This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0443
Regulation (EC) No 443/2009 of the European Parliament and of the Council of 23 April 2009 setting emission performance standards for new passenger cars as part of the Community's integrated approach to reduce CO 2 emissions from light-duty vehicles (Text with EEA relevance)
Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO 2 minn vetturi ħfief Test b’rilevanza għaż-ŻEE
Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO 2 minn vetturi ħfief Test b’rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2019; Imħassar b' 32019R0631
5.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 140/1 |
REGOLAMENT (KE) Nru 443/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-23 ta' April 2009
li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri reġistrati fil-Komunità, għan li jifforma parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief filwaqt li jiġi żgurat il-funzjonament korrett tas-suq intern. |
(2) |
Il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, li ġiet approvata f'isem il-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/69/KE tal-15 ta’ Diċembru 1993 (3), tesiġi li l-partijiet kollha jifformulaw u jimplimentaw programmi nazzjonali, u fejn xieraq reġjonali, li fihom miżuri li jimmitigaw it-tibdil tal-klima. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni f’Jannar 2007 pproponiet li, fil-kuntest tan-negozjati internazzjonali, l-Unjoni Ewropea għandha ssegwi l-għan ta' tnaqqis ta' 30 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra mill-pajjiżi żviluppati sal-2020 (meta mqabbel mal-livelli tal-1990) u li l-Unjoni stess għandha tieħu impenn indipendenti sod biex tilħaq tnaqqis ta' mhux inqas minn 20 % fl-emissjonijiet ta' gassijiet b’effett ta' serra sal-2020 (meta mqabbel mal-livelli tal-1990), irrispettivament mit-tnaqqis miksub minn pajjiżi żviluppati oħra. Dan l-għan kien approvat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. |
(3) |
Waħda mill-implikazzjoni ta’ dawk l-impenji hija li l-Istati Membri kollha se jkollhom inaqqsu b’mod sinifikanti l-emissjonijiet mill-karozzi tal-passiġġieri. Għandhom jiġu implimentati politiki u miżuri fil-livell tal-Istati Membri u fil-livell tal-Komunità fis-setturi kollha tal-ekonomija Komunitarja, u mhux biss fis-setturi tal-industrija u tal-enerġija, sabiex jiġi ġġenerat it-tnaqqis sostanzjali meħtieġ fl-emissjonijiet. It-trasport bit-triq huwa t-tieni l-akbar settur f'termini ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra fl-Unjoni, u l-emissjonijiet minn dan is-settur qed ikomplu jiżdiedu. Jekk l-impatt tat-trasport bit-triq fuq it-tibdil tal-klima jkompli jiżdied, se jhedded b'mod sinifikanti it-tnaqqis li jagħmlu setturi oħra biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima. |
(4) |
Il-miri Komunitarji għall-karozzi tal-passiġġieri jipprovdu lill-manifatturi b’aktar ċertezza fl-ippjanar u aktar flessibbiltà biex jilħqu r-rekwiżiti għat-tnaqqis ta’ CO2 milli kieku permezz ta’ miri nazzjonali separati tat-tnaqqis. Fl-istabbiliment ta’ standards ta' prestazzjoni għall-emissjonijiet huwa importanti li jitqiesu l-implikazzjonijiet għas-swieq u l-kompetittività tal-manifatturi, l-ispejjeż diretti u indiretti imposti fuq in-negozju u l-benefiċċji li jakkumulaw f’dak li jirrigwarda l-istimulazzjoni tal-innovazzjoni u t-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija. |
(5) |
Dan ir-Regolament jibni fuq il-proċess stabbilit ferm ta' tkejjil u monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-vetturi reġistrati fil-Komunità taħt id-Deċiżjoni Nru 1753/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 2000 li tistabbilixxi skema biex timmonitorja l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 minn karozzi tal-passiġġieri ġodda (4). Huwa importanti li d-determinazzjoni ta’ rekwiżiti għat-tnaqqis tal-emissjonijet ta’ CO2 tibqa’ tipprovdi prevedibbiltà u sigurtà tal-ippjanar fil-Komunità kollha għall-manifatturi tal-vetturi fil-flotta kollha tal-vetturi tagħhom fil-Komunità. |
(6) |
Il-Kummissjoni adottat Strateġija Komunitarja biex jitnaqqsu l-emissjonijet ta’ CO2 mill-karozzi fl-1995. L-istrateġija kienet ibbażata fuq tliet prinċipji: impenji volontarji mill-industrija tal-karozzi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, titjib fl-informazzjoni lill-konsumaturi u t-trawwim ta' karozzi effiċjenti mil-lat tal-karburant permezz ta' miżuri fiskali. |
(7) |
Fl-1998, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Karozzi (ACEA) daħlet f'impenn għat-tnaqqis fil-medja tal-emissjonijiet mill-karozzi l-ġodda mibjugħa għal 140g ta' CO2/km u, fl-1999, l-Assoċjazzjoni ta' Manifatturi tal-Karozzi Ġappuniżi (JAMA) u l-Assoċjazzjoni tal-Manifatturi tal-Karozzi Koreani (KAMA) daħlu f'impenn li jnaqqsu l-medja tal-emissjonijiet mill-karozzi l-ġodda mibjugħa għal 140g CO2/km sal-2009. Dawn l-impenji ġew rikonoxxuti mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 1999/125/KE tal-5 ta' Frar 1999 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri (5) (ACEA), ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2000/303/KE tat-13 ta’ April 2000 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri (KAMA) (6) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2000/304/KE tat-13 ta’ April 2000 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri (JAMA) (7). |
(8) |
Fis-7 ta' Frar 2007, il-Kummissjoni adottat żewġ Komunikazzjonijiet paralleli: Komunikazzjoni dwar ir-riżultati tar-reviżjoni tal-Istrateġija Komunitarja sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief u Komunikazzjoni dwar Qafas Regolatorju Kompetittiv tal-Karozzi għas-Seklu 21 (CARS 21). Il-Komunikazzjonijiet enfasizzaw li filwaqt li sar progress lejn il-ksib tal-mira ta' 140 g CO2/km sal-2008/2009, il-mira Komunitarja ta' medja ta' 120 g emissjonijiet ta' CO2/km ma kenitx se tintlaħaq jekk ma jittiħdux miżuri addizzjonali. |
(9) |
Il-Komunikazzjonijiet ipproponew approċċ integrat sabiex tintlaħaq il-mira Komunitarja ta' 120g CO2/km sal-2012 u ħabbru li l-Kummissjoni kienet se tipproponi qafas leġiżlattiv biex tilħaq l-għan Komunitarju billi tiffoka fuq it-tnaqqis mandatorju tal-emissjonijiet ta’ CO2. B'hekk tintlaħaq il-mira ta' 130 g CO2/km għall-medja tal-flotta ta' karozzi ġodda permezz ta' titjib fit-teknoloġija ta’ vetturi motorizzati. B’konsistenza mal-approċċ taħt l-impenji volontarji adottati mill-manifatturi, dan ikopri dawk l-elementi li jitqiesu fil-kejl tal-emissjonijiiet ta’ CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri taħt ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (8). Tnaqqis ulterjuri ta’ 10 g CO2/km, jew ekwivalenti jekk teknikament meħtieġ, se jirriżulta minn titjib teknoloġiku ieħor u minn użu akbar tal-bijokarburanti sostenibbli. |
(10) |
