Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0516

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 516/2009 tas- 17 ta’ Ġunju 2009 li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pagnotta del Dittaino (DPO)]

ĠU L 155, 18.6.2009, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/516/oj

18.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 155/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 516/2009

tas-17 ta’ Ġunju 2009

li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pagnotta del Dittaino (DPO)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mressqa mill-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Pagnotta del Dittaino” kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tkun irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 335M, 13.12.2006, p. 213.

(2)  ĠU C 283, 7.11.2008, p. 15.


ANNESS

2. Prodotti tal-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament

Klassi 2,4.   Ħobż, ikel tal-għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara

L-ITALJA

Pagnotta del Dittaino (DPO)


Top