Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0332

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 332/2009 tat- 23 ta’ April 2009 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa tad-Dwana.

    ĠU L 104, 24.4.2009, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/332/oj

    24.4.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 104/3


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 332/2009

    tat-23 ta’ April 2009

    li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa tad-Dwana.

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li ġie kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) (a) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Għall-klassifikazzjoni ta' xi prodotti li jaqgħu fi ħdan l-intestatura 1905 tan-Nomenklatura Maqgħuda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, għandha ssir distinzjoni bejn, fuq naħa, il-prodotti bis-sottointestatura 1905 90 20 u, fuq in-naħa l-oħra, preparazzjonijiet li ġew ikklassifikati taħt is-sottointestatura 1905 90 90.

    (2)

    Skont in-Noti ta' Spjegazzjoni dwar is-Sistema Armonizzata għall-intestatura 1905, il-punt (B), din l-intestatura tkopri numru ta' prodotti magħmulin mid-dqiq jew pejsts tal-lamtu, moħmija f'forma tonda jew f'folji.

    (3)

    L-ebda definizzjoni ma ngħatat għal “prodotti simili” inklużi taħt is-sottointestatura 1905 90 20.

    (4)

    Kien hemm xi problemi fir-rigward il-klassifikazzjoni tal-prodotti magħrufin bħala “folji tal-għaġina” peress illi l-ebda kriterju ma ġie definit biex issir distinzjoni bejn il-prodotti li jaqgħu taħt is-sottointestaturi 1905 90 20 u 1905 90 90

    (5)

    Għalhekk huwa xieraq li tiżdied nota addizzjonali f'Kapitolu 19 li tistabbilixxi li s-sottointestatura 1905 90 20 tkopri biss prodotti nixfin u li jitfarku malajr.

    (6)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (7)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fil-Kapitolu 19 tan-Nomenklatura Maqgħuda mehumuża mar-Regolament (KEE) Nru 2568/87 għandha tiżdied in-nota addizzjonali li ġejja:

    “3.

    3 is-Sottointestatura 1905 90 20 tkopri biss prodotti nixfin u li jitfarku malajr”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ wara għoxrin jum mil-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 23 ta’ April 2009.

    Għall-Kummissjoni

    László KOVÁCS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.


    Top