This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0367
Commission Regulation (EC) No 367/2009 of 5 May 2009 entering a name in the register of protected designations of origin and protected geographical indications (Znojemské pivo (PGI))
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 367/2009 tal- 5 ta’ Mejju 2009 li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Znojemské pivo (IĠP))
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 367/2009 tal- 5 ta’ Mejju 2009 li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Znojemské pivo (IĠP))
ĠU L 112, 6.5.2009, pp. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
6.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 112/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 367/2009
tal-5 ta’ Mejju 2009
li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Znojemské pivo (IĠP))
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 6(2), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mressqa mir-Repubblika Ċeka għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Znojemské pivo” kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tkun irreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 510/2006:
Klassi 2.1. Birer
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
Znojemské pivo (IĠP)