EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0302

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 tas- 6 ta’ April 2009 li jistabbilixxi pjan multi-annwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemeda r-Regolament (KE) Nru 43/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1559/2007

ĠU L 96, 15.4.2009, p. 1–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/10/2016; Imħassar b' 32016R1627

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/302/oj

15.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 96/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 302/2009

tas-6 ta’ April 2009

li jistabbilixxi pjan multi-annwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemeda r-Regolament (KE) Nru 43/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1559/2007

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Komunità ilha Parti Kontraenti tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) mill-14 ta’ Novembru 1997 (2) (minn issa “il-Konvenzjoni”).

(2)

Fis-16-il Laqgħa Speċjali tagħha f’Novembru 2008, il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) adottat ir-Rakkomandazzjoni [08-05] sabiex jiġi stabbilit pjan ta’ rkupru ġdid għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran li jintemm fl-2022 u jieħu post il-pjan ta’ rkupru adottat fl-2006.

(3)

Sabiex jinbena l-istokk mill-ġdid, il-pjan ta’ rkupru ICCAT jipprovdi għal tnaqqis gradwali tal-livell tal-qabda totali permessa mill-2007 sal-2011, restrizzjonijiet fuq is-sajd f’ċerti żoni u ċerti perjodi ta’ żmien, daqs minimu ġdid għat-tonn, miżuri dwar attivitajiet ta’ sajd sportivi jew rikreattivi, miżuri li jindirizzaw il-kapaċità tas-sajd u tat-tkabbir kif ukoll miżuri ta’ kontroll imsaħħa u l-implimentazzjoni tal-Iskema tal-ICCAT ta’ spezzjoni internazzjonali konġunta sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-pjan ta’ rkupru.

(4)

Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi implimentat il-pjan ta’ rkupru l-ġdid tal-ICCAT bis-saħħa ta’ Regolament li jistabbilixxi pjan ta’ rkupru kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tat-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (3), li għandu jidħol fis-seħħ qabel il-bidu tal-istaġun ewlieni tas-sajd.

(5)

Il-pjan tal-irkupru tal-ICCAT tal-2006 ġie inkorporat fil-liġi Komunitarja bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1559/2007 tas-17 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi pjan multi-annwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran (4). L-adozzjoni mill-ICCAT ta’ pjan ta’ rkupru ġdid għat-tonn teħtieġ l-emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2000, ir-revoka tar-Regolament (KE) Nru 1559/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (5), u s-sostituzzjoni tiegħu b’dan ir-Regolament.

(6)

Fid-dawl tal-urġenza tal-każ, huwa importanti li tiġi permessa eċċezzjoni għall-perjodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu 1(3) tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Siġġett, ambitu u għan

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni mill-Komunità ta’ pjan multi-annwali għall-irkupru tat-tonn (Thunnus thynnus) rakkomandat mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT).

Dan ir-Regolament għandu japplika għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.

L-għan ta’ dak il-pjan ta’ rkupru għandu jkun li tinkiseb bijomassa li tikkorrispondi mar-rendiment massimu sostenibbli b’aktar minn 50 % probabbiltà.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:

(a)

“PKK” tfisser Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni u Partijiet Mhux-Kontraenti f’Koperazzjoni, Entitajiet, jew Entitajiet tas-Sajd;

(b)

“bastiment tas-sajd” tfisser kwalunkwe bastiment użat jew intiż għall-użu għall-finijiet tal-isfruttament kummerċjali ta’ riżorsi tat-tonn, inklużi bastimenti għall-qbid, bastimenti għall-ipproċessar tal-ħut, vapuri ta’ appoġġ, bastimenti tal-irmunkar, bastimenti involuti fit-trażbord u bastimenti ta’ trasport mgħammra għat-trasportazzjoni tal-prodotti tat-tonn, u bastimenti awżiljari, minbarra bastimenti kontenituri;

(ċ)

“bastiment tal-qbid” tfisser kull bastiment użat għall-għanijiet tal-qbid kummerċjali ta’ riżorsi tat-tonn;

(d)

