This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0499
Council Regulation (EC) No 499/2009 of 11 June 2009 extending the definitive anti-dumping duty imposed by Regulation (EC) No 1174/2005 on imports of hand pallet trucks and their essential parts originating in the People’s Republic of China to imports of the same product consigned from Thailand, whether declared as originating in Thailand or not
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 499/2009 tal- 11 ta' Ġunju 2009 li testendi d-dazju definittiv anti-dumping impost bir-Regolament (KE) Nru 1174/2005 fuq l-importazzjonijiet tal- pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet tal-istess prodott ikkunsinnati mit-Tajlandja, kemm jekk ikun iddikjarat li oriġinaw mit-Tajlandja kif ukoll jekk le
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 499/2009 tal- 11 ta' Ġunju 2009 li testendi d-dazju definittiv anti-dumping impost bir-Regolament (KE) Nru 1174/2005 fuq l-importazzjonijiet tal- pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet tal-istess prodott ikkunsinnati mit-Tajlandja, kemm jekk ikun iddikjarat li oriġinaw mit-Tajlandja kif ukoll jekk le
ĠU L 151, 16.6.2009, pp. 1–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 21/07/2010
|
16.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 151/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 499/2009
tal-11 ta' Ġunju 2009
li testendi d-dazju definittiv anti-dumping impost bir-Regolament (KE) Nru 1174/2005 fuq l-importazzjonijiet tal-pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet tal-istess prodott ikkunsinnati mit-Tajlandja, kemm jekk ikun iddikjarat li oriġinaw mit-Tajlandja kif ukoll jekk le
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni minn importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. IL-PROĊEDURA
1. Il-miżuri eżistenti
|
(1) |
Wara investigazzjoni (l-“investigazzjoni oriġinali”), il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1174/2005 (2) (ir-“Regolament oriġinali”), impona dazju definittiv tal-antidumping fuq l-importazzjoni ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom (“HPT”jew il-“prodott ikkonċernat”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”). |
|
(2) |
Permezz tar-Regolament Nru 684/2008 (3) il-Kunsill ikkjarifika d-definizzjoni tal-oġġett tal-investigazzjoni oriġinali. |
2. Il-Bidu Ex-Officio
|
(3) |
Wara l-investigazzjoni oriġinali, l-evidenza li kellha l-Kummissjoni wriet li l-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjoni tal-HPT oriġinati mir-RPĊ qegħdin jiġu evitati permezz ta’ attivitajiet tal-immuntar tal-HPT (il-“prodott investigat”) fit-Tajlandja. |
|
(4) |
F’termini sodi l-evidenza prima facie għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni wriet li:
|
|
(5) |
Wara li stabbiliet, b’konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed evidenza prima facie għall-bidu ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tat bidu għal investigazzjoni ex-officio, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 923/2008 (4) (ir-“Regolament ta’ bidu”) biex tiġi investigata l-allegata evażjoni tal-miżuri anti-dumping. Skont l-Artikolu 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament tal-bidu, tat ukoll istruzzjonijiet lill-awtoritajiet tad-dwana biex jirreġistraw l-importazzjonijiet tal-HPT li jkunu kkunsinnati mit-Tajlandja, mill-21 ta’ Settembru 2008, kemm jekk ikunu ddikjarati li joriginaw mit-Tajlandja kif ukoll jekk le. |
3. L-investiġazzjoni
|
(6) |
Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lill-awtoritajiet tar-RPĊ, u tat-Tajlandja, lill-produtturi/esportaturi fir-RPĊ u fit-Tajlandja, l-importaturi fil-Komunità magħrufin li huma kkonċernati u l-industrija tal-Komunità bil-bidu tal-investigazzjoni. Il-kwestjonarji ntbagħtu lill-produtturi/esportaturi magħrufin fir-RPĊ u fit-Tajlandja kif ukoll lill-importaturi fil-Komunità magħrufin mill-Kummissjoni mill-investigazzjoni oriġinali u lill-partijiet li kienu ppreżentaw rwieħhom fi żmien l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ bidu. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fiż-żmien stipulat fir-Regolament ta’ bidu. Il-partijiet kollha ġew informati li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tista’ twassal għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u li s-sejbiet isiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli. |
|
(7) |
Ma ntbagħtu ebda risposti għall-kwestjonarji mill-esportaturi/produtturi fit-Tajlandja, u l-Kummissjoni ma rċeviet ebda kummenti mill-awtoritajiet Tajlandiżi. Kien hemm biss esportatur/importatur wieħed Tajlandiż tal-HPT li, skont l-informazzjoni li kellha l-Kummissjoni fiż-żmien tal-bidu, kien esporta l-HTP lejn il-Komunità fiż-żmien ta’ bejn l-2005 u l-PI (kif definit fil-premessa (10)) u kellu attivitajiet tal-immuntar tal-HPT fit-Tajlandja, dan ressaq li kien ġie llikwidat sa minn April 2008. |
|
(8) |
Produttur esportatur wieħed Ċiniż irrisponda għall-kwestjonarju billi ddikjara l-bejgħ tiegħu fl-esportazzjoni lejn il-KE u ammont żgħir ħafna ta’ esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn it-Tajlandja. L-awtoritajiet Ċiniżi ma bagħtu l-ebda kumment. |
|
(9) |
Fl-aħħar nett, disa’ importaturi mill-Komunità bagħtu r-risposti għall-kwestjonarju fejn irrappurtaw l-importazzjonijiet tagħhom miċ-Ċina u t-Tajlandja. Mir-risposti tagħhom, b’mod ġenerali, ġie konkluż li kien hemm żieda fl-importazzjoni mit-Tajlandja u tnaqqis f’daqqa fl-importazzjoni mir-RPĊ fl-2006, li kienet is-sena wara li daħal fis-seħħ id-dazju definittiv anti-dumping. Fis-snin ta’ wara, l-importazzjoni mir-RPĊ reġgħet żdiedet, u fl-istess ħin naqset daqsxejn l-importazzjoni mit-Tajlandja imma baqgħet f’livelli sew ogħla milli kienet fl-2005. |
4. Il-Perjodu ta’ investigazzjoni
|
(10) |
Il-perjodu ta’ investigazzjoni kien bejn l-1 ta’ Settembru 2007 u l-31 ta’ Awwissu 2008 (il-“PI”). Inġabret id-dejta mill-2005 sa tmiem il-PI biex tiġi investigata l-bidla allegata fix-xejra tal-kummerċ u l-aspetti l-oħra stipulati fl-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku. |
B. IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI
1. Il-Konsiderazzjonijiet ġenerali/il-livell ta’ kooperazzjoni/il-metodoloġija
|
(11) |
Kif intqal fil-premessa (7), l-ebda produttur/esportatur tal-HPT fit-Tajlandja ma kkoopera u pprovda d-dejta meħtieġa għall-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ma kellhiex il-possibbiltà li tivverifika direttament mis-sors it-tip ta’ importazzjonijiet li kienu ntbagħtu mit-Tajlandja. Għalhekk, is-sejbiet fir-rigward ta’ esportazzjonijiet ta’ HPT ikkunsinnati mit-Tajlandja lejn il-Komunità kellhom isiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli b’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. F’dan il-kuntest ta’ min jinnota li la mill-informazzjoni li ntbagħtet mir-RPĊ u l-anqas minn dik ġejja minn importaturi Komunitarji ma ppremettew lill-Kummissjoni tiddetermina n-natura ta’ dawn l-importazzjonijiet. |
|
(12) |
Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ evażjoni twettqet billi ġie analizzat jekk kienx hemm bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn il-pajjiżi terzi u l-Komunità, jekk din il-bidla kinitx ir-riżultat ta’ xi prassi, ta’ xi proċess jew ta’ ħidma, li għaliha ma kienx hemm kawża suffiċjenti jew ġustifikazzjoni ekonomika għajr l-impożizzjoni tad-dazju, jekk kienx hemm evidenza ta’ ħsara jew li l-effetti rimedjanti kienu qed jiddgħajfu f’termini tal-prezzijiet u/jew tal-kwantitajiet ta’ dan it-tip ta’ prodott, u jekk kienx hemm evidenza ta’ dumping f’paragun mal-valuri normali li kienu ġew stabbiliti qabel għal dan it-tip ta’ prodott, u jekk meħtieġ skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku. |
