Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0378

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2009 tat- 8 ta' Mejju 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid ta' preparazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi bħala addittiv tal-għalf għall-fenkiet għat-trobbija (detentur tal-awtorizzazzjoni Rubinum S.A.) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 116, 9.5.2009, p. 3–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/09/2015; Imħassar b' 32015R1399

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/378/oj

    9.5.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 116/3


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 378/2009

    tat-8 ta' Mejju 2009

    li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid ta' preparazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi bħala addittiv tal-għalf għall-fenkiet għat-trobbija (detentur tal-awtorizzazzjoni Rubinum S.A.)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

    (2)

    Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ma' dan ir-Regolament. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (3)

    L-applikazzjoni hija dwar awtorizzazzjoni għal użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ mikroorganiżmu Bacillus cereus var. toyoi NCIMB 40112/CNCM I-1012 bħala addittiv tal-għalf għall-fenkiet tat-trobbija, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija ta' addittivi “addittivi żootekniċi”.

    (4)

    L-użu ta’ din il-preparazzjoni ta’ mikroorganiżmu ġie awtorizzat b’mod permanenti għall-ħnieżer żgħar taħt ix-xahrejn u għall-ħnieżer nisa bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 256/2002 (2), għall-ħnieżer żgħar u ħnieżer għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1453/2004 (3), għall-bhejjem tal-ifrat għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 255/2005 (4), għall-fniek għat-tismin u t-tiġieġ għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 (5), għall-ħnieżer żgħar (ta' xahrejn) u ħnieżer nisa bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1143/2007 (6) u għal għaxar snin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 166/2008 (7) għad-dundjani għat-tismin.

    (5)

    Tressqet dejta ġdida bħala sostenn tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-fenkiet għat-trobbija. L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tad-9 ta’ Diċembru 2008 li l-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu Bacillus cereus var. toyoi NCIMB 40112/CNCM I-1012 ma għandhiex effett mhux mixtieq fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent (8). Skont din l-opinjoni, l-użu ta' din il-preparazzjoni hija sigura għal din il-kategorija addizzjonali ta' annimali u għandha benefiċċji sinifikanti fir-rigward tal-produttività ġenerali u t-tnaqqis ta' mortalità tal-frieħ matul it-treddiegħ. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (6)

    Il-valutazzjoni ta' din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Mejju 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  ĠU L 41, 13.2.2002, p. 6.

    (3)  ĠU L 269, 17.8.2004, p. 3.

    (4)  ĠU L 45, 16.2.2005, p. 3.

    (5)  ĠU L 195, 27.7.2005, p. 6.

    (6)  ĠU L 256, 2.10.2007, p. 23.

    (7)  ĠU L 50, 23.2.2008, p. 11.

    (8)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2008) 913, 1-13.


    ANNESS

    Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

    Speċi jew kategorija tal-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

    CFU/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

    Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana.

    4b1701

    Rubinum S. A.

    Bacillus cereus var. toyoi

    NCIMB 40112/CNCM I-1012

     

    Kompożizzjoni tal-addittiv:

    Preparazzjoni ta’ Bacillus cereus var. toyoi li fiha minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g addittiv

     

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

    Bacillus cereus var. toyoi

    NCIMB 40112/CNCM I-1012

     

    Metodu analitiku (1):

    Enumerazzjoni: metodu bi pjanci ta' tifrix bl-użu ta' tryptone soya agar bi trattament ta’ tisħin minn qabel ta’ kampjuni tal-għalf u identifikazzjoni: pulsed field gel electrophoresis (PFGE)

    Fenkiet għat-trobbija

    0,2 × 109

    1 × 109

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandhom jinħażnu, kemm jistgħu jdumu maħżuna u l-istabbiltà għall-pelleting.

    2.

    Għas-sigurtà: għandhom jintużaw nuċċalijiet u ingwanti matul l-immaniġġjar.

    3.

    Jista’ jintuża f’għalf kompost li fih il-coccidiostat permess: robenidine.

    4.

    Għall-użu fil-fniek nisa għat-trobbija mit-twelid sa tmiem il-perjodu ta' fatam.

    29 ta’ Mejju 2019


    (1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza Komunitarju li ġej: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


    Top