“bastiment awżiljarju” tfisser kull bastiment użat għat-trasport ta’ tonn mejjet (mhux ipproċessat) minn gaġġa għal port innominat;

(e)

“bastiment għall-ipproċessar” tfisser bastiment li fuqu prodotti tas-sajd huma soġġetti għal waħda jew aktar mill-operazzjonijiet li ġejjin, qabel l-ippakkjar tagħhom: tqattigħ fi fletti jew flieli, friżar u/jew proċessar;

(f)

“sajd attiv” tfisser, għal kull bastiment tal-qbid, il-fatt li joħroġ għat-tonn tul staġun tas-sajd partikolari;

(g)

“operazzjoni konġunta tas-sajd” tfisser kull operazzjoni bejn żewġ bastimenti tal-qbid jew aktar li jtajru l-bandiera ta’ PKK differenti jew ta’ Stati Membri differenti jew tal-istess Stat Membru fejn il-qabda ta’ bastiment tal-qbid individwali hija attribwita lil bastiment tal-qbid ieħor wieħed jew aktar skont kodiċi ta’ allokazzjoni;

(h)

“attivitajiet ta’ trasferiment” tfisser:

(i)

kull trasferiment ta’ tonn ħaj mix-xibka jew minn nassa tal-bastiment tal-qbid għall-ġagga tat-trasport;

(ii)

kull trasferiment ta’ tonn ħaj mill-gaġġa tat-trasport għal gaġġa tat-trasport oħra;

(iii)

kull trasferiment ta’ tonn mejjet mix-xibka jew mill-gaġġa tat-trasport tal-bastiment għal bastiment awżiljarju;

(iv)

kull trasferiment minn razzett tat-tonn jew nassa għat-tonn għal bastiment tal-ipproċessar, bastiment tat-trasport jew għall-art;

(v)

kull trasferiment ta’ gaġġa tat-trasport minn bastiment tal-irmonk għal bastiment tal-irmonk ieħor.

(i)

“nassa tat-tonn” tfisser irkaptu fiss ankrat mal-qiegħ, li s-soltu jkollu xibka li tiggwida l-ħut għal ġo magħlaq;

(j)

“tqegħid fil-gaġeġ” tfisser kull trasferiment ta’ tonn ħaj mill-gaġġa tat-trasport għall-gaġeġ tat-tismin u tat-tkabbir;

(k)

“tismin” tfisser it-tqegħid fil-gaġeg ta’ tonn għal perjodu qasir (ġeneralment xahrejn sa sitt xhur) li jimmira l-aktar li jżid il-kontenut ta’ xaħam tal-ħut;

(l)

“trobbija” tfisser it-tqegħid fil-gaġeġ tat-tonn għal perjodu itwal minn sena, li jimmira li jżid il-bijomassa totali;

(m)

“trażbord” tfisser il-ħatt tal-ħut kollu jew kwalunkwe ħut abbord bastiment tas-sajd għal fuq bastiment ieħor tas-sajd;

(n)

“sajd sportiv” tfisser sajd mhux kummerċjali li l-parteċipanti tiegħu huma parti minn organizzazzjoni sportiva nazzjonali jew ingħataw liċenzja sportiva nazzjonali;

(o)

“sajd rikreattiv” tfisser sajd mhux kummerċjali li l-parteċipanti tiegħu ma humiex parti minn organizzazzjoni sportiva nazzjonali jew li ma ngħatawx liċenzja sportiva nazzjonali;

(p)

“Task II” tfisser Task II kif definit mill-ICCAT fil-“Field manual for statistics and sampling Atlantic tunas and tuna-like fish” (“Manwal tal-qasam għall-istatistika u t-teħid ta’ kampjuni tat-tonn tal-Atlantiku u ħut li jixbaħ lit-tonn”) (It-tielet edizzjoni, ICCAT, 1990).

Artikolu 3

Tul tal-bastimenti

It-tul tal-bastimenti imsemmija f’dan ir-Regolament għandu jinftiehem bħala t-tul kumplessiv.