Il-qafas leġiżlattiv għall-implimentazzjoni tal-mira għall-medja tal-flotta ta' karozzi ġodda għandu jassigura miri ta' tnaqqis sostenibbli li huma kompetittivament newtrali u soċjalment ġusti li jkunu ġusti għad-diversità tal-manifatturi tal-karozzi Ewropej u jevitaw kwalunkwe distorzjoni mhux ġustifikata tal-kompetizzjoni bejniethom. Il-qafas leġiżlattiv għandu jkun kompatibbli mal-għan globali, jiġifieri li jintlaħqu l-miri Komunitarji rigward Kjoto, u għandu jiġi appoġġat minn strumenti oħra aktar relatati mal-użu bħad-differenzjazzjoni tat-taxxi fuq il-karozzi u fuq l-enerġija. |
(11) |
Għandu jiġi żgurat finanzjament adegwat fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex jiġi promoss l-iżvilupp ta' teknoloġiji maħsuba għat-tnaqqis b'mod radikali tal-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi tat-triq. |
(12) |
Sabiex tinżamm id-diversità tas-suq tal-karozzi u l-kapaċità tiegħu li jindirizza ħtiġijiet ta' konsumaturi diversi, il-miri ta’ CO2 għall-karozzi tal-passiġġieri għandhom ikunu ddefiniti abbażi tal-utilità tal-karozzi fuq bażi lineari. Biex niddeskrivu din l-utilità, il-massa parametru tajjeb li tipprovdi korrelazzjoni sodisfaċenti mal-emissjonijiet attwali u għalhekk tirriżulta f'miri aktar realistiċi u kompetittivament newtrali. Addizzjonalment, id-data dwar il-massa hija aktar faċilment disponibbli. Id-data dwar parametri ta' utilità alternattivi bħad-“daqs tal-footprint” (wisa' bejn rota u oħra mmoltiplikat bejn it-tul bejn rota u oħra) għandha tinġabar sabiex jiġu faċilitati evalwazzjonijiet aktar fit-tul tal-approċċ ibbażat fuq l-utilità. Sal-2014, il-Kummissjoni għandha tirrivedi d-disponibbiltà tad-data u, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex tadatta l-parametru tal-utilità. |
(13) |
L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jinħolqu inċentivi biex l-industrija tal-karozzi tinvesti f’teknoloġiji ġodda. Dan ir-Regolament jippromwovi attivament l-eko-innovazzjoni u jqis l-iżviluppi teknoloġiċi tal-ġejjieni. L-iżvilupp ta’ teknoloġiji ta’ propulsjoni innovattiva għandu jitħeġġeġ b’mod partikolari, billi dawn jirriżultaw f'emissjonijiet aktar baxxi b’mod sinifikanti, meta mqabbla mal-karozzi tradizzjonali tal-passiġġieri. B’dan il-mod, il-kompetittività fuq żmien twil tal-Industrija Ewropea titħeġġeġ u jinħolqu aktar impjiegi ta’ kwalità għolja. Il-Kummissjoni għandha tqis il-possibbiltà li tinkludi miżuri ta’ eko-innovazzjoni fir-reviżjoni tal-proċeduri tal-ittestjar konformement mal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, filwaqt li tqis l-impatti tekniċi u ekonomiċi ta' tali inklużjoni. |
(14) |
Bl-għarfien tal-ispejjeż għoljin ħafna għar-riċerka u l-iżvilupp u għall-produzzjoni għal kull unità ta’ ġenerazzjonijiet bikrija ta’ teknoloġiji tal-vetturi b’emissjonijiet baxxi ħafna tal-karbonju biex jiġu introdotti fis-suq wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, dan ir-Regolament jimmira li jaċċelera u jiffaċilita, fuq bażi temporanja, il-proċess tal-introduzzjoni fis-suq Komunitarju ta' vetturi b’emissjonijiet tal-karbonju baxxi ferm fl-istadji bikrija tal-kummerċjalizzazzjoni. |
(15) |
L-użu ta’ ċerti karburanti alternattivi jista’ joffri tnaqqis sinifikanti fis-CO2, mill-estrazzjoni sal-użu. Għalhekk dan ir-Regolament jinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi bil-għan li jippromwovu t-tqegħid ta’ ċerti vetturi b'karburant alternattiv fis-suq Komunitarju. |
(16) |
Għall-konsistenza mal-approċċ adottat fil-kuntest tal-istrateġija tal-Kummissjoni rigward is-CO2 u l-karozzi, b'mod partikolari fir-rigward tal-impenji li għamlu l-assoċjazzjonijiet tal-manifatturi, il-mira għandha tiġi applikata għal karozzi ġodda tal-passiġġieri reġistrati fil-Komunità għall-ewwel darba u li qatt ma kienu reġistrati barra l-Komunità, ħlief għal perjodu limitat sabiex jiġu evitati l-abbużi. |
(17) |
Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi qafas għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (9) tistabbilixxi qafas armonizzat li fih id-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-approvazzjoni tal-vetturi l-ġodda kollha fl-ambitu tagħha. L-entità responsabbli għall-konformità ma’ dan ir-Regolament għandha tkun l-istess entità responsabbli għall-aspetti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip taħt din id-Direttiva u għall-assigurazzjoni tal-konformità tal-produzzjoni. |
(18) |
Għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip, japplikaw rekwiżiti speċifiċi għal vetturi għal użi speċjali, kif ġie definit fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE, u għalhekk huma għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-vetturi li huma klassifikati bħala kategorija M1 qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u li huma mibnija speċifikament għal għanijiet kummerċjali biex jakkomodaw l-użu tas-siġġu tar-roti ġol-vettura u li jikkonformaw mad-definizzjoni ta’ vetturi għal għanijiet speċjali fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE għandhom ukoll jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament konformement mal-politika tal-Komunità favur l-għajnuna lill-persuni b'diżabbiltà. |
(19) |
Il-manifatturi għandhom ikollhom il-flessibbiltà biex jiddeċiedu kif se jilħqu l-miri tagħhom taħt dan ir-Regolament, u għandhom jitħallew iqassmu l-emissjonijiet fuq il-flotta tal-karozzi l-ġodda aktar milli jkollhom jirrispettaw il-miri ta’ CO2 għal kull karozza individwali. Il-manifatturi għalhekk għandhom ikunu meħtieġa jiżguraw li l-emissjoni speċifika medja għall-karozzi l-ġodda kollha reġistrati fil-Komunità li huma responsabbli għalihom ma teċċedix il-medja tal-miri tal-emissjonijiet għal dawk il-karozzi. Dan ir-rekwiżit għandu jiddaħħal gradwalment bejn l-2012 u l-2015 sabiex jiffaċilita t-tranżizzjoni. |
(20) |
Mhuwiex xieraq li wieħed juża l-istess metodu biex jiddetermina l-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet għal prodotturi ta' volumi kbar u għal manifatturi ta’ volum żgħir meqjusa bħala indipendenti fuq il-bażi tal-kriterji stipulati f'dan ir-Regolament. Dawn il-manifatturi ta’ volumi żgħar għandhom ikollhom miri alternattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet marbuta mal-potenzjal teknoloġiku tal-vetturi ta’ produttur partikolari biex inaqqsu l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 u li jkunu konsistenti mal-karatteristiċi tal-oqmsa tas-suq ikkonċernati. Din id-deroga għandha tkun koperta bir-reviżjoni tal-miri speċifiċi ta' emissjonijiet fl-Anness I li għandhom jitlestew sa mhux aktar tard mill-bidu tal-2013. |
(21) |
Il-manifatturi li jipproduċu għal suq ristrett għandhom ikunu permessi jibbenefikaw minn mira alternattiva li tkun ta' 25 % anqas mill-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tagħhom fl-2007. Għandha tiġi determinata mira ekwivalenti fejn ma tkunx teżisti informazzjoni dwar il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tal-produttur għall-2007. Din id-deroga għandha tkun koperta mir-reviżjoni tal-miri għall-emissjonijiet speċifiċi fl-Anness I li għandha titlesta sa mhux aktar tard mill-bidu tal-2013. |
