Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0442

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 442/2009 tas- 27 ta’ Mejju 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tal-majjal

ĠU L 129, 28.5.2009, p. 13–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32020R0760

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/442/oj

28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 442/2009

tas-27 ta’ Mejju 2009

li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tal-majjal

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 144(1) u l-Artikolu 148 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, il-Komunità impenjat ruħha li tiftaħ kwoti tariffarji tal-importazzjoni għal ċerti prodotti fis-settur tal-laħam tal-majjal.

(2)

Il-ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri konkluż bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV(6) u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi Doganali u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 rigward il-modifika ta’ konċessjonijiet fil-listi ta’ impenn tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja, fil-kuntest tal-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/333/KE (2), jipprovdi dwar il-ftuħ ta’ kwota tariffarja tal-importazzjoni speċifika ta’ 4 722 tunnellata laħam tal-majjal allokata lill-Istati Uniti.

(3)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni tan-Negozjati tal-Artikolu XXIV(6) tal-GATT, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/444/KE (3), jipprovdi għall-inkorporazzjoni ta’ kwota tariffarja tal-importazzjoni ta’ 4 624 tunnellata laħam tal-majjal allokata lill-Kanada.

(4)

Ir-regoli dettaljati għall-amministrazzjoni tal-ġemgħa ta’ dawn il-kwoti tariffarji tal-importazzjoni, minn hawn ‘il quddiem “il-kwoti”, fil-preżent huma stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 806/2007 tal-10 ta’ Lulju 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tal-majjal (4), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 812/2007 tal-11 ta’ Lulju 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għal-laħam tal-majjal allokata lill-Istati Uniti tal-Amerika (5), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 979/2007 tal-21 ta’ Awwissu 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja ta’ importazzjoni ta’ laħam tal-majjal li joriġina fil-Kanada (6), kif ukoll ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1382/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f’dak li jirrigwarda s-sistema tal-importazzjoni għal-laħam tal-majjal (7).

(5)

It-tħaddim tal-prinċipju “min jasal l-ewwel, jinqeda l-ewwel” kellu effetti tajba f’setturi agrikoli oħra, u fl-interessi tas-simplifikazzjoni amministrattiva, jeħtieġ li minn issa ‘l quddiem il-parti l-kbira tal-kwoti, li ftit li xejn jintużaw, u li attwalment jaqgħu taħt ir-Regolament (KE) Nru 806/2007 kif ukoll taħt ir-Regolament (KE) Nru 1382/2007, ikunu amministrati skont il-metodu indikat fl-Artikolu 144(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Dan għandu jsir skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tal-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (8).

(6)

Barra minn hekk, jeħtieġ li ż-żewġ kwoti tal-lonżiet u l-prieżet diżussati friski, imkessħin jew iffriżati, koperti bil-kodiċijiet NM ex 0203 19 55 u ex 0203 29 55 u li għandhom in-numri 09.4038 u 09.4170, kif ukoll il-kwota tal-laħam tal-majjal li joriġina fil-Kanada bin-numru 09.4204, li għalihom ftit għadha nkisbet esperjenza, jibqgħu jiġu amministrati bil-metodu tal-eżami simultanju. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (9) għandu japplika għal dawn it-tliet kwoti, għajr fejn dan ir-Regolament jistipula mod ieħor.

(7)

Fid-dawl tal-partikolaritajiet marbuta mat-trasferiment minn sistema ta’ amministrazzjoni għal oħra, jeħtieġ li l-kwoti amministrati skont il-metodu ta’ “min jasal l-ewwel, jinqeda l-ewwel” jitqiesu bħala mhux kritiċi fit-tifsira tal-Artikolu 308c tar-Regolament (KE) Nru 2454/93.

(8)

Għandu japplika r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (10), għajr fejn dan ir-Regolament jistipula mod ieħor.

(9)

Jeħtieġ li jkunu definiti r-regoli għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni, l-informazzjoni li għandha tingħata f’dawn l-applikazzjonijiet u fil-liċenzji kif ukoll l-ammont tal-garanzija marbuta mal-liċenzji tal-importazzjoni. Ir-riskju tal-ispekulazzjoni li hemm fis-sistema konċernata fis-settur tal-laħam tal-majjal jitlob ukoll li jiġu stabbiliti kundizzjonjiet preċiżi biex l-operaturi jingħataw aċċess għas-sistema tal-kwota tariffarja.