KAPITOLU II

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD

Artikolu 4

Kundizzjonijiet assoċjati mal-opportunitajiet tas-sajd

1.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-isforz tas-sajd tal-bastimenti tal-qbid tiegħu u n-nases tiegħu huma proporzjonati għall-opportunitajiet tas-sajd għat-tonn disponibbli għal dak l-Istat Membru fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.

2.   Kull Stat Membru għandu jfassal pjan tas-sajd annwali għall-bastimenti tal-qbid u n-nases tas-sajd għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.

3.   Il-pjan ta’ sajd annwali għandu jidentifika partikolarment:

(a)

il-bastimenti tal-qbid ta’ aktar minn 24 m inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 14 u l-kwota individwali allokata għalihom u l-metodu użat sabiex tiġi allokata l-kwota kif ukoll il-kejl sabiex jiġi assigurat li tiġi osservata l-kwota individwali;

(b)

għall-bastimenti tal-qbid li huma inqas minn 24 m u għan-nases, mill-inqas il-kwota allokata lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew gruppi ta’ bastimenti bi rkpatu simili.

4.   Mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, il-pjan tas-sajd annwali għandu jintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea (minn issa “il-Kummissjoni”). Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik id-dejta lill-ICCAT sal-1 ta’ Marzu ta’ kull sena.

5.   Kwalunkwe modifika sussegwenti għall-pjan annwali tas-sajd jew għall-metodu speċifiku biex tiġi amministrata l-kwota allokata għandha tintbagħat lill-Kummissjoni mill-anqas 13-il jum qabel l-eżerċizzju tal-attività li tikkorrispondi għal dik il-modifika. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dawn il-modifiki lis-Segretarjat tal-ICCAT mill-inqas 10 ijiem qabel ma sseħħ l-attività li tikkorrispondi ma’ dik il-modifika.

6.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu jieħu l-azzjoni skont dan il-paragrafu meta bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu:

(a)

ikun naqas milli jirrapporta dak li hu mitlub minnu skont l-Artikolu 20;

(b)

ikun wettaq ksur imsemmi fl-Artikolu 33.

L-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li spezzjoni fiżika sseħħ taħt l-awtorità tiegħu fil-portijiet tiegħu jew minn persuna oħra maħtura mill-Istat Membru tal-bandiera meta l-bastiment mhuwiex f’wieħed mill-portijiet tiegħu.

L-Istat Membru tal-bandiera għandu jirtira l-awtorizzazzjoni tas-sajd għat-tonn u jista’ jitlob lill-bastiment jipproċedi immedjatament lejn port innominat minnu meta l-kwota individwali titqies milħuqa.

7.   Mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ sajd annwali tagħhom għal dik is-sena. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu:

(a)

il-lista ta’ bastimenti tal-qbid realment impenjati fl-attivitajiet tas-sajd li jinvolvu t-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran;

(b)

il-qabdiet ta’ kull bastiment tal-qbid; kif ukoll

(ċ)

in-numru totali ta’ jiem li kull bastiment tal-qbid ikun stad fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik id-dejta lill-ICCAT sat-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena.

Ladarba l-istaġuni tas-sajd jagħlqu għal ċerti rkapti fil-15 ta’ Ottubru, l-Istati Membri jistgħu jissottomettu informazzjoni addizzjonali fuq dan is-sajd fi stadju aktar tard lill-Kummissjoni.

8.   Arranġamenti ta’ kummerċ privat bejn ċittadini ta’ Stat Membru u ta’ PKK biex jużaw bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ dak l-Istat Membru għas-sajd fil-qafas ta’ kwota ta’ tonn ta’ PKK, għandhom jitwettqu biss b’ awtorizzazzjoni mill-Istat Membru konċernat, li għandu jgħarraf b’dan lill-Kummissjoni, u mill-Kummissjoni tal-ICCAT.

9.   Sal-1 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar kwalunkwe arranġament ta’ kummerċ privat bejn iċ-ċittadini tiegħu u PKK.

10.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 9 għandu jkollha l-elementi li ġejjin:

(a)

il-lista tal-bastimenti kollha tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru li huma awtorizzati jistadu attivament għat-tonn taħt arranġament ta’ kummerċ privat;

(b)

in-numru tar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità (CFR) kif definit fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta’ Diċembru 2003 fir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunitàr (6);

(ċ)

it-tul tal-arranġamenti tal-kummerċ privati;

(d)

il-kunsens tal-Istat Membru relevanti għall-arranġament privat;

(e)

l-isem tal-PKK konċernat.

