Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0380

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 380/2009 tat- 8 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa, kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità li dwarha hemm dispożizzjoni fir-Regolament (KE) Nru 479/2008

    ĠU L 116, 9.5.2009, p. 9–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/380/oj

    9.5.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 116/9


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 380/2009

    tat-8 ta’ Mejju 2009

    li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa, kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità li dwarha hemm dispożizzjoni fir-Regolament (KE) Nru 479/2008

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 142(b), (c), (d), (e), (k), u (n) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (2) tħassar u nbidel mir-Regolament (KE) Nru 73/2009. Madanakollu, ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament li tħassar se jkomplu japplikaw matul l-2009 wkoll. Ir-regoli li dwarhom hemm dispożizzjoni fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 (3) japplikaw għaż-żewġ Regolamenti. Minħabba f’hekk, it-titolu tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu jiġi aġġornat.

    (2)

    Ir-referenzi għad-diversi Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li nbidlu mir-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma koperti mit-tabella ta’ korrelazzjoni mogħtija fl-Anness XVIII ta’ dak ir-Regolament. Madanakollu, għall-finijiet taċ-ċarezza, ċerti referenzi fir-Regolament (KE) Nru 796/2004 għar-Regolament li tħassar għandhom jiġu aġġornati. Barra minn hekk, għandhom jitħassru d-dispożizzjonijiet li m’għadhomx jgħoddu.

    (3)

    Ir-rekwiżiti dwar is-serħan tal-artijiet fi ħdan il-qafas tal-iskema ta’ ħlas uniku tneħħew. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet fir-Regolament (KE) Nru 796/2004 li jikkorrispondu magħhom għandhom jitħassru.

    (4)

    Is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tad-drittijiet għall-ħlas speċifikata fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandha tiżgura traċċabbiltà effettiva u għandha tippermetti l-verifiki doppji tad-drittijiet għall-ħlas. Hemm rekwiżiti speċifiċi b’rabta mad-drittijiet allokati skont l-Artikolu 68(1)c tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Għalhekk, fis-sistema għandu jkun inkluż it-tagħrif meħtieġ sabiex wieħed ikun jista’ jivverifika li dawk ir-rekwiżiti speċifiċi jkunu ġew issodisfati.

    (5)

    L-Artikolu 29(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprovdi li l-verifika tal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà trid titlesta qabel ma jsir il-ħlas. Għalhekk, id-dispożizzjoni ekwivalenti għal dan fir-Regolament (KE) Nru 796/2004 m’għadhiex meħtieġa u għandha titħassar.

    (6)

    Ir-regoli speċifiċi li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 138 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004 tad-29 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għal dak li għandu x’jaqsam mal-iskemi ta’ appoġġ li hemm provvediment għalihom fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art imwarrba [art imserrħa] għall-produzzjoni ta’ materja prima (4) li għandhom x’jaqsmu mat-tnaqqis u l-esklużjonijiet taħt l-iskema ta’ ħlas uniku skont iż-żona tħassru mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 316/2009 (5). Għalhekk, ir-referenzi fir-Regolament (KE) Nru 796/2004 għall-Artikolu msemmi għandhom jitħassru. Barra minn hekk, l-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 li fihom jeħtieġ li ssir referenza espliċita għall-iskema ta’ ħlas uniku skont iż-żona minħabba l-modifika msemmija tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandhom jiġu aġġornati.

    (7)

    Hemm bżonn ta’ dispożizzjonijiet speċjali dwar l-amministrazzjoni u l-kontroll f’dak li għandu x’jaqsam mal-appoġġ speċifiku li għandu jingħata fil-każ tal-implimentazzjoni mhux obbligatorja tal-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

    (8)

    L-applikazzjoni għall-għajnuna lill-produtturi tal-pitravi zokkrija u tal-kannamieli għandu jkun fiha wkoll kopja tal-kuntratt tal-kunsinna msemmi fl-Artikolu 110r tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. F’ċerti każijiet dawn il-kuntratti jkun għadhom mhumiex konklużi sal-aħħar data possibbli li l-Istati Membri jistgħu jiffissaw għat-tressiq tal-applikazzjonijiet. Għalhekk, għandu jkun possibbli li dan it-tagħrif jitressaq f'data iktar tard minn hekk, li għandha tiġi ffissata mill-Istat Membru.