(22) |
Fid-determinazzjoni tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 għall-karozzi l-ġodda kollha reġistrati fil-Komunità li għalihom il-manifatturi huma responsabbli, għandhom jitqiesu l-karozzi kollha irrispettivament mill-massa tagħhom jew minn kwalunkwe karatteristika oħra. Għalkemm ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 ma jkoprix karozzi tal-passiġġieri b'referenza ta' massa li teċċedi l-2 610 kg u li għalihom l-approvazzjoni tat-tip ma ġietx estiża taħt l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (EC) Nru 715/2007, l-emissjonijiet għal dawn il-karozzi għandhom jitkejlu konformement mal-istess proċedura ta' kejl speċifikata għall-karozzi tal-passiġġieri fir-Regolament (KE) Nru 692/2008 (10). Il-valuri ta' emissjonijiet ta' CO2 li jirriżultaw minn dan il-kejl għandhom jiddaħlu fiċ-ċertifikat ta' konformità tal-vetturi sabiex ikun possibbli li dawn jiġu inklużi fl-iskema tal-monitoraġġ. |
(23) |
Sabiex ikollhom il-flessibbiltà, il-manifatturi jistgħu, sabiex jilħqu flimkien il-miri tagħhom taħt dan ir-Regolament, jaqblu bejniethom biex jingħaqdu f’konsorzju miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju. Il-ftehim biex jiġi ffurmat konsorzju m’għandux jaqbeż il-ħames snin, iżda jista’ jiġġedded. Fejn il-manifatturi jingħaqdu, għandhom jitqiesu li jkunu laħqu l-mira tagħhom jekk il-medja tal-emissjonijiet mill-konsorzju komplessivament li jiffurmaw ma taqbiżx l-emissjonijiet fil-mira għall-konsorzju. |
(24) |
Huwa meħtieġ mekkaniżmu robust ta' konformità sabiex jiġi żgurat li l-miri f'dan ir-Regolament jintlaħqu. |
(25) |
L-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 dijossidu tal-karbonju minn karozzi ġodda tal-passiġġieri jitkejlu fuq bażi armonizzata fil-Komunità konformement mal-metodoloġija stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 715/2007. Sabiex il-piż amministrattiv taħt dan ir-Regolament jitnaqqas kemm jista' jkun, il-konformità miegħu għandha titkejjel permezz ta' referenza għad-data dwar ir-reġistrazzjoni ta' karozzi ġodda fil-Komunità miġbura mill-Istati Membri u rrapurtata lill-Kummissjoni. Biex tiġi żgurata l-konsistenza tad-data li tintuża għall-valutazzjoni tal-konformità, ir-regoli għall-ġbir u r-rappurtar ta' din id-data għandhom jiġu armonizzati kemm jista' jkun. |
(26) |
Id-Direttiva 2007/46/KE tipprevedi li l-manifatturi għandhom joħorġu ċertifikat tal-konformità li għandu jakkumpanja kull karozza tal-passiġġieri ġdida u li l-Istati Membri għandhom jippermettu r-reġistrazzjoni u d-dħul fis-servizz ta' karozza tal-passiġġieri ġdida biss jekk din ikollha magħha ċertifikat validu tal-konformità. Id-data miġbura mill-Istati Membri għandha tkun konsistenti maċ-ċertifikat tal-konformità maħruġ mill-manifattur għall-karozza tal-passiġġieri u għandha tkun ibbażata biss fuq din ir-referenza. Jekk l-Istati Membri, għal raġunijiet ġustifikati, ma jużawx iċ-ċertifikat ta’ konformità sabiex itemmu l-proċess ta’ reġistrazzjoni u d-dħul fis-servizz ta’ karozza tal-passiġġieri ġdida, huma għandhom jimplimentaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw il-preċiżjoni li tixraq fil-proċedura ta' monitoraġġ. Għandu jkun hemm database standard Komunitarja għaċ-ċertifikazzjoni tal-konformità tad-data. Din għandha tintuża bħala referenza unika li tippermetti li l-Istati Membri jżommu d-data ta’ reġistrazzjoni b’mod aktar faċli meta vetturi ġodda jiġu reġistrati. |
(27) |
Il-konformità tal-manifatturi mal-miri f'dan ir-Regolament għandha tiġi valutata fil-livell Komunitarju. Il-manifatturi li l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tagħhom jeċċedu dawk permessi f'dan ir-Regolament għandhom iħallsu premium għall-eċċess ta' emissjonijiet fir-rigward ta’ kull sena kalendarja mill-2012 ‘il quddiem. Il-premium għandu jiġi aġġustat abbażi ta' kemm il-manifatturi jkunu naqsu milli jilħqu l-mira tagħhom. Għandu jiżdied biż-żmien. Sabiex ikun ta' inċentiv biżżejjed biex jittieħdu miżuri għat-tnaqqis ta' emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri, il-premium għandu jirrifletti l-ispejjeż teknoloġiċi. L-ammonti tal-premium fuq l-eċċessi ta' emissjonijiet għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. |
(28) |
Kwalunkwe miżura nazzjonali li l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu taħt l-Artikolu 176 tat-Trattat ma għandhiex, b'kont meħud tal-għan u l-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament, timponi penali addizzjonali jew aktar ebsin fuq manifatturi li jonqsu milli jikkonformaw mal-miri li għandhom jilħqu taħt dan ir-Regolament. |
(29) |
Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni sħiħa tar-regoli Komunitarji dwar il-kompetizzjoni. |
(30) |
Il-Kummissjoni għandha tqis modalitajiet ġodda biex tinkiseb il-mira fuq żmien twil, b’mod partikolari l-grad ta’ nżul tal-kurva, il-parametru ta’ utilità u l-iskema tal-premium għall-eċċess ta' emissjonijiet. |
(31) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (11). |
(32) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u rappurtar fid-dawl tal-esperjenza tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, sabiex tistabbilixxi metodi għall-ġbir ta’ premiums fuq l-eċċessi ta' emissjonijiet u biex tadotta dispożizzjonijiet dettaljati dwar id-deroga speċjali għal ċerti manifatturi indipendenti ta’ volumi żgħar, u biex tadatta l-Anness I biex iqis l-evoluzzjoni tal-massa ta' karozzi ġodda reġistrati fil-Komunità u biex jirriflettu kwalunkwe bidla fil-proċedura tat-test regolatorju għall-kejl ta' emissjonijiet speċifiċi ta' CO2. Peress li dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u ġew imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(33) |
Id-Deċiżjoni Nru 1753/2000/KE għandha titħassar għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni u ċarezza legali. |
(34) |
Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jistabbilixxi r-rekwiżiti ta' rendiment għall-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri sabiex jiġi żgurat il-funzjonament korrett tas-suq intern u sabiex tintlaħaq il-mira ġenerali tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u għanijiet
Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti ta' rendiment għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri sabiex jiġi żgurat il-funzjonament korrett tas-suq intern u sabiex tintlaħaq il-mira ġenerali tal-Unjoni Ewropea ta' 120g CO2/km bħala emissjonijiet medji ta’ CO2 għall-flotta ta’ karozzi ġodda. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-emissjonijiet medji ta’ CO2 għal karozzi ġodda tal-passiġġieri fil-livell ta’ 130g CO2/km, permezz ta’ titjib fit-teknoloġija tal-vetturi motorizzati, kif imkejla konformement mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u mal-miżuri implimentattivi tiegħu, u permezz ta' teknoloġiji innovattivi.
