Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0508

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 508/2009 tal- 15 ta' Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam mal-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur

    ĠU L 151, 16.6.2009, p. 28–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/508/oj

    16.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 151/28


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 508/2009

    tal-15 ta' Ġunju 2009

    li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam mal-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 121(e) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008 (2) il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza għandhom jgħaddu lill-Bord tal-Esperti, qabel l-1 ta' Lulju ta' kull sena, ir-riżultati tal-kontrolli relatati mal-monitoraġġ tal-kontenut tal-ilma fil-laħam tat-tjur stabbilit f'dak ir-Regolament.

    (2)

    F'ġieħ l-armonizzazzjoni, huwa rakkomandabbli li l-laboratorji nazzjonali ta’ referenza kollha jużaw l-istess mudelli u l-istess indirizz meta jittrasferixxu d-dejta lill-Bord tal-Esperti.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 543/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (4)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 543/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    fl-Artikolu 18(1), it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

    “Qabel l-1 ta' Lulju ta' kull sena, il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza għandhom jgħaddu r-riżultati tal-kontrolli msemmija f'paragrafu 1 permezz tal-formola stabbilita fl-Anness XIIa għal dan ir-Regolament. Ir-riżultati għandhom jiġu ppreżentati lill-Kumitat ta' Ġestjoni għall-istħarriġ skont l-Artikolu 195 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.”

    (b)

    Jiżdied l-Anness XIIa ġdid, li t-test tiegħu huwa stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ġunju 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 157, 17.6.2008, p. 46.


    ANNESS

    “ANNESS XIIa

    Prodotti msemmija fl-Artikolu 18 (1)

    Dejta ta' kontroll għall-karkassi sħaħ tat-tiġieġ mill-1.1.2… – 31.12.2…

    Isem tal-Istat Membru


    Kampjun Nru tal-ID

    Produttur Nru tal-ID

    Tkessiħ Metodu

    Anness VI (*)

    Telf f’Taqtir (***)

    %

    Anness VI (*)

    Limitu ta' Telf f’Taqtir

    Anness VII (*)

    Piż

    [g] (**)

    Anness VII (*)

    Ilma

    (WA) [g]

    Anness VII (*)

    Proteina

    (RPA) [g]

    Anness VII (*)

    Limitu ta' Ilma

    (Wg) [g]

    Aktar mil-Limitu

    X

    Azzjoni

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Biex tintbagħat lil: AGRI-C4-ANIMAL-PRODUCTS@ec.europa.eu

    Dejta ta' kontroll għall-karkassi tat-tiġieġ mill-1.1.2… – 31.12.2…

    Isem tal-Istat Membru


    Kampjun Nru tal-ID

    Speċi (****)

    Tip ta’ qatgħat

    Produttur Nru tal-ID

    Tkessiħ Metodu (*****)

    Ilma

    (WA) %

    Proteina

    (RPA) %

    Proporzjoni Ilma/Proteina

    Limitu mir-Regolament

    Aktar mil-Limitu

    X

    Azzjoni

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Biex tintbagħat lil: AGRI-C4-ANIMAL-PRODUCTS@ec.europa.eu”


    (*)  Annessi għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008

    (**)  Piż – piż medju ta' 7 karkassi [g]

    (***)  Telf f'Taqtir – telf medju tal-ilma f' % ta' 20 karkassa

    (****)  T = It-Turkija, C = Tiġieġ

    (*****)  A = Tkessiħ tal-arja, AS = Tkessiħ b’raxx ta’ arja, IM = Tkessiħ b’immersjoni


    Top