    (9)

    L-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 jinkludi regoli speċjali sabiex ikun hemm dispożizzjoni għall-każ li fih l-aħħar data possibbli għat-tressiq ta’ applikazzjoni għall-għajnuna tkun btala pubblika, jew tkun is-Sibt jew il-Ħadd. L-istess regola għandha tapplika għat-tressiq ta’ emenda għall-applikazzjoni waħdiena skont l-Artikolu 15 ta’ dak ir-Regolament.

    (10)

    L-Artikolu 21a tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 jistabbilixxi r-regoli għas-sehem ta’ applikazzjonijiet li jintbagħtu tard fl-iskema ta’ ħlas uniku. Id-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu applikati fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ ħlas uniku għandhom jiġu aġġornati b’referenzi għall-implimentazzjoni ta’ dik l-iskema fl-Istati Membri l-ġodda. L-Artikolu 56 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprovdi l-aħħar data possibbli li għandha tiġi ffissata mill-Istat Membru għal applikazzjoni sabiex din tieħu sehem fl-iskema ta’ ħlas uniku. F’każ li oqsma ġodda jkunu qed jiġu inklużi fl-iskema ta’ ħlas uniku, ir-regoli fl-Artikolu 21a tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 dwar applikazzjonijiet għall-iskema ta’ ħlas uniku li jintbagħtu tard għandhom japplikaw ukoll fil-każ ta’ applikazzjonijiet tal-bdiewa li jkollhom x’jaqsmu mat-tali oqsma l-ġodda. It-tressiq fil-ħin tal-applikazzjoni biex wieħed jieħu sehem fl-iskema ta’ ħlas uniku hija importanti ferm għal amministrazzjoni effiċjenti. Għalhekk għandha tingħata l-aħħar data possibbli li għandha tiġi ffissata mill-Istati Membri għal applikazzjoni biex wieħed jieħu sehem fl-iskema ta’ ħlas uniku meta jkunu inklużi oqsma ġodda fiha.

    (11)

    Ir-referenza fl-Artikolu 31a tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għall-iskala msemmija fl-Artikolu 110e tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 m’għadhiex tgħodd u għalhekk għandha titħassar.

    (12)

    Parti kbira mill-ħlasijiet relatati maż-żona issa huma diżakkoppjati mill-produzzjoni u jaqgħu fi grupp wieħed t’uċuħ tar-raba’. Għalhekk m’għadhiex meħtieġa verifika dwar kwalunkwe dikjarazzjoni għolja żżejjed li seta’ kien hemm taż-żona ġenerali koperta mill-applikazzjoni unika. B’hekk, jistgħu jiġu ssimplifikati r-regoli dwar it-tnaqqis, wara tali verifika, għal dikjarazzjonii għolja żżejjed taż-żoni.

    (13)

    Sabiex ikunu armonizzati r-regoli bejn il-ħlasijiet relatati maż-żona, il-ħlasijiet għall-annimali u l-ħlasijiet addizzjonali li għandhom x’jaqsmu mal-ibbilanċjar tat-tnaqqis fi żmien tliet snin kalendarji minn wara s-sena kalendarja tas-sejba, għandu japplika t-tħassir tal-bilanċ li jkun għad fadal wara tliet snin għall-ħlasijiet kollha. Barra minn hekk, l-Artikolu 5b tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (6) jipprovdi għal regoli orizzontali sabiex id-dejn li jkun għad fadal ikun ibbilanċjat mal-ħlasijiet tal-ġejjieni. Għalhekk, ir-referenza għal liema ħlasijiet id-dejn jista’ jkun ibbilanċjat magħhom għandha tinbidel b’referenza għal dik id-dispożizzjoni.