2. Il-prodott ikkonċernat u prodotti tal-istess tip
|
(13) |
L-HTP huwa pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom, jiġifieri xażis u ħajdroliks, li normalment jiġu ddikjarati bil-kodiċi NM ex 8427 90 00 u ex 8431 20 00 oriġinati mir-RPĊ. L-HTP huma ddefiniti bħala trakkijiet bir-roti b’dirgħajn forma ta’ furketta għat-tqandil tal-palits, iddisinjati biex jiġu mbuttati, miġbuda u mmexxija bl-idejn, fuq wiċċ lixx, invell u iebes, minn operatur pedonali bl-użu ta’ laċċ artikulat. L-HTP huma ddisinjati biss biex jgħollu t-tagħbija, billi jippompjaw il-laċċ, sa għoli biżżejjed għall-ġarr u ma għandhom l-ebda funzjoni jew użu ieħor bħal, pereżempju, (i) li jġorru u jerfgħu t-tagħbija biex ipoġġuha aktar fl-għoli jew jgħinu fil-ħżin tat-tagħbija (“highlifters”),(ii) li jistivaw pallet wieħed fuq l-ieħor (“stackers”), (iii) li jerfgħu t-tagħbija għal livell fejn isir ix-xogħol (“scissorlifts”) jew (iv) li jerfgħu u jiżnu t-tagħbija (“weighing trucks”). |
|
(14) |
Il-prodott investigat huwa l-pallet trucks tal-idejn (iddefinit l-istess bħall-prodott ikkonċernat) u l-partijiet essenzjali tagħhom, jiġifieri x-xażis u l-ħajdroliks ikkunsinnati mit-Tajlandja (il-“prodott investigat”) kemm jekk ikun iddikjarat li joriġina mit-Tajlandja, kemm jekk ma jkunx, u normalment huwa ddikjarat bl-istess kodiċi NM bħall-prodott ikkonċernat. |
|
(15) |
Mill-informazzjoni disponibbli ġie konkluż li l-HPT li huma esportati lejn il-Komunità mir-RPĊ u dawk li jkunu kkunsinnati mit-Tajlandja lejn il-Komunità għandhom bażikament l-istess karatteristiċi fiżiċi u l-istess funzjoni. Għalhekk, huma ikkunsidrati bħala prodotti simili fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. Bidla fir-rutina tal-kummerċ bejn pajjiżi terzi u l-Komunità
|
(16) |
Minħabba li ebda kumpanija Tajlandiża ma kkooperat, il-volum u l-valur tal-esportazzjoni Tajlandiża tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità kienu ddeterminati skont l-informazzjoni disponibbli, li f’dan il-każ kienet id-dejta statistika miġbura mill-Istati Membri u kkompilata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku, u dejta tal-Eurostat. Fir-rigward tad-dejta li ngħatat fir-risposti tal-importaturi mill-Komunità, l-investigazzjoni stabbiliet li n-numru ta’ esportazzjonijiet Tajlandiżi li ġew irrappurtati mill-importaturi fi ħdan il-Komunità kien jirrapreżenta biss parti żgħira mill-esportazzjoni totali mit-Tajlandja ta’ HPT matul il-PI, jiġifieri inqas minn 5 %. F’dawn iċ-ċirkostanzi, kien maħsub li l-istatistika li għandha l-Kummissjoni iżjed turi s-sitwazzjoni preċiża fir-rigward tal-volum u l-valur tal-esportazzjoni mit-Tajlandja minn dik l-infomazzjoni limitata li ngħatat mill-importaturi fi ħdan il-Komunità. |
|
(17) |
Wara li ġew imposti l-miżuri anti-dumping, l-importazzjoni tal-HPT mit-Tajlandja żdiedet minn 7 458 truck fl-2005 għal 64 706 truck fl-2007, u naqset għal 42 056 truck matul il-PI. |
|
(18) |
L-importazzjoni tal-HPT miċ-Ċina lejn il-KE żdiedet minn 240 639 truck fl-2005 għal 538 271 fl-2007 u 584 786 matul il-PI. Skont l-informazzjoni disponibbli, din iż-żieda hija prinċipalment attribwita għaż-żieda fl-esportazzjoni mill-uniku esportatur produttur li għandu r-rata ta’ dazju anti-dumping l-iżjed baxxa. Infatti, l-esportazzjoni miċ-Ċina minn din il-parti speċifika tirrappreżenta perċentaġġ kbir taż-żieda fl-importazzjoni ta’ HPT fil-KE mir-RPĊ bejn l-2005 u t-tmiem tal-PI. |
|
(19) |