11.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat mingħajr dewmien l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 9 lis-Segretarjat tal-ICCAT.

12.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-perċentwal ta’ kwoti oħra ta’ CPC għat-tonn li jista’ jintuża għall-kiri (chartering) ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji skont l-Artikolu 8b tar-Regolament Nru 1936/2001 (7) m’għandux ikun aktar minn 20 % tal-kwoti totali tas-CPC fl-2009.

13.   Il-kiri ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran għandu jkun ipprojbit mill-2010.

14.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li n-numru tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn tiegħu mikrija u t-tul taż-żmien tal-kiri għandu jkun proporzjonat mal-kwota allokata lin-nazzjon kerrej.

15.   Kull Stat Membru għandu jalloka kwota speċifika għall-għanijiet tas-sajd sportiv u rikreattiv u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni qabel il-bidu tal-istaġun tas-sajd imsemmi fl-Artikolu 7(5).

KAPITOLU III

MIŻURI DWAR IL-KAPAĊITÀ

Artikolu 5

Miżuri dwar il-kapaċità tas-sajd

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kapaċità tiegħu tas-sajd hija proporzjonata għall-kwota tiegħu.

2.   Iċ-ċifra, u t-tunnellaġġ gross totali korrispondenti, tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru li jistgħu jistadu għal, iżommu abbord, jittrażbordaw, jittrasportaw jew iħottu t-tonn għandu jkun limitat għall-għadd, jew it-tunnellaġġ gross totali korrispondenti, tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membri li jkun stad, żamm abbord, ittrażborda, ittrasporta jew ħatt it-tonn waqt il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-1 ta’ Lulju 2008. Dan il-limitu għandu japplika skont it-tip ta’ rkaptu għall-bastimenti tal-qbid u skont it-tip tal-bastiment għal bastimenti oħra tas-sajd.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-Kunsill, b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2371/2002, għandu jiddetermina ċ-ċifra u l-kapaċità totali f’tunnellaġġ gross totali korrispondenti tal-bastimenti tas-sajd ta’ kull Stat Membru li jkun stad għal, żamm abbord, ittrażborda, ittrasporta jew ħatt it-tonn tul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-1 ta’ Lulju 2008. Dan il-limitu għandu japplika skont it-tip ta’ rkaptu għall-bastimenti tal-qbid u skont it-tip tal-bastiment għal bastimenti oħra tas-sajd.

4.   L-għadd ta’ nases ta’ Stat Membru impenjat fis-sajd għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Baħar Mediterran għandu jkun limitat għall-għadd ta’ nases awtorizzati minn dak l-Istat Membru qabel l-1 ta’ Lulju 2008.

5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 4, il-Kunsill, b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, għandu jiddetermina n-numru ta’ nases awtorizzati minn kull Stat Membru qabel l-1 ta’ Lulju 2008.

6.   L-iffriżar tal-kapaċità tas-sajd imsemmija fil-paragrafi 2 u 4 ma tistax tapplika għal Stat Membru li juri li għandu bżonn jiżviluppa l-kapaċità tas-sajd tiegħu sabiex juża l-kwota tiegħu għal kollox.

7.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6, il-kapaċità tas-sajd imsemmi fil-paragrafi 2 u 4 u l-Artikolu 9 għandha titnaqqas, sabiex tiġi eliminata sal-2010 għal kull Stat Membru mill-inqas 25 % tad-diskrepanza bejn il-kapaċità tas-sajd tiegħu u l-kapaċità tas-sajd proporzjonata mal-kwota tiegħu fl-2010.

Sabiex jiġi kkalkulat it-tnaqqis fil-kapaċità tas-sajd, għandhom jitqiesu r-rati stmati tal-qbid ta’ kull sena għal kull bastiment u rkaptu.