    (14)

    It-tagħrif dwar ir-riżultati tal-verifiki tal-kundizzjonalità għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-aġenziji tal-ħlas kollha li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-ħlasijiet differenti suġġetti għar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità sabiex jiġi applikat it-tnaqqis xieraq, f’każ li s-sejbiet ikunu jiġġustifikawh.

    (15)

    Iddaħħlu wkoll regoli ġodda dwar il-modulazzjoni. Minħabba f’hekk, id-dispożizzjonijiet dwar il-ħlasijiet addizzjonali m’għadhomx jgħoddu u għalhekk għandhom jitħassru. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġu aġġornati r-regoli dwar l-ordni tal-applikazzjoni u l-bażi għall-kalkolu tat-tnaqqis differenti, u għandu jiddaħħal it-tnaqqis possibbli b’rispett tal-limiti massimi netti kif ipprovduti fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

    (16)

    Ir-Regolament (KE) Nru 885/2006 jipprovdi regoli dwar l-ibbilanċjar tal-ammonti li jkun għad fadal u dwar il-possibbiltà li wieħed jiddeċiedi li ma jirkuprax ammonti li jkun għad fadal li jkunu ta’ EUR 100 jew anqas. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet ekwivalenti għal dan fir-Regolament (KE) Nru 796/2004 m’għadhomx meħtieġa u għandhom jitħassru.

    (17)

    Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu jiġi emendat skont dan.

    (18)

    Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2009 ’l quddiem. B’hekk, l-emendi li dwarhom hemm dispożizzjoni f’dan ir-Regolament għandhom ikollhom x’jaqsmu ma’ applikazzjonijiet għall-għajnuna marbutin mas-snin jew mal-perjodi tal-primjums li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2009 ’l quddiem. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2009 ’l quddiem.

    (19)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħlasijiet Diretti,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    It-titlu tar-Regolament għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità, tal-modulazzjoni u tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u ta’ verifika li dwarhom hemm dispożizzjoni fir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 73/2009, kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità li dwarha hemm dispożizzjoni fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008”

    (2)

    Fl-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    Il-punt (1) għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “(1)   ‘Raba’ li jinħarat’: għandha tfisser art maħduma sabiex jiġu prodotti l-uċuħ tar-raba’ jewinkella art miżmuma f’qagħda agrikola u ambjentali tajba skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (*) kemm jekk dik l-art tkun bis-serer jew taħt kopertura fissa jew mobbli u kemm jekk le

    (*)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.”"

    (b)

    Il-punt (2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “(2)   ‘Mergħat permanenti’: għandha tfisser art li tintuża sabiex jitkabbar il-ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix b’mod naturali (li jitla’ waħdu) jew permezz ta’ kultivazzjoni (li jkun inżera’) u li ma ġietx inkluża fin-newba tal-uċuh tar-raba’ tal-azjenda għal ħames snin jew aktar, minbarra art li taqa’ fi ħdan l-iskemi għas-serħan tal-artijiet skont l-Artikolu 107(6) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, żoni mserrħin skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/92 (**), żoni mserrħin skont l-Artikoli 22, 23 u 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 (***) u żoni mserrħin skont l-Artikolu 39 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (****);

    (**)  ĠU L 215, 30.7.1992, p. 85."

    (***)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80."

    (****)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.”"

    (3)

    Fl-Artikolu 7(1), il-punt (f) għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “(f)

    it-tip ta’ dritt, b’mod partikulari d-drittijiet suġġetti għal kundizzjonijiet speċjali skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u d-drittijiet allokati skont l-Artikolu 68(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009”;

    (4)

    L-Artikolu 8(1) għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 34(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, medda agrikola li jkun fiha s-siġar għandha titqies bħala żona eliġibbli għall-għanijiet tal-iskemi ta’ għajnuna relatati maż-żona, dejjem jekk l-attivitajiet agrikoli, jew, fejn applikabbli, il-produzzjoni maħsuba, ikunu jistgħu jitwettqu b’mod simili għal dawk fil-meded fl-istess żona li ma jkunx fihomx siġar.”