(10)

Għaldaqstant jeħtieġ li jitħassru r-Regolamenti (KE) Nru 806/2007, (KE) Nru 812/2007, (KE) Nru 979/2007 u (KE) Nru 1382/2007, u li minflokhom ikun hemm Regolament ġdid. Madankollu huwa f’loku li jinżammu dawk ir-Regolamenti li huma applikabbli għall-perjodi tal-kwota tal-importazzjoni ta’ qabel dawk koperti b’dan ir-Regolament.

(11)

Il-miżuri pprovduti b’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Ftuħ u amministrazzjoni tal-kwoti

1.   Dan ir-Regolament jiftaħ u jamministra l-kwoti tal-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal murija fl-Anness I.

2.   Il-kwoti indikati fl-Anness I, il-parti A, għal dan ir-Regolament għandhom ikunu amministrati skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93. L-Artikolu 308c(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament ma japplikax.

3.   Il-kwoti indikati fl-Anness I, il-parti B, ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu amministrati skont il-metodu tal-eżami simultanju tal-applikazzjonijiet.

4.   Għall-kwoti indikati fl-Anness I, il-parti B, ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 1301/2006 u (KE) Nru 376/2008, għajr fejn dan ir-Regolament jistipula mod ieħor.

Artikolu 2

Perjodi tal-kwota tal-importazzjoni

Il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jinfetħu fuq bażi annwali mill-1 ta’ Lulju ta’ kull sena sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, għajr il-kwota bin-numru tas-serje 09.0119, li għandha tinfetaħ mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.

Artikolu 3

Prodotti koperti bil-kodiċijiet NM ex 0203 19 55 u ex 0203 29 55

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, fost il-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0203 19 55 u ex 0203 29 55 tal-kwoti bin-numru tas-serje 09.4038, 09.0018 u 09.4170, għandhom jitqiesu bħala:

(a)

“lonżiet diżussati”, il-lonżiet u biċċiet ta’ lonżiet diżussati, mingħajr il-flett, bil-qoxra ta’ taħt il-ġilda u bix-xaħam jew mingħajrhom;

(b)

“filet mignon”, qatgħat li jinkludu l-laħam tal-muskoli musculus major psoas u musculus minor psoas, bir-ras jew mingħajrha, imnaddfa jew le.

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0203 19 55 u ex 0203 29 55 tal-kwoti bin-numru tas-serje 09.4038, 09.0123 u 09.4204 jinkludu l-prieżet u l-biċċiet tal-prieżet.

KAPITOLU II

KWOTI AMMINISTRATI SKONT IL-METODU TAL-EZAMI SIMULTANJU TAL-APPLIKAZZJONIJIET

Artikolu 4

Tqassim tal-kwantitajiet

Il-kwantità stabbilita għall-perjodu annwali tal-kwota, imsemmija fl-Anness I, il-parti B, għandha titqassam kif ġej f’erba’ subperjodi tal-kwota:

(a)

25 % mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru;

(b)

25 % mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru;

(c)

25 % mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu;

(d)

25 % mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju.

Artikolu 5

Applikanti

B’applikazzjoni tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, min japplika għal liċenzja tal-importazzjoni, fil-waqt tat-tressiq tal-ewwel applikazzjoni tiegħu fir-rigward ta’ perjodu partikolari annwali tal-kwota, għandu jagħti prova li, matul kull wieħed miż-żewġ perjodi stipulati fl-Artikolu 5 msemmi, ikun importa jew esporta tal-anqas 50 tunnellata ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(q) tar-Regolament (KEE) Nru 1234/2007.

Artikolu 6

Applikazzjonijet għal liċenzji tal-importazzjoni u liċenzji tal-esportazzjoni

1.   Kull applikazzjoni għal liċenzja tista’ ssemmi numru tas-serje wieħed biss. Tista’ tkopri diversi prodotti li jaqgħu taħt kodiċijiet tan-NM differenti. F’dan il-każ, il-kodiċijiet kollha tan-NM u d-deskrizzjonijiet tagħhom għandhom jiġu indikati fil-kaxex 16 u 15, rispettivament, tal-applikazzjonijiet għal liċenzji u tal-liċenzji stess.

2.   Applikazzjoni għal liċenzja jeħtiġilha tkopri minimu ta’ 20 tunnellata u massimu ta’ 20 % tal-kwantità disponibbli għall-kwota kkonċernata matul is-subperjodu kkonċernat.