Dan ir-rekwiżit ta’ tnaqqis ma jistax japplika għal Stat Membru li juri li l-kapaċità tas-sajd tiegħu hija proporzjonata mal-kwota tiegħu.

8.   Għall-finijiet tal-paragrafu 7, il-Kunsill, b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2371/2002, għandu jiddetermina ċ-ċifra u l-kapaċità totali f’tunnellaġġ gross tal-bastimenti tas-sajd ta’ kull Stat Membru li jistgħu jiġu awtorizzati jistadu għal, iżommu abbord, jittrażbordaw, jittrasportaw jew iħottu t-tonn.

9.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd għall-perjodu 2010-2013. Dan il-pjan għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Awwissu 2009, u għandu jinkludi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2, 4, 6, u 7. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-pjan ta’ ġestjoni Komunitarju dwar il-kapaċità tas-sajd għall-2010-2013 lill-ICCAT sal-15 ta’ Settembru 2009.

Artikolu 6

Miżuri dwar il-kapaċità tat-trobbija u t-tismin

1.   Il-kapaċità tat-trobbija u t-tismin tat-tonn ta’ Stat Membru għandha tkun limitata għall-kapaċità tat-trobbija u t-tismin tal-irziezet ta’ dak l-Istat Membru li ġew irreġistrati fir-reġistru tal-ICCAT tal-faċilitajiet tat-trobbija jew awtorizzati u ddikkjarati lill-ICCAT sal-1 ta’ Lulju 2008.

2.   L-ammont massimu ta’ tonn selvaġġ maqbud li jista’ jiddaħħal fl-irziezet ta’ Stat Membru għandu jkun limitat għall-2010 għal-livell tal-kwantitaijiet imdaħħla rreġistrati mal-ICCAT mill-irziezet ta’ dak l-Istat Membru fl-2005, 2006, 2007 jew 2008.

3.   Fi ħdan il-kwantità massima ta’ tonn selvaġġ maqbud imdaħħal fl-irziezet imsemmi fil-paragrafu 2, kull Stat Membru għandu jalloka lill-irziezet ammonti ta’ ħut li jista’ jiddaħħal.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, il-Kunsill, b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, għandu jiddetermina l-kapaċità tat-trobbija u t-tismin tat-tonn għal kull Stat Membru u l-għadd massimu ta’ tonn selvaġġ maqbud li kull Stat Membru jista’ jalloka lill-irziezet tiegħu.

5.   Kull Stat Membru li jrabbi jew isemmen għandu jistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni tat-trobbija u tat-tismin għall-perjodu 2010-2013. Dan il-pjan għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Awwissu 2009, u għandu jinkludi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 3. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-pjan ta’ ġestjoni Komunitarju dwar il-kapaċità tas-sajd għall-2010-2013 lill-ICCAT sal-15 ta’ Settembru 2009.

KAPITOLU IV

MIŻURI TEKNIĊI

Artikolu 7

Staġun magħluq għas-sajd

1.   Is-sajd għat-tonn għandu jkun projbit fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran minn bastimenti pelaġiċi tal-qbid bil-konz fuq skala kbira fuq aktar minn 24 metri matul il-perjodu mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru bl-eċċezzjoni taż-żona delimitata mill-Punent ta’ 10 ° W u mit-Tramuntana ta’ 42 ° N, fejn dan it-tip ta’ sajd għandu jkun ipprojbit mill-1 ta’ Frar sal-31 ta’ Lulju.

2.   Is-sajd bil-purse seine għat-tonn għandu jkun ipprojbit fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran matul il-perjodu mill-15 ta’ Ġunju sal-15 ta’ April.

3.   Is-sajd għat-tonn minn bastimenti tas-sajd bil-qasba u bir-rixa għandu jkun ipprojbit fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran matul il-perjodu mill-15 ta’ Ottubru sal-15 ta’ Ġunju.

4.   Is-sajd għat-tonn minn bastimenti pelaġiċi tat-tkarkir għandu jkun ipprojbit fil-Lvant tal-Atlantiku matul il-perjodu mill-15 ta’ Ottubru sal-15 ta’ Ġunju.