    (5)

    L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    It-titolu għandu jinbidel bit-test li ġej:

    “Artikolu 10

    Ħlas tal-għajnuna b’rabta mal-verifiki tal-kundizzjonalità”;

    (b)

    Il-Paragrafu 1 għandu jitħassar;

    (6)

    Fl-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “Bidwi li ma japplikax għall-għajnuna taħt xi waħda mill-iskemi ta’ għajnuna relatati maż-żona iżda japplika għall-għajnuna taħt xi skema oħra ta’ għajnuna mniżżla fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jew li japplika għall-appoġġ skont l-Artikoli 11, 12 u 98 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, għandu jressaq formola ta’ applikazzjoni waħdiena, jekk għandu għad-dispożizzjoni tiegħu żona agrikola kif iddefinita fl-Artikolu 2(h) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, li fiha għandu jniżżel dawk iż-żoni skont l-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament.”

    (7)

    L-Artikolu 12 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-paragrafu 1, il-punt (c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “(c)

    l-identifikazzjoni tad-drittijiet għall-ħlas skont is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 7 għall-għanijiet tal-iskema ta’ ħlas uniku;”

    (b)

    Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “2.   Għall-għan tal-identifikazzjoni tad-drittijiet għall-ħlas imsemmija fil-paragrafu 1(c), il-formoli stabbiliti minn qabel imqassma lill-bidwi skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom isemmu l-identifikazzjoni tad-drittijiet għall-ħlas skont is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 7.”;

    (c)

    Fil-paragrafu 3, l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu għandha tinbidel b’dan li ġej:

    “Għall-għan tal-identifikazzjoni tal-meded agrikoli kollha fl-azjenda msemmija fil-paragrafu 1(d), il-formoli stabbiliti minn qabel imqassma lill-bidwi skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom isemmu ż-żona massima eliġibbli għal kull medda ta’ referenza għall-għanijiet tal-iskema ta’ ħlas uniku jew tal-iskema ta’ ħlas uniku skont iż-żona.”

    (8)

    L-Artikolu 13(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “2.   Fil-każ ta’ art imserrħa li tintuża skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 107(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-applikazzjoni waħdiena għandu jkun fiha l-prova meħtieġa skont ir-regoli settorjali applikabbli.”

    (9)

    Fl-Artikolu 14(1), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “L-użi ta’ żona msemmija fl-Artikoli 6(2) u 38 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u dawk imniżżlin fl-Anness VI għal dak ir-Regolament, kif ukoll iż-żoni wżati għall-produzzjoni tal-kittien imkabbar għall-fibra, jew iż-żoni ddikjarati għall-appoġġ speċifiku li dwaru hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, f’każ fejn dawk iż-żoni m’għandhomx għalfejn ikunu ddikjarati skont l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikunu ddikjarati taħt intestatura separata fil-formola tal-applikazzjoni waħdiena.”

    (10)

    Fl-Artikolu 15(2), għandu jitħassar it-tieni subparagrafu.

    (11)

    Fl-Artikolu 17a(2), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kopja tal-kuntratt tal-kunsinna msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu (1) jista’ jintbagħat apparti, sa data iktar tard, iżda li m’għandhiex tkun iktar tard mill-1 ta’ Diċembru tas-sena li fiha tintbagħat l-applikazzjoni.”

    (12)

    L-Artikolu 20 għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 20

    Deroga mid-data aħħarija għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna, tad-dokumenti li jappoġġawha, tal-kuntratti u tad-dikjarazzjonijiet, u l-aħħar data għall-emendi tal-applikazzjoni waħdiena

    B’deroga mill-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 (*****), f’każ li l-aħħar data għat-tressiq ta’ applikazzjoni għall-għajnuna jew ta’ kwalunkwe dokument, kuntratt jew dikjarazzjoni li jappoġġaha taħt dan it-Titolu, jew tal-aħħar data għall-emendi tal-applikazzjoni waħdiena, tkun btala pubblika, jew tkun is-Sibt jew il-Ħadd, din għandha titqies li taqa’ fl-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss.