Mill-2020 'il quddiem, dan ir-Regolament jistabbilixxi mira ta' 95 g CO2/km bħala emissjonijiet medji għall-flotta tal-karozzi ġodda konformement mal-Artikolu 13(5).
Dan ir-Regolament ser jiġi komplementat minn miżuri addizzjonali li jikkorrispondu għal tnaqqis ta' 10g CO2/km bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità.
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi bil-mutur tal-kategorija M1 kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE (“karozzi tal-passiġġieri”) li huma reġistrati fil-Komunità għall-ewwel darba u li qatt ma kienu reġistrati barra l-Komunità (“karozzi ġodda tal-passiġġieri”).
2. Ir-reġistrazzjoni preċedenti li ssir barra mill-Komunità ta’ inqas minn tliet xhur qabel ir-reġistrazzjoni fil-Komunità m’għandhiex titqies.
3. Dan ir-Regolament ma japplikax għal vetturi bi skopijiet speċjali kif definiti fil-punt 5 tal-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2” tfisser, relattivament għal manifattur, il-medja ta' emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 mill-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri, prodotti minn dak il-manifattur; |
(b) |
“ċertifikat tal-konformità” tfisser iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2007/46/KE; |
(c) |
“manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli lejn l-awtorità ta' approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE taħt id-Direttiva 2007/46/KE u biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni; |
(d) |
“massa” tfisser il-massa tal-karozza bil-karrozzerija, f'kundizzjoni li taħdem, kif dikjarata fiċ-ċertifikat tal-konformità u kif definita fis-Sezzjoni 2.6 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE; |
(e) |
“footprint” tfisser il-wisa' bejn ir-roti (track width) mmultiplikata bit-tul bejn il-fusien (wheelbase), kif mistqarr fiċ-ċertifikat ta' konformità u ddefinit fit-taqsimiet 2,1 u 2.3 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE; |
(f) |
“emissjonijiet speċifiċi ta' CO2” tfisser l-emissjonijiet CO2 minn karozza tal-passiġġieri mkejla konformement mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u speċifikati bħala l-massa ta' emissjonijiet (kombinati) ta' CO2 fiċ-ċertifikat ta' konformità. Għal karozzi tal-passiġġieri li m'għandhomx approvazzjoni tat-tip konformement mar-Regolament (KE) Nru 715/2007, “emissjonijiet speċifiċi ta' CO2” tfisser li l-emissjonijiet ta' CO2 mkejla konformement mal-istess proċedura ta' kejl kif speċifikata għall-karozzi tal-passiġġieri fir-Regolament (KE) Nru 692/2008, jew konformement mal-proċeduri adottati mill-Kummissjoni biex jiġu stabbiliti l-emissjonijiet ta' CO2 għal dawn il-karozzi tal-passiġġieri; |
(g) |
“mira ta' emissjonijiet speċifiċi” tfisser, fir-rigward ta' manifattur, il-medja ta' emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 permessi taħt l-Anness I fir-rigward ta' kull karozza ġdida tal-passiġġieri, prodotta minn dak il-manifattur, jew fejn il-manifattur ngħata deroga taħt l-Artikolu 11, il-mira ta' emissjonijiet speċifiċi determinata taħt dik id-deroga. |
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament: (a) “grupp ta' manifatturi konnessi” tfisser manifattur u l-impriżi konnessi tiegħu. Fir-rigward ta' manifattur, “grupp ta' manifatturi konnessi” tfisser:jaqgħu taħt waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin:
(a) |
impriżi li fihom il-manifattur ikollu, direttament jew indirettament:
|
(b) |
impriżi li direttament jew indirettament ikollhom id-drittijiet jew setgħat elenkati fil-punt (a) fuq il-manifattur; |
(c) |
impriżi li fihom impriża msemmija fil-punt (b) ikollha, direttament jew indirettament, id-drittijiet jew setgħat elenkati fil-punt (a); |
(d) |
impriżi li fihom il-manifattur flimkien ma’ impriża waħda jew aktar imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c), jew li fihom tnejn jew aktar mill-impriżi tal-aħħar, konġuntament ikollhom id-drittijiet jew setgħat elenkati fil-punt (a); |
(e) |
impriżi li fihom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) ikunu miżmuma konġuntament mill-manifattur jew waħda jew aktar mill-impriżi konnessi tiegħu msemmija fil-punti (a) sa (d) u parti terza waħda jew aktar. |
Artikolu 4
Miri speċifiċi ta' emissjonijiet
Għas-sena kalendarja li tibda mill-1 ta' Jannar 2012 u kull sena kalendarja sussegwenti, kull manifattur tal-karozzi tal-passiġġieri għandu jassigura li l-emissjonijiet speċifiċi medji tiegħu ta' CO2 ma jeċċedux il-mira tiegħu ta' emissjonijiet speċifiċi determinata taħt l-Anness I jew, fejn manifattur ngħata deroga taħt l-Artikolu 11, taħt dik id-deroga.
Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 ta' kull manifattur, għandu jittieħed kont tal-perċentwali, li ġejjin, għall-karozzi tal-passiġġieri ġodda, ta' kull manifattur, li jiġu reġistrati fis-sena rilevanti:
— |
65 % fl-2012; |
— |
75 % fl-2013; |
— |
80 % fl-2014; |
— |
100 % mill-2015 ‘il quddiem. |
Artikolu 5
Superkrediti
Fil-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2, kull karozza tal-passiġġieri ġdida b'emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 ta' anqas minn 50 g CO2/km għandha titqies bħala:
— |
3,5 karozzi fl-2012; |
— |
3,5 karozzi fl-2013; |
— |
2,5 karozzi fl-2014; |
— |
1,5 karozzi fl-2015; |
— |
karozza waħda mill-2016 ‘il quddiem. |
Artikolu 6
Mira ta' emissjonijiet speċifiċi għal vetturi li jaħdmu b'karburant alternattiv
Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-konformità, min-naħa ta' manifattur, mal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 4, l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2, ta' kull vettura maħsuba biex taħdem fuq taħlita ta' petrol b'85 % etanol (“E85”) li tissodisfa l-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti jew l-istandards tekniċi Ewropej, għandhom jitnaqqsu b'5 % sal-31 ta' Diċembru 2015 b'rikonoxximent tal-kapaċità teknoloġika akbar u taż-żieda fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-bijokarburanti. Dan it-tnaqqis għandu japplika biss fejn talanqas 30 % tal-pompi tal-karburant fl-Istat Membru li fih tkun reġistrata l-vettura jipprovdu dan it-tip ta' karburant alternattiv u jikkonformaw mal-kriterji ta' sostenibbiltà għall-bijokarburanti stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti.
Artikolu 7
Konsorzju
1. Il-manifatturi, minbarra dawk il-manifatturi li ngħataw deroga taħt l-Artikolu 11, jistgħu jiffurmaw konsorzju bil-għan li jilħqu l-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 4.
