This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0438
Commission Regulation (EC) No 438/2009 of 26 May 2009 opening and providing for the administration of Community tariff quotas for bulls, cows and heifers other than for slaughter of certain Alpine and mountain breeds
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 438/2009 tas- 26 ta’ Mejju 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji Komunitarji għal barrin, baqar u erieħ, għajr dawk maħsuba għat-tbiċċir, ta’ ċerti razez alpini u tal-muntanji
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 438/2009 tas- 26 ta’ Mejju 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji Komunitarji għal barrin, baqar u erieħ, għajr dawk maħsuba għat-tbiċċir, ta’ ċerti razez alpini u tal-muntanji
ĠU L 128, 27.5.2009, p. 57–59
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32020R1987 Ara Art. 4
27.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 128/57 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 438/2009
tas-26 ta’ Mejju 2009
li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji Komunitarji għal barrin, baqar u erieħ, għajr dawk maħsuba għat-tbiċċir, ta’ ċerti razez alpini u tal-muntanji
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewopea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 144(1) u l-Artikolu 148 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), il-Komunità ntrabtet li tiftaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' barrin, baqar u erieħ, għajr dawk maħsuba għat-tbiċċir, ta’ ċerti razez alpini u tal-muntanji. Ir-regoli ddettaljati ta’ applikazzjoni għall-ġestjoni ta’ dawk il-kwoti huma stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 659/2007 tal-14 ta’ Ġunju 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ barrin, baqar u erieħ, minbarra dawk għall-qtil, ta’ ċerti razez tal-Alpi u tal-muntanji (2). |
(2) |
L-użu tal-prinċipju “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel” irriżulta pożittiv f'setturi agrikoli oħra, u għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni amministrattiva, jeħtieġ li dawn il-kwoti jiġu ġestiti skont il-metodu indikat fl-Artikolu 144(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Dan għandu jsir skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3). |
(3) |
Fid-dawl tal-partikularitajiet marbutin mat-trasferiment minn sistema ta’ ġestjoni għal oħra, huwa importanti li l-kwota msemmija f'dan ir-Regolament titqies ′mhux kritika′ fit-tifsira tal-Artikolu 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 450/2008 tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (4) jipprovdi, fl-Artikolu 166 tiegħu, superviżjoni doganali għall-merkanzija rrilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa b'dazju mnaqqas minħabba l-użu tagħha għal skopijiet partikulari. Jeħtieġ li jiġu ssorveljati, għall-perjodu ta’ żmien meħtieġ, l-annimali importati taħt il-kwoti tariffarji koperti minn dan ir-Regolament, sabiex jiġi ggarantit li dawn ma jinqatlux matul il-perjodu msemmi. |
(5) |
Għal dan il-għan, għandha tkun iddepożitata garanzija ta’ ammont li jkopri d-differenza bejn id-dazju tat-Tariffa Komuni tad-Dwana (CCT) u d-dazju mnaqqas li jkun japplika fid-data tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-annimali kkonċernati. |
(6) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 659/2007 għandu jitħassar u jinbidel b'Regolament ġdid. |
(7) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-kumitat ta' ġestjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dan ir-Regolament jiftaħ il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ barrin, baqar u erieħ, għajr dawk maħsuba għall-biċċerija, ta’ ċerti razez alpini u tal-muntanji, indikati fl-Anness.
2. Il-kwoti indikati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiġu ġġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. L-Artikolu 308c(2) u (3) tar-Regolament imsemmi ma għandux applika.
3. Il-kwoti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinfetħu fuq bażi annwali, mill-1 ta’ Lulju ta’ kull sena sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara (il-perjodu tal-kwota tal-importazzjoni).
Artikolu 2
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-annimali msemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom jitqiesu li mhumiex maħsubin għat-tbiċċir jekk ma jinqatlux f'perjodu ta’ erba′ xhur mid-data tal-awtorizzazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.
Madankollu, jistgħu jingħataw derogi f'każ ta’ forza maġġuri, dejjem jekk tiġi pprovduta l-evidenza relevanti.