    L-ewwel paragrafu għandu japplika wkoll għall-applikazzjonijiet mill-bdiewa għall-iskema ta’ ħlas uniku skont l-Artikolu 56 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

    (*****)  ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1.”;"

    (13)

    L-Artikolu 21a għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “Mingħajr ħsara għall-każijiet ta’ forza maġġuri u għaċ-ċirkustanzi eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 56(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, u b’deroga mill-Artikolu 21 ta’ dan ir-Regolament, fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ ħlas uniku skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, f’każ fejn, fl-Istat Membru kkonċernat, applikazzjoni għall-allokazzjoni tad-drittijiet skont l-Artikolu 56(1) ta’ dak ir-Regolament u l-applikazzjoni waħdiena għal dik is-sena jridu jitressqu flimkien mill-bidwi u f’każ fejn il-bidwi jressaq dawk l-applikazzjonijiet wara l-limitu ta’ żmien rilevanti, għandu jiġi applikat tnaqqis ta’ 4 % għal kull jum tax-xogħol fuq l-ammonti li għandhom jitħallsu matul dik is-sena f’dak li għandu x’jaqsam mad-drittijiet għall-ħlas li għandhom jiġu allokati lill-bidwi.”;

    (b)

    Fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “F’dak il-każ, mingħajr ħsara għall-każijiet ta’ forza maġġuri u għaċ-ċirkustanzi eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 56(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, it-tressiq ta’ applikazzjoni għall-iskema ta’ ħlas uniku skont dak l-Artikolu wara l-limitu ta’ żmien rilevanti għandha twassal għal tnaqqis ta’ 3 % għal kull jum tax-xogħol fuq l-ammonti li għandhom jitħallsu matul l-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ ħlas uniku f’dak li għandu x’jaqsam mad-drittijiet għall-ħlas li għandhom jiġu allokati lill-bidwi.”

    (c)

    Fil-paragrafu 3 għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “L-applikazzjoni biex wieħed jieħu sehem imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandha titressaq sa data li għandha tiġi ffissata mill-Istat Membru u li m’għandhiex tkun iktar tard mill-15 ta’ Mejju tas-sena kkonċernata.”

    (14)

    Fl-Artikolu 24(1), il-punt (d) għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “(d)

    bejn id-drittijiet għall-ħlas u ż-żona stabbilita sabiex jiġi vverifikat li d-drittijiet ikunu akkumpanjati b’għadd indaqs ta’ ettari eliġibbli kif iddefinit fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;”

    (15)

    L-Artikolu 31a għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 31a

    Verifiki fuq il-post f’organizzazzjonijiet intersettorjali approvati

    Il-verifiki fuq il-post f’organizzazzjonijiet intersettorjali approvati fil-qafas tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna taħt il-ħlas speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ tal-qoton li dwaru hemm dispożizzjoni fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom jivverifikaw li dawk l-organizzazzjonijiet jirrispettaw il-kriterji għall-approvazzjoni tagħhom, u l-lista tal-membri tagħhom.”

    (16)

    Fl-Artikolu 38, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b’dan li ġej:

    “F’dak li għandu x’jaqsam mal-ħlas addizzjonali li għandu jingħata għal tipi speċifiċi ta’ biedja jew għall-produzzjoni ta’ kwalità kif ipprovdut fl-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, jew mal-appoġġ speċifiku pprovdut fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Istati Membri għandhom, fejn ikun xieraq, japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu.”

    (17)

    Fl-Artikolu 49(2), għandu jitħassar it-tieni subparagrafu.

    (18)

    Fl-Artikolu 50, għandu jitħassar il-paragrafu 4.

    (19)

    L-Artikolu 51 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “1.   Jekk, għal grupp ta’ uċuħ tar-raba’, iż-żona ddikjarata għall-għanijiet ta’ kwalunkwe skema ta’ għajnuna relatata maż-żona, ħlief għal dawk għal-lamtu tal-patata, għaż-żrieragħ u għat-tabakk kif ipprovdut fit-Taqsimiet 2 u 5 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u fil-Kapitolu 10c tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, tkun taqbeż iż-żona stabbilita skont l-Artikolu 50(3) u (5) ta’ dan ir-Regolament, l-għajnuna għandha tiġi kkalkulata abbażi taż-żona stabbilita mnaqqsa bid-doppju tad-differenza misjuba jekk dik id-differenza tkun ta’ iktar minn 3 % jew minn żewġ ettari, iżda ma tkunx taqbeż l-20 % taż-żona stabbilita.

