Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0448

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 448/2009 tat- 28 ta’ Mejju 2009 li jistipula perċentwali ta’ aċċettazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-esportazzjoni, li jirrifjuta applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor ’il barra mill-kwota

ĠU L 132, 29.5.2009, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/448/oj

29.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 448/2009

tat-28 ta’ Mejju 2009

li jistipula perċentwali ta’ aċċettazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-esportazzjoni, li jirrifjuta applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor ’il barra mill-kwota

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7e flimkien mal-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 61, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, iz-zokkor prodott matul is-sena tas-suq u bi qbiż tal-kwota msemmija fl-Artikolu 56 ta’ dak ir-Regolament jista’ jiġi esportat biss fil-limitu kwantitattiv stipulat mill-Kummisjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 274/2009 tat-2 ta’ April 2009 li jiffissa l-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju lil hinn mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2009/2010 (3) jistipula l-limiti msemmija hawn fuq. Dan ir-Regolament japplika biss mill-1 ta’ Ottubru 2009 u għalhekk il-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju ’il barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2009/2010 ser jibda jgħodd biss minn din id-data.

(3)

Għas-sena tas-suq 2009/2010 għandu għalhekk jiġi stipulat perċentwali ta’ aċċettazzjoni ta’ żero għall-kwantitajiet li l-applikazzjoni għalihom saret bejn it-18 ta’ Mejju 2009 u t-22 ta’ Mejju 2009 u t-tressiq tal-applikazzjoniet għal liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor għandu jieqaf. Għas-sena tas-suq 2009/2010 l-applikazzjonijiet kollha għal liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor li tressqu fil-25, 26, 27, 28 u 29 ta’ Mejju 2009 għandhom għalhekk jiġu rrifjutati.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għas-sena tas-suq 2009/2010 l-liċenzji tal-esportazzjoni ’l barra mill-kwoti taz-zokkor li l-applikazzjonijiet għalihom tressqu bejn it-18 ta’ Mejju 2009 u t-22 ta’ Mejju 2009, għandhom jinħarġulhom il-liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, multiplikati b'perċentwali ta’ aċċettazzjoni ta’ 0 %.

2.   Għas-sena tas-suq 2009/2010 l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor ’il barra mill-kwota li tressqu fil-25, 26, 27, 28 u 29 ta’ Mejju 2009 qiegħdin jiġu rrifjutati.

3.   Għas-sena tas-suq 2009/2010 t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor ’il barra mill-kwota għandu jieqaf għall-perjodu bejn 1 ta’ Ġunju 2009 u t-30 ta’ Settembru 2009.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 91, 3.4.2009, p. 16.


Top