5.   Is-sajd sportiv u rikreattiv għat-tonn għandu jkun ipprojbit fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran matul il-perjodu mill-15 ta’ Ottubru sal-15 ta’ Ġunju.

6.   B’deroga mill-paragrafu 2, jekk Stat Membru jista’ juri li, minħabba rjieħ li jilħqu forza 5 jew aktar fuq l-iskala Beaufort, xi wħud mill-bastimenti tal-qbid li jistadu għat-tonn bil-purse seine fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran ma setgħux jużaw il-ġranet tas-sajd normali tagħhom, dak l-Istat Membru jista’ jġorr ’il quddiem massimu ta’ 5 ijiem mitlufa sal-20 ta’ Ġunju.

L-Istat Membru konċernat għandu jinnotifika sal-14 ta’ Ġunju lill-Kummissjoni l-ġranet ta-sajd addizzjonali mogħtija. Notifika bħal din għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni li ġejja:

(i)

rapport bid-dettalji tal-waqfien mill-attivitajiet tas-sajd rilevanti, inkluż informazzjoni metereoloġika xierqa;

(ii)

l-isem tal-bastiment tal-qbid;

(iii)

tar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità (CFR) kif definit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 26/2004.

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni fil-pront lill-ICCAT.

Artikolu 8

Użu tal-ajruplani

L-użu ta’ ajruplani jew ħelikopters għat-tiftix tat-tonn għandu jkun ipprojbit.

Artikolu 9

Miżuri dwar daqs minimu u miżuri speċifiċi għal ċertu sajd

1.   Id-daqs minimu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Baħar Mediterran għandu jkun ta’ 30 kg jew 115 ċm.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1 u bla ħsara għall-Artikolu 11, daqs minimu għat-tonn ta’ 8 kg jew 75 cm għandu japplika għaċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

tonn maqbud fil-Lvant tal-Atlantiku minn bastimenti tas-sajd bil-qasba u bir-rixa;

(b)

tonn maqbud fl- Adrijatiku għal skopijiet ta’ trobbija fl-irziezet;

(ċ)

tonn maqbud fil-Mediterran minn sajd artiġinali minn max-xtut għall-ħut frisk permezz tal-qasba, tat-tirjix jew fuq l-idejn.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2(a), il-Kunsill, b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, għandu jiddetermina n-numru massimu ta’ bastimenti tas-sajd bil-qasba u bir-rixa awtorizzati jistadu attivament għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku. B’deroga mill-Artikolu 5(2), in-numru ta’ bastimenti li jistadu bil-qasba u bir-rixa huwa ffissat għall-għadd ta’ bastimenti tal-qbid Komunitarji li ħadu sehem fis-sajd dirett għat-tonn fl-2006.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2(b), il-Kunsill, b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, għandu jiddetermina n-numru massimu ta’ bastimenti tal-qbid awtorizzati jistadu attivament għat-tonn fil-Baħar Adrijatiku għal skopijiet ta’ trobbija.. B’deroga mill-Artikolu 5(2), l-għadd ta’ bastimenti tal-qbid huwa ffissat għall-għadd ta’ bastimenti tal-qbid Komunitarji li ħadu sehem fis-sajd dirett għat-tonn fl-2006.

5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2(c), il-Kunsill, b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, għandu jiddetermina l-għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd bil-qasba u bir-rixa awtorizzati jistadu attivament għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku. B’deroga mill-Artikolu 5(2), l-għadd ta’ bastimenti tal-qbid huwa ffissat għall-għadd ta’ bastimenti tal-qbid Komunitarji li ħadu sehem fis-sajd dirett għat-tonn fl-2006.

6.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-għadd tal-bastimenti tal-qbid msemmija fil-paragrafi (3), (4) u (5) lis-Segretarjat ICCAT sat-30 ta’ Jannar kull sena.

7.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2 (a), (b) u (c), il-Kunsill, b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, għandu jqassam fost l-Istati Membri l-għadd ta’ bastimenti tal-qbid iddeterminat skont il-paragrafi 3, 4 u 5.