    Jekk id-differenza tkun ta’ iktar minn 20 % taż-żona stabbilita, ma għandha tingħata l-ebda għajnuna marbuta maż-żona għall-grupp ta’ uċuħ tar-raba’ kkonċernat.

    Jekk id-differenza tkun ta’ iktar minn 50 %, il-bidwi għandu għal darb’oħra jiġi eskluż milli jirċievi għajnuna sa ammont daqs l-ammont li jikkorrispondi mad-differenza bejn iż-żona ddikjarata u dik stabbilita skont l-Artikolu 50(3) u (5) ta’ dan ir-Regolament. Dak l-ammont għandu jkun ibbilanċjat skont l-Artikolu 5(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 (******). Jekk l-ammont ma jkunx jista’ jiġi bbilanċjat kollu skont dak l-Artikolu matul it-tliet snin kalendarji ta’ wara s-sena kalendarja tas-sejba, il-bilanċ li jkun għad fadal għandu jitħassar.

    (******)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 9”;"

    (b)

    Il-paragrafu 2 għandu jitħassar.

    (c)

    Il-paragrafu 2a għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “2a.   Jekk bidwi jiddikjara aktar żona milli drittijiet għall-ħlas u ż-żona ddikjarata tkun tissodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha tal-eliġibbiltà, it-tnaqqis jew l-esklużjonijiet li dwarhom hemm dispożizzjoni fil-paragrafu 1 m’għandhomx japplikaw.

    Jekk bidwi jiddikjara aktar żona milli drittijiet għall-ħlas u ż-żona ddikjarata ma tkunx tissodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha tal-eliġibbiltà, id-differenza msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun id-differenza bejn iż-żona li tkun tissodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha tal-eliġibbiltà u l-ammont tad-drittijiet għall-ħlas iddikjarat.”

    (d)

    Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “3.   Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, f’każ fejn bidwi li japplika għall-għajnuna għal uċuħ tar-raba’ tal-enerġija skont l-Artikolu 88 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew fejn jiddikjara meded bħala mserrħin skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 107(3) ta’ dak ir-Regolament jonqos milli jwassal il-kwantità meħtieġa ta’ xi materja prima partikulari, huwa għandu jitqies li jkun naqas milli jħares l-obbligu tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam mal-meded maħsubin għall-għanijiet tal-enerġija jew imserrħin, rispettivament, għal żona kkalkulata billi ż-żona tal-art maħduma u wżata minnu għall-produzzjoni tal-materja prima tiġi mmultiplikata bil-perċentwal ta’ twassil anqas ta’ dik il-materja prima.”;

    (20)

    Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 52(3), it-tieni u t-tielet sentenzi għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

    “Dak l-ammont għandu jkun ibbilanċjat skont l-Artikolu 5(b) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006. Jekk l-ammont ma jkunx jista’ jiġi bbilanċjat kollu skont dak l-Artikolu matul it-tliet snin kalendarji ta’ wara s-sena kalendarja tas-sejba, il-bilanċ li jkun għad fadal għandu jitħassar.”;

    (21)

    Fl-Artikolu 53, l-ewwel u t-tieni paragrafi għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

    “Fejn id-differenzi bejn iż-żona ddikjarata u ż-żona stabbilita skont l-Artikolu 50(3) u (5) jkunu ġejjin minn irregolaritajiet imwettqin bi ħsieb, l-għajnuna li l-bidwi kien ikollu dritt għaliha skont l-Artikolu 50(3) u (5) m’għandhiex tingħata għas-sena kalendarja kkonċernata taħt l-iskema ta’ għajnuna kkonċernata jekk dik id-differenza tkun ta’ iżjed minn 0.5 % taż-żona stabbilita jew ta’ iktar minn ettaru wieħed.