B’kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni msemmija hawn fuq, ġie konkluż li saret bidla fir-rutina tal-kummerċ bejn il-KE, ir-RPĊ u t-Tajlandja. L-importazzjoni mir-RPĊ baqgħet tiżdied imma dan huwa attribwit direttament għall-esportazzjoni mingħand wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkoopera fl-investigazzjoni oriġinali u ngħatatlu l-inqas rata ta’ dazju anti-dumping. Min-naħa l-oħra, l-importazzjoni mit-Tajlandja żdiedet b’868 % bejn l-2005 u l-2007 u stabbiliżżat ruħa matul il-PI għal żieda ta’ 564 % fir-rigward tal-2005. |
|
(20) |
B’kollox, instab li minkejja li x-xejra tal-kummerċ wriet esportazzjoni persistenti mir-RPĊ, kien hemm ukoll żieda sinifikanti fl-esportazzjoni mit-Tajlandja. Din il-persistenza, jew iż-żieda kontinwa, minkejja li kienet ħafna iżgħar bejn l-2007 u l-PI minn dik li nstabet għall-esportazzjoni mir-RPĊ fl-investigazzjoni oriġinali, tispjega ruħa mill-fatt li l-biċċa l-kbira tal-esportazzjoni hija mill-kumpanija Ċiniża li għandha l-iżjed rata baxxa ta’ dazju anti-dumping. Ix-xejra tal-kummerċ fir-rigward tat-Tajlandja, min-naħa l-oħra, tista’ biss tkun spjegata bħala riżultat ta’ azzjonijiet li l-għan tagħhom huwa l-evażjoni tal-miżuri. |
4. Kawża insuffiċjenti jew ġustifikazzjoni ekonomika
|
(21) |
L-importazzjoni lejn il-Komunità mit-Tajlandja bdiet tiżdied matul iż-żmien tal-ewwel investigazzjoni mmexxija mill-Komunità. Huwa mfakkar li l-awtoritajiet fit-Tajlandja kif ukoll il-produtturi/esportaturi Tajlandiżi potenzjali kienu ġew infurmati bl-investigazzjoni li hi għaddejja. Iżda ma waslet ebda evidenza li tispjega din iż-żieda sinifikanti, u l-ebda kumpanija Tajlandiża ma kkooperat fl-investigazzjoni billi rrispondiet għad-domandi tal-kwestjonarju. F’dan ir-rigward għandu jkun enfasizzat li, kif intqal fil-premessa (7) l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni fi żmien il-bidu tal-investigazzjoni tat ħjiel li hemm numru sinifikanti ta’ attivitajiet tal-immuntar ta’ HPT fit-Tajlandja. Min-naħa l-oħra, ma waslet ebda evidenza li tindika li kienet qed issir produzzjoni ġenwina fit-Tajlandja tal-HTP. Għalhekk ġie konkluż, fuq bażi tal-informazzjoni disponibbli, li fl-assenza ta’ xi kawża oħra adekwata jew xi ġustifikazzjoni ekonomika fl-ambitu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-bidla fir-rutina tal-kummerċ kienet ġejja minħabba l-impożizzjoni tad-dazju anti-dumping fuq l-HPT li joriġinaw fir-RPĊ. |
5. Id-dgħajfien tal-effetti ta’ rimedju tad-dazju anti-dumping (l-Artikolu 13(1))
|
(22) |
L-investigazzjoni stabbiliet li l-importazzjonijiet mit-Tajlandja dgħajfu l-effetti rimedjanti tad-dazju anti-dumping kemm f’termini ta’ kwantità kif ukoll f’termini ta’ prezzijiet. |
|
(23) |
Huwa mfakkar li l-bidla fil-fluss kummerċjali ħadet ix-xejra ta’ żieda straordinarja fl-importazzjoni mit-Tajlandja. L-ewwel nett din dgħajfet l-effetti rimedjanti tal-miżuri anti-dumping f’dak li għandu x’jaqsam mal-kwantitajiet importati ġewwa s-suq tal-Komunità. Tabilħaqq, kieku l-importazzjoni lejn il-Komunità kienet ġejja mir-RPĊ flok mit-Tajlandja, aktarx li l-kwantitajiet importati kienu jkunu ħafna inqas minn dawk ġejjin mit-Tajlandja meta wieħed jikkonsidra li kien ikun hemm il-ħtieġa li wieħed iħallas, inter alia, id-dazju anti-dumping b’rati bejn is-7,6 % u s-46,7 %. |
|
(24) |
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ prezzijiet tal-prodotti kkonċernati kkunsinnati mit-Tajlandja, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, kien meħtieġ li issir referenza għad-dejta tal-Eurostat, (li kienu kkonfermati mid-dejta imsemmija fl-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku), li kienet l-aħjar evidenza disponibbli. L-informazzjoni ppreżentata mill-importaturi Komunitarji ma kenitx meqjusa bħala affidabbli għal kollox għar-raġunijiet mogħtija fil-premessa (16). F’dan ir-rigward ġie stabbilit li matul il-PI il-prezz medju tal-importazzjoni għall-esportazzjonijiet Tajlandiżi lejn il-Komunità kien sew inqas mil-livell ta’ eliminazzjoni ta’ danni għall-prezzijiet tal-Komunità li kienu ġew stabbiliti waqt l-investigazzjoni oriġinali. F’termini iżjed konkreti, il-prezz medju tal-importazzjoni tal-esportazzjonijiet Tajlandiżi lejn il-Komunità nstab li kien 48,9 % inqas mil-livell ta’ eliminazzjoni ta’ danni għall-prezzijiet tal-Komunità li kienu ġew stabbiliti waqt l-investigazzjoni oriġinali. Għalhekk, l-effetti rimedjanti tad-dazju impost f’dak li għandu x’jaqsam ma’ prezzijiet ddgħajfu. |