2. Il-ftehim dwar l-iffurmar ta’ konsorzju jista’ jirrigwarda sena kalendarja waħda jew aktar bil-kundizzjoni li l-perjodu kumplessiv ta’ kull ftehim ma jaqbiżx il-ħames snin kalendarji u għandu jibda’ fi jew qabel il-31 ta' Diċembru fl-ewwel sena kalendarja li fiha jkunu se jingħaqdu l-emissjonijiet. Il-manifatturi li jiffurmaw konsorzju għandhom jirreġistraw l-informazzjoni li ġejja għand il-Kummissjoni:
(a) |
il-manifatturi li jkunu inklużi fil-konsorzju; |
(b) |
il-manifattur nominat bħala l-amministratur tal-konsorzju u li jkun il-punt ta' kuntatt għall-konsorzju filwaqt li jkun responsabbli għall-ħlas ta' kwalunkwe premium għall-eċċessi ta' emissjonijiet li jiġi impost fuq il-konsorzju taħt l-Artikolu 9; u |
(c) |
prova li l-amministratur tal-konsorzju jkun kapaċi jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt il-punt (b). |
3. Fejn l-amministratur propost tal-konsorzju jonqos milli jissodisfa r-rekwiżit li jħallas kull premium għall-eċċessi ta' emissjonijiet li jkun impost fuq il-konsorzju taħt l-Artikolu 9, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-manifatturi.
4. Il-manifatturi inklużi f'konsorzju għandhom konġuntement jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla tal-amministratur tal-konsorzju jew tal-istatus finanzjarju tiegħu sa fejn dan jista' jaffettwa l-kapaċità tiegħu li jissodisfa r-rekwiżit li jħallas kull premium għall-eċċessi ta' emissjonijiet li jkun impost fuq il-konsorzju taħt l-Artikolu 9, u dwar kwalunkwe bidla fil-membri tal-konsorzju jew ix-xoljiment tal-konsorzju.
5. Il-manifatturi jistgħu jidħlu f'arranġamenti ta’ konsorzju bil-kundizzjoni li kull ftehim tagħhom ikun konformi mal-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat u jippermetti l-parteċipazzjoni miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja f’termini kummerċjalment raġonevoli minn kwalunkwe manifattur li jitlob li jsir membru tal-konsorzju. Mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà ġenerali tar-regoli Komunitarji tal-kompetizzjoni għal konsorzji bħal dawn, il-membri kollha ta’ konsorzju għandhom partikolarment jiżguraw li l-ebda kondiviżjoni ta’ data jew skambju ta’ informazzjoni ma jista’ jsir fil-kuntest tal-arranġament tagħhom ta' konsorzju, ħlief għal dan li ġej:
(a) |
l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2; |
(b) |
il-mira ta’ emissjonijiet speċifiċi; |
(c) |
l-għadd totali ta’ vetturi reġistrati. |
6. Il-paragrafu 5 m’għandux japplika fejn il-manifatturi kollha inklużi fil-konsorzju ikunu parti mill-istess grupp ta' manifatturi konnessi.
7. Ħlief fejn tingħata notifika taħt il-paragrafu 3, il-manifatturi f’konsorzju li fir-rigward tiegħu tiġi reġistrata l-informazzjoni mal-Kummissjoni għandhom jitqiesu bħala manifattur wieħed għall-finijiet tat-twettiq minnhom tal-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 4. L-informazzjoni dwar monitoraġġ u rappurtaġġ fir-rigward kemm ta' manifatturi individwali kif ukoll ta' konsorzji għandha tiġi reġistrata, rappurtata u disponibbli fir-reġistru ċentrali msemmi fl-Artikolu 8(4).
Artikolu 8
Monitoraġġ u rappurtar tal-emissjonijiet medji
1. Għas-sena kalendarja li tibda mill-1 ta' Jannar 2010 u kull sena kalendarja sussegwenti, kull Stat Membru għandu jirreġistra informazzjoni għal kull karozza ġdida tal-passiġġieri li tkun reġistrata fit-territorju tiegħu konformement mal-Parti A tal-Anness II. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-manifatturi u għall -importaturi jew ir-rappreżentanti nominati minnhom f'kull Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li l-korpi ta' rappurtar jaħdmu b'mod trasparenti. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri li ma jkollhomx l-approvazzjonitat-tip konformement mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 jitkejlu u jiġu reġistrati fiċ-ċertifikat tal-konformità.
2. Sat-28 ta' Frar ta' kull sena, mill-2011 'il quddiem, kull Stat Membru għandu jiddetermina u jittrasferixxi lill-Kummissjoni l-informazzjoni elenkata fil-Parti B tal-Anness II fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti. Id-data għandha tintbagħat taħt il-format speċifikat fil-Parti C tal-Anness II.
3. Fuq talba mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom ukoll jibgħatu s-sett sħiħ ta' data miġbura taħt il-paragrafu 1.
4. Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru ċentrali tad-data rrapurtata mill-Istati Membri taħt dan l-Artikolu, u sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, mill-2011 'il quddiem, għandha tikkalkula għal kull manifattur fuq bażi proviżorja:
(a) |
l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 fis-sena kalendarja preċedenti; |
(b) |
il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi fis-sena kalendarja preċedenti; u |
(c) |
id-differenza bejn l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 fis-sena kalendarja preċedenti u l-mira tiegħu ta' emissjonijiet speċifiċi għal dik is-sena. |
Il-Kummissjoni għandha tinnotifika kull manifattur bil-kalkolu proviżorju għal dak il-manifattur. In-notifika għandha tinkludi data għal kull Istat Membru dwar l-għadd ta' karozzi ġodda reġistrati u l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2.
Ir-reġistru għandu jkun disponibbli pubblikament.
5. Il-manifatturi jistgħu, fi żmien tliet xhur minn meta jiġu nnotifikati dwar il-kalkolu proviżorju taħt il-paragrafu 4, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe żbalji fid-data, fejn jispeċifikaw l-Istat Membru li fih iqisu li jkun seħħ l-iżball.
Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kwalunkwe notifiki mill-manifatturi u għandha, sal-31 ta' Ottubru, tikkonferma jew temenda l-kalkoli proviżorji taħt il-paragrafu 4.
6. Fejn, fuq il-bażi tal-kalkoli taħt il-paragrafu 5, fir-rigward tas-sena kalendarja 2010 jew 2011, il-Kummissjoni jidhrilha li l-medja ta' emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 ta' manifattur f'dik is-sena jkunu qabżu l-mira ta' emissjonijiet speċifiċi għal dik is-sena, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-manifattur.
7. L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti għall-ġbir u l-komunikazzjoni tad-data ta' monitoraġġ taħt dan ir-Regolament u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjon dwar l-awtorità kompetenti nominata sa mhux aktar tard minn8 ta’ Diċembru 2009. Il-Kummissjoni sussegwentement għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan.
8. Għal kull sena kalendarja li fiha japplika l-Artikolu 6, l-Istati Membri għandhom jagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-proporzjon tal-pompi tal-petrol u l-kriterji ta' sostenibbiltà fir-rigward tal-karburant E85 imsemmija f'dak l-Artikolu.
9. Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli dettaljati dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ data taħt dan l-Artikolu u dwar l-applikazzjoni tal-Anness II konformement mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 14(2).
Il-Kummissjoni tista' temenda l-Anness II fid-dawl tal-esperjenza tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).
Artikolu 9
Premium għall-eċċess ta' emissjonijiet
1. Fir-rigward ta’ kull sena kalendarja mill-2012 ‘il quddiem li għaliha l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 ta' manifattur jeċċedu l-mira ta' emissjonijiet speċifiċi f'dik is-sena, il-Kummissjoni għandha timponi premium għall-eċċess ta' emissjonijiet fuq il-manifattur, jew fil-każ ta' konsorzju, l-amministratur tal-konsorzju.