    Barra minn hekk, f’każ fejn dik id-differenza tkun ta’ iktar minn 20 % taż-żona stabbilita, il-bidwi għandu għal darb’oħra jiġi eskluż milli jirċievi għajnuna sa ammont daqs l-ammont li jikkorrispondi mad-differenza bejn iż-żona ddikjarata u dik stabbilita skont l-Artikolu 50(3) u (5). Dak l-ammont għandu jkun ibbilanċjat skont l-Artikolu 5(b) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006. Jekk l-ammont ma jkunx jista’ jiġi bbilanċjat kollu skont dak l-Artikolu matul it-tliet snin kalendarji ta’ wara s-sena kalendarja tas-sejba, il-bilanċ li jkun għad fadal għandu jitħassar.”;

    (22)

    L-Artikolu 59 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    Fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2, it-tieni u t-tielet sentenzi għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

    “Dak l-ammont għandu jkun ibbilanċjat skont l-Artikolu 5(b) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006. Jekk l-ammont ma jkunx jista’ jiġi bbilanċjat kollu skont dak l-Artikolu matul it-tliet snin kalendarji ta’ wara s-sena kalendarja tas-sejba, il-bilanċ li jkun għad fadal għandu jitħassar.”;

    (b)

    Fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4, it-tieni u t-tielet sentenzi għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

    “Dak l-ammont għandu jkun ibbilanċjat skont l-Artikolu 5(b) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006. Jekk l-ammont ma jkunx jista’ jiġi bbilanċjat kollu skont dak l-Artikolu matul it-tliet snin kalendarji ta’ wara s-sena kalendarja tas-sejba, il-bilanċ li jkun għad fadal għandu jitħassar.”;

    (23)

    Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 60(6), it-tieni sentenza għandha tinbidel bit-tieni u t-tielet sentenzi li ġejjin:

    “Dak l-ammont għandu jkun ibbilanċjat skont l-Artikolu 5(b) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006. Jekk l-ammont ma jkunx jista’ jiġi bbilanċjat kollu skont dak l-Artikolu matul it-tliet snin kalendarji ta’ wara s-sena kalendarja tas-sejba, il-bilanċ li jkun għad fadal għandu jitħassar.”;

    (24)

    L-Artikolu 63 għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 63

    Is-sejbiet b’rabta mal-ħlas addizzjonali

    F’dak li għandu x’jaqsam mal-ħlas addizzjonali li għandu jingħata għal tipi speċifiċi ta’ biedja jew għall-produzzjoni ta’ kwalità kif ipprovdut fl-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, jew mal-appoġġ speċifiku pprovdut fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għat-tnaqqis u għall-esklużjonijiet li, fis-sustanza, għandhom ikunu daqs dawk li dwarhom hemm dispożizzjoni f’dan it-Titolu. F’każ li jingħataw ħlasijiet relatati maż-żona jewinkella ħlasijiet għall-bhejjem, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Parti mutatis mutandis.”

    (25)

    Fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 64, it-tielet sentenza għandha tinbidel bit-tielet u r-raba’ sentenzi li ġejjin:

    “Ammont daqs l-ammont kopert mill-applikazzjoni li tkun ġiet miċħuda għandu jkun ibbilanċjat skont l-Artikolu 5(b) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006. Jekk l-ammont ma jkunx jista’ jiġi bbilanċjat kollu skont dak l-Artikolu matul it-tliet snin kalendarji ta’ wara s-sena kalendarja tas-sejba, il-bilanċ li jkun għad fadal għandu jitħassar.”

    (26)

    L-Artikolu 65(3) għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “3.   F’każ fejn ikun hemm iktar minn Aġenzija tal-Ħlas waħda responsabbli għall-ġestjoni tal-iskemi differenti tal-pagamenti [ħlasijiet] diretti kif iddefiniti fl-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u tal-pagamenti [ħlasijiet] imsemmija fl-Artikoli 11, 12 u 98 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li jkun hemm applikazzjoni xierqa tad-dispożizzjonijiet skont dan il-Kapitolu, b’mod partikulari dik li rata waħda ta’ tnaqqis hija applikata għall-ħlasijiet diretti u għall-ammonti kollha stabbiliti skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 66(1) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 67(1).