|
(25) |
Għalhekk ġie konkluż li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mit-Tajlandja dgħajfu l-effetti rimedjanti tad-dazju, kemm inkwantu l-kwantitajiet kif ukoll inkwantu l-prezzijiet. |
6. It-Test tad-Dumping (l-Artikolu 13(1))
|
(26) |
Kif spjegat fil-premessi (7) u (16), minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, sabiex jiġi stabbilit matul il-PI jekk setgħetx tinstab prova ta’ dumping fir-rigward ta’ esportazzjonijiet mit-Tajlandja tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità, kienet użata d-dejta Eurostat fuq-livell NM skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku bħala l-bażi għat-twaqqif tal-prezzijiet tal- esportazzjoni lejn il-Komunità. |
|
(27) |
Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, dawn il-prezzjijiet tal-esportazzjoni ġew ipparagunati mal-valur normali stabbilit minn qabel, f’dan il-każ il-valur medju normali differenzjat li ġie stabbilit waqt l-investigazzjoni oriġinali. |
|
(28) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni u skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, għall-iskop ta’ paragun tal-prezz ta’ esportazzjoni u l-valur normali, ġie meqjus li hu xieraq li wieħed jassumi li t-taħlita ta’ prodotti tal-merkanzija nnutata matul l-investigazzjoni preżenti kienet l-istess bħal dik fl-investigazzjoni oriġinali. |
|
(29) |
Skont l-Artikoli 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku, il-paragun tal-valur medju normali differenzjat kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali u l-valur medju miżjud tal-prezzijiet tal-esportazzjoni matul il-PI tal-investigazzjoni preżenti, kif stabbilit mid-dejta tal-Eurostat, irrappreżentat bħala perċentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Komunità, dazju mhux imħallas, wera marġini tad-dumping sinifikanti, jiġifieri 22,5 %. |
|
(30) |
Meta wieħed iqis il-marġini tad-dumping li hemm, u l-fatt li mhemmx evidenza li turi bidla sinifikanti fit-taħlita tal-prodotti esportati, huwa meqjus li hemm id-dumping f’paragun mal-valur normali stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. |
C. IL-MIŻURI
|
(31) |
Minħabba s-sejbiet ta’ hawn fuq, ġie konkluż li saret l-evażjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri eżistenti anti-dumping fuq l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ għandhom għalhekk jiġu estiżi għall-importazzjoni tal-istess prodott ikkunsinnat mit-Tajlandja, kemm jekk ikun iddikjarat li joriġina mit-Tajlandja kemm jekk le. |
|
(32) |
Il-miżuri li jridu jiġu estiżi għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament oriġinali għall-partijiet li ma kkooperawx, jiġifieri għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Għaldaqstant, għal dan ir-Regolament preżenti r-rata tad-dazju anti-dumping li tapplika għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, għandha tkun ta’ 46,7 %. |
|
(33) |
Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, li jistipula li kull miżura estiża tista’ tapplika għall-importazzjonijiet li daħlu fil-Komunità skont ir-reġistrazzjoni imposta mir-Regolament ta’ bidu, għandhom jinġabru d-dazji fuq dawk l-importazzjonijiet irreġistrati tal-HTPs ikkunsinnati mit-Tajlandja. |
D. IT-TALBIET GĦALL-EŻENZJONI
|
(34) |