2. Il-premium għall-eċċess ta' emissjonijiet taħt il-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat bil-formulae li ġejjin:
(a) |
Mill-2012 sal-2018:
|
(b) |
Mill-2019 'il quddiem: (Eċċess ta' emissjonijiet × 95 EUR/g CO2/km) × l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri. |
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-'eċċess ta' emissjonijiet, determinat kif stipulat fl-Artikolu 4, ifisser in-numru pożittiv ta' grammi kull kilometru li bih l-emissjonijiet speċifiċi medji tal-manifattur — b'kont meħud tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minħabba t-teknoloġiji innovattivi approvati — ikunu eċċedu l-mira tiegħu ta' emissjonijiet speċifiċi fis-sena kalendarja, arrotondat għall-eqreb tliet punti deċimali; u l-“għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri” ifisser l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri magħmula mill-manifattur u li ġew ireġistrati dik is-sena konformement mal-kriterji tal-introduzzjoni gradwali stabbiliti fl-Artikolu 4.
3. Għandhom jiġu stabbiliti metodi għall-ġbir tal-premiums għall-eċċess ta' emissjonijiet taħt il-paragrafu 1.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).
4. L-ammonti tal-premium fuq l-eċċessi ta' emissjonijiet għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 10
Il-pubblikazzjoni tar-rendiment tal-manifatturi
1. Sal-31 ta' Ottubru ta' kull sena, mill-2011, il-Kummissjoni għandha tippubblika lista fejn tindika għal kull manifattur:
(a) |
il-mira tiegħu tal-emissjonijiet speċifiċi fis-sena kalendarja preċedenti; |
(b) |
il-medja tiegħu tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 fis-sena kalendarja preċedenti; |
(c) |
id-differenza bejn l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 fis-sena kalendarja preċedenti u l-mira speċifika tal-emissjonijiet tiegħu għal dik is-sena; |
(d) |
l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 għall-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri fis-sena kalendarja preċedenti fil-Komunità; kif ukoll |
(e) |
il-massa medja għall-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri fil-Komunità fis-sena kalendarja preċedenti. |
2. Mill-31 ta' Ottubru 2013, il-lista ppubblikata taħt il-paragrafu 1 għandha tindika wkoll jekk il-manifattur ikunx ikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4 fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti.
Artikolu 11
Derogi għal ċerti manifatturi
1. Tista' ssir applikazzjoni għal deroga mill-mira ta’ emissjonijiet speċifiċi kkalkulata taħt l-Anness I minn manifattur li jkun responsabbli għal inqas minn 10 000 karozzi ġodda tal-passiġġieri reġistrati fil-Komunità kull sena kalendarja; kif ukoll
(a) |
li ma jkunx parti minn grupp ta' manifatturi konnessi; jew |
(b) |
li jkun parti minn grupp ta' impriżi konnessi ikun responsabbli in toto għal anqas minn 10 000 karozza ġdida tal-passiġġieri reġistrata fil-Komunità kull sena kalendarja; jew |
(c) |
ikun parti minn grupp konness ma' manifattur ieħor iżda jħaddem il-faċilitajiet ta' produzzjoni u ċ-ċentru ta' disinn tiegħu stess. |
2. Deroga li għaliha ssir applikazzjoni taħt il-paragrafu 1 tista’ tingħata għal massimu ta’ ħames snin kalendarji. Għandha ssir applikazzjoni lill-Kummissjoni u din għandha tinkludi:
(a) |
l-isem u l-persuna ta' kuntatt għall-manifattur; |
(b) |
provi li l-manifattur ikun eliġibbli għal deroga konformement mal-paragrafu 1; |
(c) |
dettalji tal-karozzi tal-passiġġieri li jimmanifattura, fosthom il-massa u l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 ta' dawk il-karozzi tal-passiġġieri; u |
(d) |
mira ta' emissjonijiet speċifiċi li tkun konsistenti mal-potenzjal tat-tnaqqis, inkluż il-potenzjal ekonomiku u teknoloġiku biex inaqqas l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 u b'kont meħud tal-karatteristiċi tas-suq għat-tip ta' karozza mmanifatturata. |
3. Fejn il-Kummissjoni tqis li manifattur ikun eliġibbli għal deroga li għaliha saret applikazzjoni taħt il-paragrafu 1 u tkun sodisfatta li l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 proposta mill-manifattur hija konsistenti mal-potenzjal għat-tnaqqis tiegħu, li l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 proposta mill-manifattur hija konsistenti mal-potenzjal għat-tnaqqis tiegħu, inkluż il-potenzjal ekonomiku u teknoloġiku għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tiegħu u b’kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi tas-suq għat-tip ta’ karozza manifatturata, il-Kummisjoni għandha tagħti deroga lill-manifattur. Id-deroga għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar tas-sena wara d-data tal-għoti tad-deroga.
4. Tista’ ssir applikazzjoni għal deroga mill-mira tal-emissjonijiet speċifiċi kkalkulata taħt l-Anness I minn manifattur li jkun responsabbli flimkien mal-impriżi kollha assoċjati tiegħu għal bejn 10 000 u 300 000 karozza tal-passiġġieri reġistrati kull sena kalendarja fil-Komunità.
Applikazzjoni bħal din tista’ ssir minn manifattur għalih innifsu jew għalih flimkien ma’ kwalunkwe impriża assoċjata miegħu. L-applikazzjoni għandha ssir lill-Kummissjoni u għandha tinkludi:
(a) |
l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafi 2(a) u (c), inkluż, fejn rilevanti, l-informazzjoni dwar kull impriża konnessa; |
(b) |
mira li hija i) 25 % tnaqqis fuq il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2007 jew, ii) fejn issir applikazzjoni waħda fir-rigward ta' numru ta’ impriżi assoċjati, tnaqqis ta’ 25 % fuq il-medja tal-emissjoniiet speċifiċi tas-CO2 ta’ dawk l-impriżi fl-2007. |
Fejn ma teżistix informazzjoni dwar il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tas- CO2 ta' manifattur fl-2007, il-Kummissjoni għandha tiddetermina mira ta’ tnaqqis ekwivalenti bbażata fuq l-aħjar teknoloġiji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas- CO2 disponibbli li jintużaw f’karozzi tal-passiġġieri ta’ massa komparabbli u b’kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi tas-suq għat-tip ta’ karozza mmanifatturata.
Din il-mira għandha tintuża mill-applikant għall-finijiet tal-punt (b).
5. Manifattur li jkun suġġett għal deroga taħt dan l-Artikolu għandu jinnotifika lill-Kummissjoni immedjatament dwar kwalunkwe tibdil li jaffettwa jew li jista' jaffettwa l-eliġibbiltà tiegħu għal deroga.
6. Jekk, fuq il-bażi ta' notifika taħt il-paragrafu 5 jew mod ieħor, il-Kummissjoni tqis li manifattur ma jkunx għadu eliġibbli għad-deroga, għandha tirrevoka d-deroga b'effett mill-1 ta' Jannar fis-sena kalendarja ta' wara u għandha tinnotifika b'dan lill-manifattur.
7. Fejn il-manifattur ma jilħaqx il-mira tiegħu għall-emissjonijiet speċifiċi, il-Kummissjoni għandha timponi l-premium għal emissjonijiet eċċessivi fuq il-manifattur, kif stipulat fl-Artikolu 9.
8. Il-Kummissjoni tista' tadotta dispożizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni tal-paragrafi (1) sa (7), inter alia fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-kriterji ta' eliġibbiltà għal derogi, tal-kontenut tal-applikazzjonijiet, u tal-kontenut u l-valutazzjoni tal-programmi għat-tnaqqis ta' emissjonijiet speċifiċi ta' CO2.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).
9. L-applikazzjonijiet għal deroga, inkluża l-informazzjoni li tappoġġaha, in-notifiki taħt il-paragrafu 5, ir-revoki taħt il-paragrafu 6 u kwalunkwe impożizzjoni ta' premium għal emissjonijiet eċċessivi taħt il-paragrafu 7, u l-miżuri adottati konformement mal-paragrafu 8, għandhom ikunu disponibbli pubblikament, suġġett għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (12).