3.   L-applikazzjoni għal-liċenzja u l-liċenzji għandu jkun fihom it-tagħrif li ġej:

(a)

fil-kaxxa 8, l-isem tal-pajjiż tal-oriġini;

(b)

fil-kaxxa 20, waħda mill-annotazzjonijiet imsemmija fl-Anness II, il-parti A.

Barra minn hekk, għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4170 u 09.4204, il-kelma “iva” fil-kaxxa 8 għandha tkun immarkata b’salib.

4.   Il-liċenzja għandu jkun fiha, fil-kaxxa 24, waħda mill-annotazzjonijiet li jidhru fl-Anness II, il-parti B.

5.   Il-liċenzji joħolqu l-obbligu li l-importazzjoni ssir:

(a)

mill-Istati Uniti tal-Amerika għall-kwota Nru 09.4170,

(b)

mill-Kanada għall-kwota Nru 09.4204.

6.   L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għandhom jitressqu fl-ewwel sebat ijiem tax-xahar qabel kull subperjodu tal-kwota msemmi fl-Artikolu 4.

7.   Mat-tressiq tal-applikazzjoni għal liċenzja għandha tiġi ddepożitata garanzija ta’ EUR 20 għal kull 100 kilogramma.

8.   Għal dak li jirrigwarda l-kwota Nru 09.4038, b’deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, kull applikant jista’ jressaq għadd ta’ applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti li jaqgħu taħt l-istess numru tas-serje, jekk dawn il-prodotti jkunu joriġinaw minn pajjiżi differenti. L-applikazzjonijiet, kull waħda għal pajjiż wieħed tal-oriġini, għandhom jitressqu fl-istess ħin lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru. F’dak li jirrigwarda l-massimu msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jitqiesu bħala applikazzjoni waħda.

Artikolu 7

Ħruġ tal-liċenzja tal-importazzjoni

Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu mill-Istati Membri mit-23 tax-xahar tat-tressiq tal-applikazzjonijiet, u qabel il-bidu tas-subperjodu tal-kwota konċernat.

Artikolu 8

Notifiki lill-Kummissjoni

1.   In-notifiki tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, għandhom isiru sa mhux aktar tard mill-14 tax-xahar tat-tressiq tal-applikazzjonijiet.

2.   B’deroga mill-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006:

(a)

in-notifiki msemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament imsemmi għandhom isiru qabel tmiem l-ewwel xahar ta’ kull subperjodu.

(b)

in-notifiki msemmija fl-Artikolu 11(1)(c) tar-Regolament imsemmi għandhom isiru l-ewwel darba fl-istess waqt tal-applikazzjoni għall-aħħar subperjodu, u t-tieni darba qabel tmiem ir-raba’ xahar wara kull perjodu annwali għall-kwantitajiet li ma jkunux għadhom notifikati fl-ewwel komunikazzjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel tmiem ir-raba’ xahar wara kull perjodu annwali tal-kwota, il-kwantitajiet li effettivament ikunu tqiegħdu fil-kummerċ ħieles skont dan ir-Regolament matul il-perjodu kkonċernat u għal kull numru tas-serje.

4.   Il-kwantitajiet koperti bil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu espressi f’kilogrammi.

Artikolu 9

Validità tal-liċenzja tal-importazzjoni

1.   B’deroga mill-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, il-validità tal-liċenzji tal-importazzjoni għandha tkun mija u ħamsin jum mill-ewwel jum tas-subperjodu tal-kwota li għalih ikunu nħarġu.

2.   Bla ħsara għall-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, it-trasferiment tad-drittijiet li joħorġu mil-liċenzji għandu jkun limitat għall-konċessjonarji li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà definiti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Oriġini tal-prodotti

1.   L-oriġini tal-prodotti koperti b’dan ir-Regolament għandu jkun stabbilit skont ir-regoli Komunitarji fis-seħħ.

2.   Għal dak li jirrigwarda l-kwota Nru 09.4170, it-tqegħid fil-kummerċ ħieles huwa suġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tal-oriġini maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikoli 55 u 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

3.   Għal dak li jirrigwarda l-kwota Nru 09.4204, it-tqegħid fil-kummerċ ħieles huwa suġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tal-oriġini maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Kanada skont l-Artikoli 55 u 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 11

Revoki

Ir-Regolamenti (KE) Nru 806/2007 (KE) Nru 812/2007, (KE) Nru 979/2007 u (KE) Nru 1382/2007 huma mħassra.