    F’każ fejn, għal bidwi partikulari, ikun hemm iktar minn Aġenzija tal-Ħlas waħda responsabbli għall-ġestjoni tal-pagamenti [ħlasijiet] differenti kif iddefiniti fl-Artikolu 36(a)(i) sa (v) u (b)(i), (iv) u (v) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u fl-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u kif imsemmija fl-Artikoli 11, 12 u 98 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aġenzijii tal-ħlas kollha involuti f’dawk il-ħlasijiet ikunu mgħarrfa bin-nuqqasijiet ta’ konformità stabbiliti, u fejn xieraq, bit-tnaqqis u bl-esklużjonijiet li jikkorrispondu magħhom.”

    (27)

    Fl-Artikolu 71(1), il-punt (b) għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “(b)

    it-tnaqqis u l-esklużjonijiet skont il-Kapitolu II tat-Titolu IV għandhom jiġu applikati għall-ammont totali tal-ħlasijiet li għandhom jingħataw taħt l-iskema ta’ ħlas uniku, l-iskema ta’ ħlas uniku skont iż-żona, u kwalunkwe skema oħra tal-għajnuna li ma tkunx suġġetta għat-tnaqqis jew għall-esklużjonijiet imsemmija fil-punt (a).”

    (28)

    L-Artikolu 71a għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    It-titolu għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 71a

    L-applikazzjoni ta’ tnaqqis għal kull skema ta’ appoġġ”

    (b)

    Il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “(a)

    it-tnaqqis jew l-esklużjonijiet li dwarhom hemm dispożizzjoni fil-Kapitolu I tat-Titolu IV għandhom jiġu applikati għall-irregolaritajiet;”

    (ii)

    il-punti (e) u (f) għandhom jitħassru.

    (29)

    Wara l-Artikolu 71a għandu jiddaħħal l-Artikolu 71b li ġej:

    “Artikolu 71b

    Il-bażi għall-kalkolu tat-tnaqqis minħabba l-modulazzjoni, id-dixxiplina finanzjarja u l-kundizzjonalità

    1.   It-tnaqqis minħabba l-modulazzjoni li dwaru hemm dispożizzjoni fl-Artikoli 7 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u, skont il-każ, fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 (*******), kif ukoll it-tnaqqis minħabba d-dixxiplina finanzjarja li dwaru hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u t-tnaqqis li dwaru hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 8(1) ta’ dak ir-Regolament, għandu jiġi applikat għat-total tal-ħlasijiet mill-iskemi ta’ appoġġ differenti mniżżlin fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 li kull bidwi għandu dritt għalihom, skont il-proċedura li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 71a ta’ dan ir-Regolament.

    2.   L-ammont tal-ħlas li jirriżulta meta jiġi applikat il-paragrafu 1 għandu jservi bħala l-bażi għall-kalkolu ta’ kwalunkwe tnaqqis li għandu jiġi applikat għan-nuqqas ta’ rispett tal-kundizzjonalità skont il-Kapitolu II tat-Titolu IV ta’ dan ir-Regolament.

    (*******)  ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1.”"

    (30)

    Fl-Artikolu 73, il-paragrafi 2 u 8 għandhom jitħassru.

    (31)

    Fl-Artikolu 78, l-ewwel paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “Il-prinċipju tal-allokazzjoni tal-ammonti li jikkorrispondu mal-erba’ punti perċentwali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu jiġi kkompilat billi jittieħdu l-ishma tal-Istati Membri fiż-żona agrikola u fl-impjieg agrikolu, ppeżati b’65 % u b’35 % rispettivament.”

    (32)

    L-Artikolu 79 għandu jitħassar.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna marbutin mas-snin jew mal-perjodi tal-primjums li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2009 ’l quddiem.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Mejju 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

    (2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.

    (3)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18.

    (4)  ĠU L 345, 20.11.2004, p. 1.

    (5)  ĠU L 100, 18.4.2009, p. 3.

    (6)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90.


    Top