EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0487

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 487/2009 tal- 25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru (Verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 148, 11.6.2009, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/487/oj

11.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 487/2009

tal-25 ta’ Mejju 2009

dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru

(Verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 83 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3976/87 tal-14 ta’ Diċembru 1987 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet komuni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat permezz ta’ Regolament jew Direttiva skont l-Artikolu 83 tat-Trattat. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tiddikjara permezz ta’ Regolament li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 81(1) tat-Trattat ma japplikawx għal ċerti kategoriji ta’ akkordji bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi u prattiċi miftiehma.

(3)

Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tagħti eżenzjonijiet ġenerali fis-settur tat-trasport bl-ajru rigward traffiku ġewwa l-Komunità kif ukoll rigward traffiku bejn il-Komunità u pajjiżi terzi.

(4)

Għandu jiġi stabbilit taħt liema kondizzjonijiet speċifiċi u f’liema ċirkostanzi l-Kummissjoni tista’ teżerċita setgħat bħal dawn f’relazzjoni mill-qrib u kostanti mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

(5)

Huwa mixtieq, partikolarment, li jingħataw eżenzjonijiet ġenerali għal ċerti kategoriji ta’ akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma. Dawk l-eżenzjonijiet għandhom jingħataw għal perjodu limitat li matulu t-trasportaturi bl-ajru jkunu jistgħu jadattaw rwieħhom għal ambjent aktar kompetittiv. Il-Kummissjoni, f’relazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għandhom ikunu jistgħu jiddefinixxu b’mod preċiż l-ambitu ta’ dawk l-eżenzjonijiet u l-kundizzjonijiet marbuta magħhom.

(6)

Dan ir-Regolament huwa bla ħsara għall-applikazzjoni tal-Artikolu 86 tat-Trattat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasport bl-ajru.

Artikolu 2

1.   Skond l-Artikolu 81(3) tat-Trattat, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ Regolament tiddikjara li l-Artikolu 81(1) tat-Trattat m’għandux japplika għal kategoriji ta’ akkordji bejn impriżi, deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet ta’ impriżi u prattiċi miftiehma.

Il-Kummissjoni tista’, partikolarment, tadotta dawn ir-Regolamenti fir-rigward ta’ akkordji, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma li għandhom bħala għan xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

ippjanar konġunt u koordinazzjoni ta’ skedi ta’ linji tal-ajru;

(b)

konsultazzjonijiet fuq tariffi għat-trasport ta’ passiġġieri u bagalji u ta’ tagħbija fuq servizzi skedati bl-ajru;

(ċ)

operazzjonijiet konġunti fuq servizzi ġodda skedati bl-ajru utilizzati anqas;

(d)

allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti u skedar tal-ajruport; il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb li tiżgura konsistenza mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta’ Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità (4);

(e)

xiri, żvilupp u operazzjoni komuni ta’ sistemi ta’ reservazzjoni kkompjuterizzata relatati ma’ ippjanar tal-ġurnata, reservazzjonijiet u qtugħ ta’ biljetti minn impriżi ta’ trasport bl-ajru; il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb li tiżgura konsistenza mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89 tal-24 ta’ Lulju 1989 dwar kodiċi ta’ kondotta għal sistemi ta’ riservazzjoni kompjuterizzata (5).

2.   Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, ir-Regolamenti tal-Kummissjoni msemmija hemmhekk għandhom jiddefinixxu il-kategoriji ta’ akkordji, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma li japplikaw għalihom u għandhom jispeċifikaw b’mod partikolari:

(a)

ir-restrizzjonijiet jew il-klawsoli li jistgħu, jew ma jistgħux, jidhru fl-akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma;

(b)

il-klawsoli li għandhom jitniżżlu fil-akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma, jew kwalunkwe kondizzjonijiet oħra li għandhom ikunu sodisfatti.

Artikolu 3

Kwalunkwe Regolament adottat taħt l-Artikolu 2 għandu japplika għal perjodu speċifikat.

Jista’ jiġi mħassar jew emendat fejn iċ-ċirkostanzi jinbidlu fir-rigward ta’ xi fatturi li jkunu ppromovew l-adozzjoni tiegħu; f’każ bħal dan, għandu jiġi ffissat perjodu għall-emenda tal-akkordji u prattiki miftiehma li għalihom ir-Regolament ta’ qabel kien japplika qabel it-tħassir jew emenda.

Artikolu 4

Ir-Regolamenti adottati taħt l-Artikolu 2 għandhom jinkludu dispożizzjoni li tispeċifika li biha huma japplikaw b’effett retroattiv għal akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li kienu fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-Regolamenti.

Artikolu 5

Regolament adottat taħt l-Artikolu 2 jista’ jistabbilixxi li l-projbizzjoni li tinsab fl-Artikolu 81(1) tat-Trattat ma tkunx applikabbli, għal dak il-perijodu kif stabbilit b’dak ir-Regolament, għal ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma diġà eżistenti fid-data tal-Adeżjoni li għalihom l-Artikolu 81(1) huwa applikabbli bis-saħħa tal-Adeżjoni tal-Awstrija, tal-Finlandja, u tal-Isvezja u li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat.

B’dana kollu, dan l-Artikolu m’għandux japplika għal ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li fid-data tal-Adeżjoni jkunu diġà jaqgħu taħt l-Artikoli 53(1) tal-Ftehim ŻEE.

Artikolu 6

Qabel ma tadotta Regolament taħt l-Artikolu 2, il-Kummissjoni għandha tippubblika abbozz ta’ dan u tistieden lill-persuni u l-organizzazjonijiet kollha konċernati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom fl-limitu ta’ żmien raġonevoli, li ma jkunx anqas minn xahar, li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi.

Artikolu 7

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta il-Kummitat Konsultattiv dwar Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti msemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (6) qabel tippubblika abbozz tar-Regolament u qabel tadotta r-Regolament skont l-Artikolu 2.

Artikolu 8

Ir-Regolament (KEE) Nru 3976/87 hu b’dan imħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni li tinsab fl-Anness II.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ŠEBESTA


(1)  Opinjoni tal-21 ta’ Ottubru 2008 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 374, 31.12.1987, p. 9.

(3)  Ara l-Anness I.

(4)  ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1.

(5)  ĠU L 220, 29.7.1989, p. 1.

(6)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.


ANNESS I

Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3976/87

(ĠU L 374, 31.12.1987, p. 9)

 

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2344/90

(ĠU L 217, 11.8.1990, p. 15)

 

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2411/92

(ĠU L 240, 24.8.1992, p. 19)

 

L-Att ta’ Adeżjoni 1994, l-Anness I, Parti III.A.3

(ĠU C 241, 29.8.1994, p. 56)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003

(ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1)

L-Artikolu 41 biss

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 411/2004

(ĠU L 68, 6.3.2004, p. 1)

L-Artikolu 2 biss


ANNESS II

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament (KEE) Nru 3976/87

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 2(2), kliem tal-bidu

Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 2(2), l-ewwel inċiż

Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu, (a)

Artikolu 2(2), it-tieni inċiż

Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu, (b)

Artikolu 2(2), it-tielet inċiż

Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu, (c)

Artikolu 2(2), ir-raba’ inċiż

Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu, (d)

Artikolu 2(2), il-ħames inċiż

Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu, (e)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(2)

Artikoli 3 u 4

Artikoli 3 u 4

Artikolu 4a, l-ewwel sentenza

Artikolu 5, l-ewwel paragrafu

Artikolu 4a, it-tieni sentenza

Artikolu 5, it-tieni pargarafu

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Anness I

Anness II


Top