2. L-awtorizzazzjoni tal-użu tal-kwota tariffarja bin-numru tas-serje 09.4197 hija soġġetta għat-tressiq ta’:
(a) |
għall-barrin, ċertifikat tar-razza; |
(b) |
għall-baqar u l-erieħ, ċertifikat tar-razza jew ċertifikat ta’ dħul fir-reġistru tar-razza li jikkonferma l-purezza tar-razza. |
Artikolu 3
1. Skont l-Artikolu 166 tar-Regolament (KE) Nru 450/2008, l-annimali importati għandhom ikunu soġġetti għal sorveljanza sabiex jiġi ggarantit li ma jinqatlux fl-ewwel erba′ xhur mir-rilaxx tagħhom għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.
2. Sabiex ikun żgurat ir-rispett tal-obbligu li ma jinqatlux annimali skont il-paragrafu 1, kif ukoll ir-riċeviment tad-dazji mhux imħallsa jekk dak l-obbligu ma jinqediex, l-importaturi għandhom jiddepożitaw garanzija mal-awtoritajiet kompetenti tad-dwana. L-ammont tal-garanzija għandu jkun daqs id-differenza bejn id-dazji tad-dwana stipulati fit-Tariffa Doganali Komuni u d-dazji msemmija fl-Anness, applikabbli fid-data tal-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-annimali kkonċernati.
3. Il-garanzija msemmija fil-paragrafu 2 titħallas lura malli tiġi pprovduta l-evidenza li ġejja lill-awtoritajiet doganali kkonċernati:
(a) |
li l-annimali ma ġewx maqtula qabel tmiem il-perjodu ta’ erba′ xhur mid-data tar-rilaxx tagħhom għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa; jew |
(b) |
li ġew maqtula qabel tmiem l-istess perjodu minħabba raġunijiet ta’ forza maġġuri jew ta’ saħħa, jew mietu minħabba mard jew inċident. |
Artikolu 4
Ir-Regolament (KE) Nru 659/2007 għandu jitħassar. Madankollu, ikompli japplika għad-dazji mnissla miċ-ċertifikati maħruġin qabel l-1 ta' Lulju 2009 u sal-iskadenza tagħhom.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 155, 15.6.2007, p. 20.
(3) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
ANNESS
Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, għandu jitqies li l-mod ta’ kif jiġu identifikati l-prodotti għandu biss valur indikattiv; f'dan l-Anness, l-applikabbiltà tal-iskema preferenzjali hija ddeterminata mill-ambitu tal-kodiċijiet NM. Fil-każijiet fejn jissemmew kodiċijiet ex NM, l-applikabbiltà tal-iskema preferenzjali hija ddeterminata abbażi tal-kodiċi NM u tal-indikazzjoni korrispondenti meqjusa flimkien.
Numru tas-serje |
Kodiċi NM |
Kodiċi Taric |
Denominazzjoni tal-merkanzija |
Volum (irjus) |
Dazju doganali |
09.0114 |
ex 0102 90 05 |
01029005*20 *40 |
Baqar u erieħ, għajr dawk maħsubin għall-biċċerija, għar-razez tal-muntanji li ġejjin: ir-razez Simmental griżi, kannella, sofor u mtebbgħin, u r-razza Pinzgau |
710 |
6 % |
ex 0102 90 29 |
01029029*20 *40 |
||||
ex 0102 90 49 |
01029049*20 *40 |
||||
ex 0102 90 59 |
01029059*11 *19 *31 *39 |
||||
ex 0102 90 69 |
01029069*10 *30 |
||||
09.0115 |
ex 0102 90 05 |
01029005*30 *40 *50 |
Barrin, baqar u erieħ, għajr dawk maħsubin għall-biċċerija, tar-razza Simmental imtebbgħin, u tar-razez Schwyz u Fribourg |
711 |
4 % |
ex 0102 90 29 |
01029029*30 *40 *50 |
||||
ex 0102 90 49 |
01029049*30 *40 *50 |
||||
ex 0102 90 59 |
01029059*21 *29 *31 *39 |
||||
ex 0102 90 69 |
01029069*20 *30 |
||||
ex 0102 90 79 |
01029079*21 *29 |