Ir-Regolament (KE) Nru 1382/2007 madankollu għandu jibqa’ japplika għall-perjodi tal-kwota tal-importazzjoni ta’ qabel l-1 ta’ Jannar 2010.

Ir-Regolamenti (KE) Nru 806/2007, (KE) Nru 812/2007, u (KE) Nru 979/2007 għandhom jibqgħu japplikaw għall-perjodi tal-kwota tal-importazzjoni ta’ qabel l-1 ta’ Lulju 2009.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika għall-perjodi tal-kwota tal-importazzjoni miftuħa mill-1 ta’ Lulju 2009. Madankollu, f’dak li jirrigwarda l-kwota Nru 09.0019, għandu japplika għall-perjodi tal-kwota tal-importazzjoni miftuħa mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Mejju 2009

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 169, 29.6.2007, p. 53.

(4)  ĠU L 181, 11.7.2007, p. 3.

(5)  ĠU L 182, 12.7.2007, p. 7.

(6)  ĠU L 217, 22.8.2007, p. 12.

(7)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 28.

(8)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(9)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(10)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.


ANNESS I

Irrispettivament mir-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, jeħtieġ li l-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti jitqies bħala ta' valur indikattiv biss, minħabba li l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali, fil-kuntest ta' dan l-Anness, hija determinata mill-ambitu tal-kodiċijiet tan-NM. Meta huma indikati l-kodiċijiet “ex” tan-NM, l-applikabbiltà tal-iskema preferenzjali għandha tkun determinata abbażi tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti, meqjusa flimkien.

PARTI A

Kwoti amministrati skont il-prinċipju “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel”

Numru tas-serje

Kodiċijiet tan-NM

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Kwantitajiet f'tunnellati

(piż tal-prodott)

Ħlas applikabbli

(EUR/tunnellata)

09.0118

ex 0203 19 55

ex 0203 29 55

Flett frisk imkessaħ jew iffriżat

5 000

300

09.0119

0203 19 13

0203 29 15

Laħam tal-majjal frisk, imkessaħ jew iffriżat

7 000

0

09.0120

1601 00 91

Zlazet, niexfa jew għad-dlik, mhux imsajra

3 002

747

1601 00 99

Oħrajn

502

09.0121

1602 41 10

Preparazzjonijiet u priserv tal-laħam, tal-interjuri jew tad-demm oħra

6 161

784

1602 42 10

646

1602 49 11

784

1602 49 13

646

1602 49 15

646

1602 49 19

428

1602 49 30

375

1602 49 50

271

09.0122

0203 11 10

0203 21 10

Karkassi jew robbi friski, imkessħa jew iffriżati

15 067

268

09.0123

0203 12 11

Qatgħat ta’ laħam tal-majjal, friski, imkessħa jew iffriżati, diżussati jew le, ħlief il-flett ippreżentat għalih

5 535

389

0203 12 19

300

0203 19 11

300

0203 19 13

434

0203 19 15

233

ex 0203 19 55

434

0203 19 59

434

0203 22 11

389

0203 22 19

300

0203 29 11

300

0203 29 13

434

0203 29 15

233

ex 0203 29 55

434

0203 29 59

434

PARTI B

Kwoti amministrati skont il-metodu tal-eżami simultanju tal-applikazzjonijiet

Numru tas-serje

Kodiċijiet tan-NM

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Kwantitajiet f'tunnellati

(piż tal-prodott)

Ħlas applikabbli

(EUR/tunnellata)

09.4038

ex 0203 19 55

ex 0203 29 55

Lonżiet u prieżet diżussati friski, imkessħa jew iffriżati

35 265

250

09.4170

ex 0203 19 55

ex 0203 29 55

Lonżiet u prieżet diżussati friski, imkessħa jew iffriżati li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika

4 722

250

09.4204

0203 12 11

Qatgħat friski, imkessħa jew iffriżati, diżussati jew mhumiex, ħlief il-flettijiet ippreżentati għalihom weħidhom, li joriġinaw fil-Kanada

4 624

389

0203 12 19

300

0203 19 11

300

0203 19 13

434

0203 19 15

233

ex 0203 19 55

434

0203 19 59

434

0203 22 11

389

0203 22 19

300

0203 29 11

300

0203 29 13

434

0203 29 15

233

ex 0203 29 55

434

0203 29 59

434


ANNESS II

PARTI A

L-annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt b)

bil-Bulgaru

:

Регламент (ЕО) № 442/2009.

bl-Ispanjol

:

Reglamento (CE) no 442/2009.

biċ-Ċek

:

Nařízení (ES) č. 442/2009.

bid-Daniż

:

Forordning (EF) nr. 442/2009.

bil-Ġermaniż

:

Verordnung (EG) Nr. 442/2009.

bl-Estonjan

:

Määrus (EÜ) nr 442/2009.

bil-Grieg

:

Kανονισμός (ΕΚ) αριθ. 442/2009.

bl-Ingliż

:

Regulation (EC) No 442/2009.

bil-Franċiż

:

Règlement (CE) no 442/2009.

bit-Taljan

:

Regolamento (CE) n. 442/2009.

bil-Latvjan

:

Regula (EK) Nr. 442/2009.

bil-Litwan

:

Reglamentas (EB) Nr. 442/2009.

bl-Ungeriż

:

442/2007/EK rendelet.

bil-Malti

:

Ir-Regolament (KE) Nru 442/2009.

bl-Olandiż

:

Verordening (EG) nr. 442/2009.

bil-Pollakk

:

Rozporządzenie (WE) nr 442/2009.

bil-Portugiż

:

Regulamento (CE) n.o 442/2009.

bir-Rumen

:

Regulamentul (CE) nr. 442/2009.

bis-Slovakk

:

Nariadenie (ES) č. 442/2009.

bis-Sloven

:

Uredba (ES) št. 442/2009.

bil-Finlandiż

:

Asetus (EY) N:o 442/2009.

bl-Iżvediż

:

Förordning (EG) nr 442/2009.

PARTI B

L-annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(4)

bil-Bulgaru

:

намаляване на общата митническа тарифа съгласно предвиденото в Регламент (ЕО) № 442/2009.

bl-Ispanjol

:

reducción del arancel aduanero común prevista en el Reglamento (CE) no 442/2009.

biċ-Ċek

:

snížení společné celní sazby tak, jak je stanoveno v nařízení (ES) č. 442/2009.

bid-Daniż

:

toldnedsættelse som fastsat i forordning (EF) nr. 442/2009.

bil-Ġermaniż

:

Ermäßigung des Zollsatzes nach dem GZT gemäß Verordnung (EG) Nr. 442/2009.

bl-Estonjan

:

ühise tollitariifistiku maksumäära alandamine vastavalt määrusele (EÜ) nr 442/2009.

bil-Grieg

:

Μείωση του δασμού του κοινού δασμολογίου, όπως προβλέπεται στον κανονισμό (ΕΚ) αριθ. 442/2009.

bl-Ingliż

:

reduction of the common customs tariff pursuant to Regulation (EC) No 442/2009.

bil-Franċiż

:

réduction du tarif douanier commun comme prévu au règlement (CE) no 442/2009.

bit-Taljan

:

riduzione del dazio della tariffa doganale comune a norma del regolamento (CE) n. 442/2009.

bil-Latvjan

:

Regulā (EK) Nr. 442/2009 paredzētais vienotā muitas tarifa samazinājums.

bil-Litwan

:

bendrojo muito tarifo muito sumažinimai, nustatyti Reglamente (EB) Nr. 442/2009.

bl-Ungeriż

:

a közös vámtarifában szereplő vámtétel csökkentése a 442/2009/EK rendelet szerint.

bil-Malti

:

tnaqqis tat-tariffa doganali komuni kif jipprovdi r-Regolament (KE) Nru 442/2009.

bl-Olandiż

:

Verlaging van het gemeenschappelijke douanetarief overeenkomstig Verordening (EG) nr. 442/2009.

bil-Pollakk

:

Cła WTC obniżone jak przewidziano w rozporządzeniu (WE) nr 442/2009.

bil-Portugiż

:

redução da Pauta Aduaneira Comum como previsto no Regulamento (CE) n.o 442/2009.

bir-Rumen

:

reducerea tarifului vamal comun astfel cum este prevăzut de Regulamentul (CE) nr. 442/2009.

bis-Slovakk

:

Zníženie spoločnej colnej sadzby, ako sa ustanovuje v nariadení (ES) č. 442/2009.

bis-Sloven

:

znižanje skupne carinske tarife v skladu z Uredbo (ES) št. 442/2009.

bil-Finlandiż

:

Asetuksessa (EY) N:o 442/2009 säädetty yhteisen tullitariffin alennus.

bl-Iżvediż

:

nedsättning av den gemensamma tulltaxan i enlighet med förordning (EG) nr 442/2009.


Top