Huwa mfakkar li matul l-investigazzjoni preżenti ma nstab li kien hemm ebda esportatur/produttur Tajlandiż tal-HPT għall-Komunità fit-Tajlandja, jew ma kienx hemm wieħed li ppreżenta ruħu mal-Kummissjoni u kkoopera fil-proċediment. B’danakollu, kull esportatur/produttur Tajlandiż li hu meqjus li għandu x’jaqsam u li jikkunsidra li jagħmel talba għall-eżenzjoni mid-dazju anti-dumping estiż skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku ikun meħtieġ li jimla kwestjonarju sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tistabbilixxi l-eżenzjoni hijiex iġġustifikata. Eżenzjoni ta’ din ix-xorta tista’ tingħata, pereżempju, wara li ssir valutazzjoni tas-sitwazzjoni fis-suq tal-prodott ikkonċernat, tal-kapaċità ta’ produzzjoni u tal-użu tal-kapaċità, tal-ksib u l-bejgħ u tal-probabbiltà li jitkomplew l-attivitajiet li għalihom mhemmx kawża suffiċjenti jew ġustifikazzjoni ekonomika u hemm evidenza ta’ dumping. Normalment il-Kummissjoni tagħmel ukoll spezzjoni ta’ verifikazzjoni fuq il-post. It-talba tkun trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni minnufih, bl-informazzjoni rilevanti kollha, partikolarment xi modifikazzjoni fl-attivitajiet tal-kumpanija marbutin mal-produzzjoni u l-bejgħ. |
E. IT-TAGĦRIF
|
(35) |
Il-partijiet interessati ġew infurmati dwar il-fatti essenzali u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom il-Kunsill kellu ħsieb li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping li hemm fis-seħħ, u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw u jiġu mismugħa. Ma wasslu ebda kummenti li kienu jiġġustifikaw bidla fil-konklużjonijiet ta’ hawn fuq, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Id-dazju definittiv anti-dumping li japplika għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” impost bir-Regolament (KE) Nru 1174/2005 fuq l-importazzjoni ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom, jiġifieri x-xażis u l-ħajdroliks, kif definiti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1174/2005, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 684/2008, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, huwa b’dan estiż għall-pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom, jiġifieri x-xażis u l-ħajdroliks, kif definiti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1174/2005, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 684/2008, u li huma kklassifikati skont il-kodiċi NM ex 8427 90 00 u ex 8431 20 00 (kodiċi TARIC 8427 90 00 11 u 8431 20 00 11), li jkunu kkunsinnati mit-Tajlandja, kemm jekk ikun iddikjarat li joriġinaw mit-Tajlandja, kemm jekk le.
2. Id-dazji estiżi permezz tal-paragrafu 1 għandhom jinġabru fuq importazzjonijiet irreġistrati b’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 923/2008 u l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 384/96.
3. Id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali għandhom japplikaw.
Artikolu 2
1. It-talbiet għall-eżenzjoni mid-dazju estiż skont l-Artikolu 1 għandhom isiru bil-miktub f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jridu jkunu ffirmati minn persuna awtorizzata li tirrappreżenta l-applikant. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Trade |
|
Directorate H |
|
Office: N105 04/090 |
|
1040 Brussell |
|
BELGIUM |
|
Fax (32-2) 295 65 05 |
2. Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv, tawtorizza b’deċiżjoni l-eżenzjoni ta’ importazzjonijiet li ma jevitawx il-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament (KE) Nru 1174/2005 mid-dazju estiż skont l-Artikolu 1.
Artikolu 3
L-awtoritajiet tad-dwana huma b’dan ordnati li jtemmu r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, stabbiliti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 923/2008.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, 11 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
G. SLAMEČKA
(2) ĠU L 189, 21.7.2005, p. 1.