Artikolu 12
Eko-innovazzjoni
1. Fuq applikazzjoni minn fornitur jew manifattur, għandu jiġi kkunsidrat l-iffrankar tas-CO2 miksub permezz tal-użu ta’ teknoloġiji innovattivi. Il-kontribut totali ta' dawk it-teknoloġiji għat-tnaqqis tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta' manifattur jista' jkun sa 7 g CO2./km
2. Il-Kummissjoni għandha, sal-2010, jadotta, konformement mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 14(2), dispożizzjonijiet dettaljati għal proċedura li tapprova teknoloġiji innovattivi bħal dawn. Dawn id-dispożizzjonijiet dettaljati għandhom ikunu bbażati fuq il-kriterji, li ġejjin, għal teknoloġiji innovattivi:
(a) |
il-fornitur jew manifattur għandu jkun responsabbli għall-iffrankar tas-CO2 miksub permezz tal-użu ta’ teknoloġiji innovattivi; |
(b) |
it-teknoloġiji innovattivi għandhom jagħtu kontribut ta’ tnaqqis tas-CO2 li jkun verifikat; |
(c) |
it-teknoloġiji innovattivi m'għandhomx ikunu koperti miċ-ċiklu tal-eżami standard għall-kejl tas-CO2 jew minn dispożizzjonijiet obbligatorji minħabba miżuri addizzjonali kumplimentari li jikkonformaw mat-tnaqqis ta' 10 g CO2/km imsemmija fl-Artikolu 1 jew ikunu obbligatorji taħt dispożizzjonijiet oħra tal-liġi Komunitarja. |
3. Fornitur jew manifattur li japplika għall-approvazzjoni ta' xi miżura bħala teknoloġija innovattiva għandu jressaq rapport lill-Kummissjoni, li jinkludi rapport ta’ verifika mwettaq minn entità indipendenti u ċertifikata. Fil-każ ta' interazzjoni possibbli tal-miżura ma' teknoloġija innovattiva oħra li tkun diġà approvata, ir-rapport għandu jirriferi għal dik l-interazzjoni u r-rapport ta’ verifika għandu jevalwa safejn dik l-interazzjoni timmodifika t-tnaqqis miksub minn kull miżura.
4. Il-Kummissjoni għanda tikkonferma t-tnaqqis miksub, fuq il-bażi tal-kriterji stipulati fil-paragrafu 2.
Artikolu 13
Reviżjoni u rapport
1. Fl-2010, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-approċċ integrat tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-vetturi ħfief.
2. Sa Ottubru 2014 u kull tliet snin wara dan, għandhom jiġu adottati miżuri li jemendaw l-Anness I sabiex tiġi aġġustata il-figura ta’ M0 imsemmija fih għal medja tal-massa medja tal-karozzi tal-passiġġieri l-ġodda fit-tliet snin kalendarji ta’ qabel.
Dawk il-miżuri għandhom ikollhom effett għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 u kull tliet snin wara dan.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).
3. Mill-2012, il-Kummissjoni għandha twettaq stima tal-impatt sabiex sal-2014 tirrivedi, kif stipulat fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, il-proċeduri għall-kejl tal-emissjonijiet CO2 kif stipulati minn dak ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari tagħmel proposti xierqa biex tadatta l-proċeduri biex jirriflettu b’mod adegwat ir-rendiment reali tal-emissjonijiet CO2 tal-karozzi u b’mod partikolari, proposti li jinkludu t-teknoloġiji innovattivi approvati kif definit fl-Artikolu 12 li jistgħu jkunu riflessi fiċ-ċiklu tal-eżami. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li sussegwentement dawk il-proċeduri jiġu riveduti b’mod regolari.
Mid-data tal-applikazzjoni tal-proċedura riveduta għall-kejl tal-emissjonijiet tas- CO2, it-teknoloġiji innovattivi ma għandhomx jiġu iktar approvati taħt il-proċedura stipulata fl-Artikolu 12.
4. Sal-2010, il-Kummissjoni għandha tirrivedi d-Direttiva 2007/46/KE sabiex kull tip/varjant/verżjoni ikunu jikkorrispondu għal sett uniku ta’ teknoloġiji innovattivi.
5. Sal-1 ta' Jannar tal-2013, il-Kummissjoni għandha tlesti reviżjoni ta’ objettivi speċifiċi ta' emissjonijiet fl-Anness I u tad-derogi fl-Artiklu 11, bil-ħsieb li tiddefinixxi:
— |
l-arranġamenti biex jintlaħaq, sas-sena 2020, objettiv fuq żmien twil ta’ 95 g CO2/km b’mod effikaċi meta mqabbel man-nefqa; u |
— |
l-aspetti tal-implimentazzjoni ta' dik il-mira, inkluż il-premium fuq l-eċċess ta' emissjonijiet. |
Abbażi ta’ din ir-reviżjoni u l-istima tal-impatt tagħha li tinkludi stima ġenerali tal-impatt fuq l-industrija tal-karozzi u fuq l-industriji dipendenti minnha, il-Kummissjoni għandha, kif ikun meħtieġ, tressaq proposta għall-emendament ta' dan ir-Regolament b’mod li jkun kemm jista' jkun newtrali mill-perspettiva tal-kompetizzjoni, u li jkun soċjalment ekwu u sostenibbli.
6. Sal-2014, u wara stima tal-impatt, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar id-disponibbiltà ta' data tal-footprint u l-użu tagħha bħala parametru tal-utilità biex ikunu stabbiliti miri ta' emissjonijiet speċifiċi u, jekk xieraq, għandha tressaq rapport lill-Paralament Ewropew u lill-Kunsill biex ikun emendat l-Anness I.
7. Għandhom jiġu adottati miżuri biex jaħsbu għall-adattament meħtieġ għall-formuli tal-Anness I sabiex tkun riflessa kull bidla fil-proċedura tat-test regolatorju għall-kejl tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).
Artikolu 14
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-kumitat imwaqqaf permezz tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (13).
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat għal tliet xhur.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 15
Tħassir
Id-Deċiżjoni Nru 1753/2000/KE hija b'dan imħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2010.
Madankollu, l-Artikoli 4, 9 u 10 ta' dik id-Deċiżjoni għandhom jibqgħu japplikaw sa meta l-Kummissjoni tkun ressqet quddiem il-Parlament Ewropew rapport dwar id-data ta' monitoraġġ għas-sena kalendarja 2009.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strażburgu, it-23 ta' April 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
P. NEČAS
(2) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' April 2009.
(4) ĠU L 202, 10.8.2000, p. 1.
(5) ĠU L 40, 13.2.1999, p. 49.
(6) ĠU L 100, 20.4.2000, p. 55.
(7) ĠU L 100, 20.4.2000, p. 57.
(8) ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.
(9) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(10) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tal-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjoniijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).
(11) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(12) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
(13) Id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' gass serra tal-Komunita' u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta' Kyoto (ĠU L 49, 19.2.2004, p. 1.)
ANNESS I
MIRI SPEĊIFIĊI TA’ EMISSJONIJIET
1. L-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 għal kull karozza tal-passiġġieri ġdida, imkejla fi grammi kull kilometru għall-finijiet tal-kalkoli f'dan l-Anness għandhom jiġu ddeterminati konformement mal-formula li ġejja:
(a) |
Mill-2012 sal-2015: L-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 = 130 + a × (M – M0) Fejn:
|
(b) |
Mill-2016 'il quddiem: L-emissjoni speċifika ta’ CO2 = 130 + a × (M – M0) Fejn:
|
2. Il-mira ta' emissjonijiet speċifiċi għal manifattur f'sena kalendarja għandha tiġi kkalkulata bħala medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 ta' kull karozza ġdida, reġistrata f'dik is-sena kalendarja, tal-passiġġieri li tagħha huwa jkun il-manifattur.
