EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0457

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 457/2009 tat- 3 ta’ Ġunju 2009 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni tat-tewm fis-subperjodu bejn l- 1 ta' Settembru u t- 30 ta' Novembru 2009

ĠU L 138, 4.6.2009, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/457/oj

4.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 457/2009

tat-3 ta’ Ġunju 2009

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni tat-tewm fis-subperjodu bejn l-1 ta' Settembru u t-30 ta' Novembru 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (3) jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji, u jintroduċi sistema għal liċenzji għall-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi.

(2)

Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” minn importaturi tradizzjonali u minn importaturi ġodda wara il-ħmistax-il jum ta' Mejju 2009, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-prodotti li joriġinaw miċ-Ċina u l-pajjiżi terzi kollha għajr għaċ-Ċina.

(3)

Għaldaqstant, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2007, jeħtieġ issa li jiġi stabbilit sa liema punt l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-aħħar ta' Mejju 2009 jistgħu jkunu sodisfatti skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni “A” mressqa skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 wara il-ħmistax-il jum ta' Mejju 2009 u mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-aħħar ta' Mejju Frar 2009 għandhom ikunu sodisfatti b'rata perċentwali tal-kwantità li għaliha tkun saret l-applikazzjoni, kif jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, 3 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12.


ANNESS

Oriġini

Nru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni

L-Arġentina

Importaturi tradizzjonali

09.4104

X

Importaturi ġodda

09.4099

X

Iċ-Ċina

Importaturi tradizzjonali

09.4105

22,555813  %

Importaturi ġodda

09.4100

0,413896  %

Pajjiżi terzi oħra

Importaturi tradizzjonali

09.4106

100  %

Importaturi ġodda

09.4102

55,571395  %

“X

:

Mingħajr koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu għal dan il-pajjiż.”


Top