EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0323

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 323/2009 tal- 20 ta’ April 2009 li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Wielkopolski ser smażony (IĠP), Budapesti téliszalámi (IĠP))

ĠU L 101, 21.4.2009, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/323/oj

21.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 323/2009

tal-20 ta’ April 2009

li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Wielkopolski ser smażony (IĠP), Budapesti téliszalámi (IĠP))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1) [traduzzjoni mhux uffiċjali], u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mressqa mill-Polonja għall-introduzzjoni tad-denominazzjoni “Wielkopolski ser smażony” u t-talba tal-Ungerija għall-introduzzjoni tad-denominazzjoni “Budapesti téliszalámi” ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom ikunu rreġistrati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjonijiet li jidhru fl-Anness għal dan ir-Regolament huma b’dan irreġistrati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 202, 8.8.2008, p. 23 (Wielkopolski ser smażony), ĠU C 206, 13.8.2008, p. 16 (Budapesti téliszalámi).


ANNESS

Prodotti agrikoli għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.2.   Prodotti abbażi tal-laħam (imsajjar, immellaħ, iffumigat, eċċ.)

L-UNGERIJA

Budapesti téliszalámi (IĠP)

Klassi 1.3.   Ġobnijiet

IL-POLONJA

Wielkopolski ser smażony (IĠP)


Top