ANNESS II
MONITORAĠĠ U RAPPORTAR TA' EMISSJONIJIET
PARTI A — Ġbir ta' data dwar karozzi ġodda tal-passiġġieri u determinazzjoni tal-informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ CO2
1. Għas-sena li tibda mill-1 ta' Jannar 2010 u kull sena sussegwenti, l-Istati Membri għandhom jirreġistraw id-dettalji li ġejjin għal kull karozza ġdida tal-passiġġieri li tkun ireġistrata fit-territorju tagħhom:
(a) |
il-manifattur; |
(b) |
it-tip, il-varjant u l-verżjoni tagħha; |
(c) |
l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 (g/km) tagħha; |
(d) |
il-massa (kg) tagħha; |
(e) |
it-tul bejn rota u oħra (mm); u |
(f) |
il-wisa' bejn rota u oħra (mm). |
2. Id-dettalji msemmija fil-punt 1 għandhom jittieħdu miċ-ċertifikat ta' konformità għall-karozza rilevanti tal-passiġġieri. Fejn ċertifikat tal-konformità jispeċifika kemm il-massa minima kif ukoll dik massima għal karozza tal-passiġġieri, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-Istat Membru għandu juża biss iċ-ċifra massima. Fil-każ ta' vetturi li jużaw żewġ karburanti (petrol/gass) li ċ-ċertifikati ta' konformità tagħhom juru ċifri speċifiċi ta' emissjonijiet ta' CO2 għaż-żewġ tipi ta' karburant, l-Istati Membri għandhom jużaw biss iċ-ċifra mkejla għall-gass.
3. Għas-sena kalendarja li tibda mill-1 ta' Jannar 2010 u kull sena kalendarja sussegwenti, kull Stat Membru għandu jiddetermina, konformement mal-metodi deskritti fil-Parti B, għal kull manifattur:
(a) |
l-għadd totali ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri reġistrati fit-territorju tagħhom; |
(b) |
l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2, kif speċifikat fil-punt 2 tal-Parti B ta' dan l-Anness; |
(c) |
il-massa medja, kif speċifikat fil-punt 3 tal-Parti B ta' dan l-Anness; |
(d) |
għal kull verżjoni ta' kull varjant ta' kull tip ta' karozza ġdida tal-passiġġieri:
|
PARTI B — Il-metodoloġija biex tiġi determinata l-informazzjoni dwar il-monitoraġġ ta’ CO2 għal karozzi ġodda tal-passiġġieri
L-informazzjoni dwar il-monitoraġġ li l-Istati Membri huma marbuta jiddeterminaw taħt il-punt 3 tal-parti A għandha tiġi determinata konformement mal-metodoloġija f'din il-Parti.
1. L-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri reġistrati (N)
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri reġistrati fit-territorju tagħhom matul is-sena ta' monitoraġġ rispettiva (N).
2. L-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri (Save)
L-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 għall-karozzi l-ġodda kollha tal-passiġġieri reġistrati għal-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru fis-sena ta' monitoraġġ (Save) jiġi kkalkulat billi wieħed jiddividi l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 għal kull karozza ġdida tal-passiġġieri (S) bl-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri (N).
Save = (1 / N) × Σ S
3. Il-massa medja ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri
Il-massa medja tal-karozzi l-ġodda kollha tal-passiġġieri reġistrati fit-territorju ta' Stat Membru fis-sena ta' monitoraġġ (Mave) tiġi kkalkulata billi wieħed jiddividi l-massa ta' kull karozza ġdida tal-passiġġieri (M) bl-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri (N).
Mave = (1 / N) × Σ M
4. It-tqassim ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri abbażi tal-verżjoni
Għal kull verżjoni ta' kull varjant ta' kull tip ta' karozza ġdida tal-passiġġieri, għandhom jitniżżlu l-għadd ta' karozzi tal-passiġġieri reġistrati għall-ewwel darba, il-massa tal-vetturi, l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 u il-footprint tal-karozza.
5. Il-footprint
Il-footprint tal-karozza għandu jiġi kkalkulat permezz tal-moltiplikazzjoni tat-tul tal-karozza (bejn it-tajers ta' quddiem u ta' wara) mal-wisa' bejn ir-roti tax-xellug u tal-lemin tal-karozza.
PARTI C — Format għat-trażmissjoni tad-data
Għal kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-data deskritta fil-punt 3 tal-parti A għal kull manifattur fil-formati li ġejjin:
Data aggregata:
Sena: |
|
|
|
|
Manifattur |
L-għadd totali ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri reġistrati. |
Il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 (g/km) |
Il-massa medja (kg) |
Il-footprint medju (m2) |
(Manifattur 1) |
… |
… |
… |
… |
(Manifattur 2) |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
It-total tal-manifatturi kollha |
… |
… |
… |
… |
Data dettaljata fil-livell tal-manifattur:
Sena |
Manifattur |
Tip ta’ Karozza |
Varjant |
Verżjoni |
Teknoloġiji innovattivi (*) jew grupp ta’ teknoloġiji innovattivi, jew vetturi ta' karburant alternattiv (**) |
|
Isem kummerċjali |
Total ta' reġistrazzjonijiet ġodda |
L-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 (g/km) |
Massa (kg) |
Il-footprint (m2) |
Tnaqqis ta’ emissjonijiet permezz ta’ teknoloġiji innovattivi (*) jew tal-kapaċità ta' karburant alternattiv (**) |
Sena 1 |
(Isem il-manufattur 1) |
(Isem it-tip 1) |
(Isem il-varjant 1) |
(Isem il-verżjoni 1) |
|
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
Sena 1 |
(Isem il-manufattur 1) |
(Isem it-tip 1) |
(Isem il-varjant 1) |
(Isem il-verżjoni 2) |
|
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
Sena 1 |
(Isem il-manufattur 1) |
(Isem it-tip 1) |
(Isem il-varjant 2) |
(Isem il-verżjoni 1) |
|
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
Sena 1 |
(Isem il-manufattur 1) |
(Isem it-tip 1) |
(Isem il-varjant 2) |
(Isem il-verżjoni 2) |
|
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
Sena 1 |
(Isem il-manufattur 1) |
(Isem it-tip 2) |
(Isem il-varjant 1) |
(Isem il-verżjoni 1) |
|
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
Sena 1 |
(Isem il-manufattur 1) |
(Isem it-tip 2) |
(Isem il-varjant 1) |
(Isem il-verżjoni 2) |
|
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
Sena 1 |
(Isem il-manufattur 1) |
(Isem it-tip 2) |
(Isem il-varjant 2) |
(Isem il-verżjoni 1) |
|
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
Sena 1 |
(Isem il-manufattur 1) |
(Isem it-tip 2) |
(Isem il-varjant 2) |
(Isem il-verżjoni 2) |
|
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
Sena 1 |
(Isem il-manufattur 1) |
… |
… |
… |
|
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
Sena 1 |
(Isem il-manufattur 1) |
… |
|
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
||
Sena 1 |
(Isem il-manufattur 1) |
… |
… |
|
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
|
Sena 1 |
(Isem il-manufattur 1) |
… |
|
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
||
Sena 1 |
(Isem il-manufattur 1) |
… |
… |
… |
|
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
(*) Konformement mal-Artikolu 12.
(**) Konformement mal-Artikolu 6.