This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0520
Commission Regulation (EC) No 520/2009 of 17 June 2009 on the issuing of import licences for applications lodged during the first seven days of June 2009 under the tariff quota opened by Regulation (EC) No 1399/2007 for sausages and certain meat products originating in Switzerland
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 520/2009 tas- 17 ta’ Ġunju 2009 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2009 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1399/2007 għall-importazzjoni ta’ zalzett u ċerti prodotti tal-laħam li joriġinaw mill-Iżvizzera
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 520/2009 tas- 17 ta’ Ġunju 2009 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2009 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1399/2007 għall-importazzjoni ta’ zalzett u ċerti prodotti tal-laħam li joriġinaw mill-Iżvizzera
ĠU L 155, 18.6.2009, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 155/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 520/2009
tas-17 ta’ Ġunju 2009
dwar il-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2009 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1399/2007 għall-importazzjoni ta’ zalzett u ċerti prodotti tal-laħam li joriġinaw mill-Iżvizzera
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1399/2007 tat-28 ta’ Novembru 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għaz-zalzett u għal ċerti prodotti tal-laħam li joriġinaw mill-Iżvizzera (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1399/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' zalzett u ċerti prodotti tal-laħam. |
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2009 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2009 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4180 skond ir-Regolament (KE) Nru 1399/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2009, huma ta' 1 400 000 kg.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Ġunju 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 311, 29.11.2007, p. 7.