EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0537

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 537/2009 tad- 19 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008, f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom ċerti prodotti agrikoli miksubin minn produzzjoni organika jeħtiġilhom joriġinaw biex ikunu kkummerċjalizzati fil-Komunità (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 159, 20.6.2009, p. 6–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R2306

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/537/oj

20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 159/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 537/2009

tad-19 ta’ Ġunju 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008, f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom ċerti prodotti agrikoli miksubin minn produzzjoni organika jeħtiġilhom joriġinaw biex ikunu kkummerċjalizzati fil-Komunità

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2) tiegħu (1),

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 834/2007, l-Anness III għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (2) stabbilixxa lista ta’ pajjiżi terzi li għandhom sistema ta’ produzzjoni u miżuri ta’ kontroll għal produzzjoni organika rekonoxxuti bħala ekwivalenti. Fid-dawl ta’ applikazzjonijiet u informazzjoni ġodda li rċiviet il-Kummissjoni minn pajjiżi terzi mill-aħħar pubblikazzjoni tal-lista, għandhom jitqiesu ċerti modifikazzjonijiet u jiżdiedu jew jiddaħħlu fil-lista.

(2)

L-awtoritajiet tal-Awstralja u tal-Kosta Rika staqsew lill-Kummissjoni biex tinkludi entità ġdida ta’ kontroll u ċertifikazzjoni. L-awtoritajiet Awstraljani u Kosta Rikani ppreżentaw lill-Kummissjoni l-garanziji meħtieġa biex jissodissfawha dwar l-ilħuq tal-kriterji stipulati fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 mill-entitajiet ġodda ta’ kontroll u ċertifikazzjoni.

(3)

It-tul ta’ żmien tal-inklużjoni tal-Indja fil-lista provduta fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2009. Sabiex ikun evitat tfixkil fil-kummerċ, jenħtieġ li tkun estiża l-inklużjoni tal-Indja fil-lista għal perjodu itwal. L-awtoritajiet Indjani talbu lill-Kummissjoni biex tinkludi erba’ entitajiet ġodda ta’ kontroll u ċertifikazzjoni. L-awtoritajiet Indjani ppreżentaw lill-Kummissjoni l-garanziji meħtieġa biex jissodissfawha dwar l-ilħuq tal-kriterji stipulati fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 mill-entitajiet ġodda ta’ kontroll u ċertifikazzjoni. L-awtoritajiet Indjani informaw lill-Kummissjoni li korp wieħed ta’ kontroll biddel ismu.

(4)

L-awtoritajiet Iżraeljani informaw lill-Kummissjoni li korp wieħed ta’ kontroll biddel ismu.

(5)

Ċerti prodotti agrikoli li jiġu importati mit-Tuneżija, bħalissa qed jiġu kkummerċjalizzati fil-Komunità skont ir-regoli tranżizzjonali stipulati fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. It-Tuneżija bagħtet talba lill-Kummissjoni biex tinkludiha fil-lista provduta fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament. Bagħtet l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 7 u 8 ta’ dak ir-Regolament. L-eżaminazzjoni ta’ din l-informazzjoni u d-diskussjoni konsegwenti mal-awtoritajiet Tuneżjani wasslu għall-konklużjoni li, f’dak il-pajjiż ir-regoli li jirregolaw il-produzzjoni u l-kontrolli tal-prodotti agrikoli huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007. Il-Kummissjoni wettqet kontroll fuq il-post dwar ir-regoli tal-miżuri tal-produzzjoni u l-kontroll attwalment applikati fit-Tuneżija, kif previst fl-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju għall-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25.


ANNESS

L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Jiddaħħal dan l-inċiż li ġej fil-punt 5 tat-test relatat mal-Awstralja:

“—

AUS-QUAL Pty Ltd, www.ausqual.com.au”;

(2)

Jiddaħħal dan l-inċiż li ġej fil-punt 5 tat-test relatat mal-Kosta Rika:

“—

Control Union Certifications, www.cuperu.com”;

(3)

It-test li jirrigwarda l-Indja huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 5 qed jinbidel b'dan li ġej:

“—

Aditi Organic Certifications Pvt. Ltd, www.aditicert.net

APOF Organic Certification Agency (AOCA), www.aoca.in

Bureau Veritas Certification India Pvt. Ltd, www.bureauveritas.co.in

Control Union Certifications, www.controlunion.com

ECOCERT India Private Limited, www.ecocert.in

Food Cert India Pvt. Ltd, www.foodcert.in

IMO Control Private Limited, www.imo.ch

Indian Organic Certification Agency (Indocert), www.indocert.org

ISCOP (Indian Society for Certification of Organic products), www.iscoporganiccertification.com

Lacon Quality Certification Pvt. Ltd, www.laconindia.com

Natural Organic Certification Association, www.nocaindia.com

OneCert Asia Agri Certification private Limited, www.onecertasia.in

SGS India Pvt. Ltd, www.in.sgs.com

Uttaranchal State Organic Certification Agency (USOCA), www.organicuttarakhand.org/products_certification.htm

Vedic Organic certification Agency, www.vediccertification.com

Rajasthan Organic Certification Agency (ROCA), http://www.rajasthankrishi.gov.in/Departments/SeedCert/index_eng.asp”;

(b)

Fil-punt 7, “2009” tinbidel b’ “2014”;

(4)

Fil-punt 5 tat-test li jirrigwardja l-Iżrael, ir-raba’ inċiż jinbidel b’dan li ġej:

“—

Secal Israel Inspection and certification, www.skal.co.il”;

(5)

Wara t-test li jirrigwarda l-Iżvizzera, jiddaħħal it-test li ġej:

“TUNISIA

1.   Il-kategoriji tal-prodotti:

(a)

għelejjel mhux ipproċessati u materjal u żrieragħ veġetatattivi tal-propagazzjoni għall-koltivazzjoni;

(b)

prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel komposti essenzjalment minn ingredjent wieħed jew aktar li joriġinaw mill-pjanti.

2.   L-Oriġini: prodotti tal-kategorija 1(a) u ingredjenti mkabbra b’mod organiku fil-prodotti tal-kategorija 1(b) li tkabbru fit-Tuneżija.

3.   L-Istandards tal-produzzjoni: Il-liġi Nru 99-30 tal-5 ta’ April 1999 dwar il-Biedja organika; id-Digriet tal-Ministru tal-Agrikoltura tat-28 ta’ Frar 2001, li japprova l-ispeċifikazzjonijiet standard tal-produzzjoni ta’ għalejjel skont il-metodu organiku.

4.   L-Awtorità Kompetenti: Direction générale de la Production Agricole, www.agriportail.tn

5.   Entitajiet ta’ kontroll:

Ecocert SA en Tunisie, www.ecocert.com

Istituto Mediterraneo di Certificazione IMC, www.imcert.it

BCS, www.bcs-oeko.com

Lacon, www.lacon-institute.com

6.   Entitajiet ta’ ċertifikazzjoni: bħal fil-punt 5.

7.   Tul taż-żmien tal-inklużjoni: it-30 ta’ Ġunju 2012”


Top