Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0517

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 517/2009 tas- 17 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 fir-rigward tal-limiti ta’ qbid għas-sajd taċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa u IV tal-ICES

    ĠU L 155, 18.6.2009, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/517/oj

    18.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 155/9


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 517/2009

    tas-17 ta’ Ġunju 2009

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 fir-rigward tal-limiti ta’ qbid għas-sajd taċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa u IV tal-ICES

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-limiti ta’ qbid għaċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa u IV tal-ICES huma proviżorjament stabbiliti fl-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 43/2009.

    (2)

    Skont il-punt 6 tal-Anness IID tar-Regolament (KE) Nru 43/2009, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-qbid massimu permissibbli (TAC) u l-kwoti għall-2009 għaċ-ċiċċirell f’dawk iż-żoni, abbażi tal-pariri tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Ibħra (ICES) u l-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF).

    (3)

    It-TAC għaż-żoni tal-ICES IIa u IV għandu jiġi stabbilit skont il-funzjoni stipulata fit-tieni subparagrafu tal-punt 6 tal-Anness IID għar-Regolament (KE) Nru 43/2009. Skont dik il-funzjoni, it-TAC jammonta għal 435 000 tunnellata.

    (4)

    Skont il-punt 7 tal-Anness IID għar-Regolament (KE) Nru 43/2009, it-TAC għal ICES żoni IIa u IV ma għandux jaqbeż l-400 000 tunnellata.

    (5)

    Iċ-ċiċċirell huwa stokk tal-Baħar tat-Tramuntana li jinqasam flimkien man-Norveġja, iżda li bħalissa mhuwiex taħt ġestjoni konġunta. Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-konsultazzjonijiet man-Norveġja skont id-dispożizzjonijiet tar-Reġistru Miftiehem tal-konklużjonijiet tal-konsultazzjonijiet tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja tal-10 ta’ Diċembru 2008. B’hekk, is-sehem tal-Komunità minn dik il-parti tat-TAC li jista’ jinqabad fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa u IV tal-ICES għandu jkun stabbilit għal 90 % ta’ 400 000 tunnellata.

    (6)

    Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd jirrakkomanda li t-TAC għandu jiżdied b’4,23 % biex ikunu koperti l-ilmijiet tal-KE taż-żona IIIa tal-ICES.

    (7)

    L-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 43/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 43/2009 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ġunju 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Joe BORG

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1.


    ANNESS

    Fl-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 43/2009 l-annotazzjoni dwar l-ispeċi ċiċċirell fl-ilmijiet tal-KE ta’ IIIa, u IIa u IV għandha tinbidel b'dan li ġej:

    ‘Speċi

    :

    Ċiċċirell

    Ammodytidae

    Żona

    :

    L-ilmijiet tal-KE ta' IIIa, l-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV (1)

    SAN/2A3A4.

    Id-Danimarka

    327 249  (2)

    TAC Analitiku.

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

    Il-Ġermanja

    501  (3)

    L-Iżvezja

    12 017  (4)

    Ir-Renju Unit

    7 153  (5)

    KE

    346 920  (6)

    In-Norveġja

    27 500  (7)

    Il-Gżejjer Faroe

    2 500

    TAC

    376 920


    (1)  Esklużi ilmijiet sa 6 mili mil-linji bażi tal-UK f'Shetland, Fair Isle u Foula

    (2)  Li minnu mhux aktar minn 311 289 tunnellata jistgħu jkunu mistada fl-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV. Il-kwantità li jifdal tista’ tiġi mistada biss fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIIa tal-ICES (SAN/*03A.).

    (3)  Li minnu mhux aktar minn 476 tunnellata jistgħu jkunu mistada fl-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV. Il-kwantità li jifdal tista’ tiġi mistada biss fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIIa tal-ICES (SAN/*03A.).

    (4)  Li minnu mhux aktar minn 11 431 tunnellata jistgħu jkunu mistada fl-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV. Il-kwantità li jifdal tista’ tiġi mistada biss fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIIa tal-ICES (SAN/*03A.).

    (5)  Li minnu mhux aktar minn 6 804 tunnellata jistgħu jkunu mistada fl-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV. Il-kwantità li jifdal tista’ tiġi mistada biss fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIIa tal-ICES. (SAN/*03A.).

    (6)  Li minnu mhux aktar minn 330 000 tunnellata jistgħu jkunu mistada fl-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV. Il-kwantità li jifdal tista’ tiġi mistada biss fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIIa tal-ICES. (SAN/*03A.).

    (7)  Għandhom jinqabdu fiż-żona IV tal-ICES.’


    Top