This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0371
Council Regulation (EC) No 371/2009 of 27 November 2008 amending Regulation (Euratom, ECSC, EEC) No 549/69 determining the categories of officials and other servants of the European Communities to whom the provisions of Article 12, the second paragraph of Article 13 and Article 14 of the Protocol on the Privileges and Immunities of the Communities apply
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 371/2009 tas- 27 ta’ Novembru 2008 li jemenda r-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 li jistabbilixxi l-kategoriji ta’ uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12, it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 371/2009 tas- 27 ta’ Novembru 2008 li jemenda r-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 li jistabbilixxi l-kategoriji ta’ uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12, it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw
ĠU L 121, 15.5.2009, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
15.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 121/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 371/2009
tas-27 ta’ Novembru 2008
li jemenda r-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 li jistabbilixxi l-kategoriji ta’ uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12, it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 291 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (2),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti ta’ l-Awdituri (3),
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2009/371/JHA tal-Kunsill, ta’ 6 ta’ April 2009, li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizika (Europol) (4), il-persunal tal-Europol jista’ jipparteċipa fi rwol ta’ appoġġ fl-iskwadri konġunti ta’ investigazzjoni maħluqa minn żewġ Stati Membri jew iżjed, u fuq l-inizjattiva ta’ dawn l-Istati Membri, sakemm dawn l-iskwadri jkunu qed jinvestigaw reati kriminali li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Europol. Dawn l-iskwadri konġunti ta’ investigazzjoni huma mmexxija minn kap ta’ l-iskwadra li jirrappreżenta l-awtorità kompetenti li tkun qed tipparteċipa fl-investigazzjonijiet kriminali tal-Istat Membru li fih topera l-iskwadra. Matul l-operat ta’ skwadra konġunta ta’ investigazzjoni, il-persunal tal-Europol għandu, fir-rigward tar-reati mwettqa kontrihom jew minnhom, ikunu suġġetti għal-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru ta’ l-operazzjoni applikabbli għal persuni b’funzjonijiet komparabbli. |
(2) |
Meta l-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni tal-EUROPOL introduċa l-possibbiltà li l-uffiċjali tal-Europol jipparteċipaw fl-iskwadri konġunti ta’ investigazzjoni (5), tqies li, fid-dawl ta’ l-ispeċifiċitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ l-uffiċjali tal-EUROPOL fl-iskwadri konġunti ta’ investigazzjoni maħluqa mill-Istati Membri fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet kriminali li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Europol, l-uffiċjali tal-EUROPOL m’għandhomx igawdu l-immunità mill-proċedimenti legali fir-rigward ta’ l-atti uffiċjali mwettqa waqt il-parteċipazzjoni f’dawn l-iskwadri. |
(3) |
Il-privileġġi u l-immunitajiet li l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej jagħti, biss fl-interessi tal-Komunitajiet, lill-uffiċjali u lill-aġenti tagħhom, għandhom natura purament funzjonali, fis-sens li huma maħsuba biex jevitaw kull interferenza mal-funzjonament u l-indipendenza tal-Komunitajiet. Billi d-Deċiżjoni 2009/371/JHA ma tibdilx l-ispeċifiċitajiet tal-parteċipazzjoni tal-persunal tal-Europol fl-iskwadri konġunti ta’ investigazzjoni, l-adozzjoni tagħha m’għandhiex testendi l-immunità mill-proċedimenti legali għall-persunal tal-Europol li jkun qed jipparteċipa f’dawn l-iskwadri. Għaldaqstant, ir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 (6) għandu jiġi emendat sabiex jiġi ċċarat, fil-kuntest ta’ dik id-Deċiżjoni, u esklussivament għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tagħha, l-ambitu ta’ l-immunità tal-persunal tal-Europol li jkun għad-dispożizzjoni ta’ skwadra konġunta ta’ investigazzjoni, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal fir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69:
“Artikolu 1a
L-Artikolu 12(a) tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet m’għandux japplika għall-persunal tal-Europol li jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ skwadra konġunta ta’ investigazzjoni fir-rigward ta’ atti uffiċjali li jkun meħtieġ li jsiru fi twettiq ta’ l-inkarigi stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/JHA ta’ 6 ta’ April 2009li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (*).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ALLIOT-MARIE
(1) L-Opinjoni tat-23 ta’ Settembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) L-Opinjoni tal-11 ta’ Ġunju 2008.
(3) L-Opinjoni tas-17 ta’ Lulju 2008.
(4) Ara l-paġna 37 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(5) ĠU C 312, 16.12.2002, p. 1.