
Konformement mal-għan ta’ trattament ġust u mhux diskriminatorju l-ħaddiema kollha li t-telf ta’ impjieg tagħhom minħabba nuqqas ta’ xogħol jista’ jiġi konness b’mod evidenti mal-istess okkorrenza ta’ telf ta’ impjieg għandhom ikunu intitolati biex jibbenefikaw mill-pakkett ta’ servizzi personalizzati preżentati għal kontribuzzjoni tal-EGF. |
(7) |
Għandha tintuża għajnuna teknika b’inizjattiva tal-Kummissjoni biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-EGF. |
(8) |
Sabiex jiġi pprovdut appoġġ addizzjonali mill-EGF matul il-perijodu tal-kriżi finanzjarju u ekonomika, ir-rata ta’ ko-finanzjament għandha tiżdied temporanjament. |
(9) |
Biex tittejjeb il-kwalità tal-azzjonijiet u jitħalla biżżejjed żmien biex il-miżuri jkunu effettivi fir-riintegrazzjoni fid-dinja tax-xogħol tal-ħaddiema l-aktar vulnerabbli, il-perjodu li fih iridu jsiru l-azzjonijiet eliġibbli għandu jiġi estiż u ċċarat. |
(10) |
Huwa xieraq li jiġi rivedut il-funzjonament tal-EGF, inkluża d-deroga temporanja għall-appoġġ tal-ħaddiema li tilfu l-impjieg tagħhom minħabba nuqqas ta’ xogħol b’riżultat tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali. |
(11) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 għalhekk għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 huwa b’dan emendat kif ġej:
1. |
fl-Artikolu 1, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “1a. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-EGF għandu wkoll jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li tilfu l-impjieg tagħhom minħabba nuqqas ta’ xogħol b’riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, sakemm l-applikazzjonijiet jikkonformaw mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(a), (b) jew (c). L-Istati Membri li japplikaw għal kontribuzzjoni tal-EGF taħt din id-deroga għandhom jistabbilixxu rabta diretta u li tista’ tintwera bejn it-telf ta’ impjiegi minħabba nuqqas ta’ xogħol u l-kriżi finanzjarja u ekonomika. Din id-deroga għandha tapplika għall-applikazzjonijiet kollha ppreżentati qabel il-31 ta’ Diċembru 2011.”; |
2. |
l-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 2 Il-kriterji ta’ intervent Għandha tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-EGF meta bidliet strutturali kbar fis-sistemi kummerċjali dinjija jwasslu għal disturb ekonomiku serju, partikolarment żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea, id-deklin rapidu tas-sehem mis-suq tal-UE f’settur partikolari jew delokalizzazzjoni lejn pajjiżi terzi, li jirriżultaw:
Sabiex jiġi kkalkulat in-numru ta’ impjiegi mitlufa minħabba nuqqas ta’ xogħol kif hemm previst fil-punti (a), (b) u (c) hawn fuq, telfa ta’ impjieg minħabba nuqqas ta’ xogħol għandha tingħadd
Għal kull intrapriża konċernata, l-Istat(i) Membru(i) għandhom jispeċifikaw fl-applikazzjoni kif qed jingħaddu t-telfiet ta’ impjiegi minħabba nuqqas ta’ xogħol. |
3. |
għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 3a Persuni eliġibbli L-Istati Membri jistgħu jipprovdu servizzi personalizzati ko-finanzjati mill-EGF lill-ħaddiema affettwati, li jistgħu jinkludu:
|
4. |
l-Artikolu 5(2)(a) jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
5. |
l-Artikolu 8 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 8 L-għajnuna teknika b’inizjattiva tal-Kummissjoni
|
6. |
l-Artikolu 10(1) jinbidel b’dan li ġej: “1. Il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 5(5), b’mod partikolari wara li tieħu inkunsiderazzjoni l-għadd ta’ ħaddiema li jridu jingħataw sostenn, l-azzjonijiet proposti u l-istima tal-ispejjeż, tivvaluta u tipproponi malajr kemm jista’ jkun l-ammont ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, jekk teżisti, li tista’ ssir fi ħdan il-limiti tar-riżorsi disponibbli. L-ammont ma jistax jaqbeż il-50 % tat-total tal-prezz stmat imsemmi fl-Artikolu 5(2)(d). Għal applikazzjonijiet imressqa qabel id-data msemmija fl-Artikolu 1(1a), l-ammont ma jistax jaqbeż il-65 %.”; |
7. |
fl-Artikolu 11, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “F’każ ta’ għotjiet, l-ispejjeż indiretti, iddikjarati fuq bażi ta’ rata fissa, għandhom ikunu nfiq eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-EGF sa 20 % tal-ispejjeż diretti ta’ operazzjoni, sakemm l-ispejjeż indiretti jsiru b’konformità mar-regoli nazzjonali, inklużi r-regoli tal-kontabilità.”; |
8. |
l-Artikolu 13(2) jinbidel b’dan li ġej: “2. L-Istat Membru jew l-Istati Membri għandhom iwettqu l-azzjonijiet eliġibbli kollha inklużi fil-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 24 xahar wara d-data tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 5, jew wara d-data tal-bidu ta’ dawn il-miżuri sakemm din id-data tal-aħħar ma tkunx aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-applikazzjoni.”; |
9. |
fl-Artikolu 20, il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-ewwel paragrafu: “Abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jirrevedu dan ir-Regolament, inkluża d-deroga temporanja prevista fl-Artikolu 1(1a).”. |
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-applikazzjonijiet kollha għal għajnuna mill-EGF mogħtija mill-1 ta’ Mejju 2009. Rigward l-applikazzjonijiet imressqa qabel dik id-data, ir-regoli fis-seħħ fid-data tal-applikazzjoni għandhom jibqgħu japplikaw matul iż-żmien kollu li fih tingħata l-għajnuna tal-EGF.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament għall-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell 18 ta’ Ġunju 2009
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
Š. FÜLE
(1) Opinjoni tal-24 ta’ Marzu 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni tat-22 ta’ April 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Mejju 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Ġunju 2009
(4) ĠU L 48, 22.2.2008, p. 82.