8.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2(a), mhux iktar minn 7 % tal-kwota Komunitarja għat-tonn bejn 8 kg jew 75 ċm u 30 kg jew 115 ċm għandha tkun allokata fost il-bastimenti tal-qbid awtorizzati msemmija fil-paragrafu 3, b’massimu ta’ 100 tunnellata ta’ tonn li jkun jiżen mhux inqas minn 6,4 kg jew 70 ċm maqbud minn bastimenti tas-sajd bil-qasba ta’ tul ta’ inqas minn 17-il metru, b’deroga mill-paragrafu 2. Il-Kunsill, b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, għandu jiddeċiedi dwar l-allokazzjoni tal-kwota Komunitarja fost l-Istati Membri:

9.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2(b), il-Kunsill, b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, għandu jiddeċiedi dwar l-allokazzjoni massima tal-kwota Komunitarja fost l-Istati Membri.

10.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2(c), mhux aktar minn 2 % tal-kwota Komunitarja għat-tonn bejn 8 kg jew 75 ċm u 30 kg jew 115-il ċm għandha tiġi allokata fost il-bastimenti tal-qbid awtorizzati msemmija fil-paragrafu 5. Il-Kunsill, b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, għandu jiddeċiedi dwar l-allokazzjoni tal-kwota Komunitarja fost l-Istati Membri.

11.   Il-kundizzjonijiet speċifiċi addizzjonali għat-tonn maqbud fil-Lvant tal-Atlantiku minn bastimenti tas-sajd bil-qasba u bir-rixa, għal tonn maqbud fl-Adrijatiku għal skopijiet ta’ trobbija, u għal tonn maqbud fil-Mediterran minn sajd artiġinali minn max-xtut għall-ħut frisk minn bastimenti tas-sajd bil-qasba, bir-rixa u fuq l-idejn, huma stipulati fl-Anness I.

12.   Qabdiet inċidentali ta’ massimu ta’ 5 % ta’ tonn bejn 10 kg jew 80 ċm u 30 kg għandhom jiġu awtorizzati għall-bastimenti tal-qbid kollha li jistadu attivament għat-tonn.

13.   Il-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 12 għandu jkun ikkalkulat jew imsejjes fuq il-qabdiet inċidentali totali f’numru ta’ ħut għal kull ħatt tal-qabdiet totali ta’ dawn il-bastimenti tal-qbid, jew inkella msejjes fuq l-ekwivalenza tal-piż tiegħu f’perċentwal.

14.   Il-qabdiet inċidentali għandhom jitnaqqsu mill-kwota tal-Istat Membru tal-bandiera. Ir-rimi ta’ ħut mejjet mill-qabda inċidentali msemmija fil-paragrafu 12 għandu jkun ipprojbit u għandu jitnaqqas mill-kwota tal-Istat Membru tal-bandiera.

15.   Qabdiet inċidentali ta’ tonn għandhom ikunu soġġetti għall-Artikoli 17, 18, 21 u 23.

Artikolu 10

Pjan ta’ kampjunar għat-tonn ħaj

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi programm ta’ kampjunar biex jiġi stmat l-għadd ta’ ħut skont id-daqs speċifiku tat-tonn li jinqabad.

2.   It-teħid ta’ kampjuni skont id-daqs fil-gaġeġ għandu jsir fuq kampjun ta’ 100 eżemplar għal kull 100 tunnellata ta’ ħut ħaj jew fuq kampjun ta’ 10 % tal-għadd totali ta’ ħut li jitqiegħed ġo gaġġa. Il-kampjun tad-daqs, abbażi ta’ tul jew piż, għandu jittieħed matul il-ħsad fir-razzett, u fuq il-ħut mejjet matul it-trasport skont il-metodu adottat mill-ICCAT għan-notifikar tad-dejta fil-qafas tat-Task II.

3.   Metodi u prattiki addizzjonali tal-ikkampjunar għandhom jiġu żviluppati għal ħut imrobbi għal aktar minn sena.

4.   It-teħid tal-kampjuni għandu jsir matul ħsad magħżul għall-għarrieda u għandu jkopri l-gaġeġ kollha. Id-dejta dwar l-ikkampjunar li jitwettaq kull sena għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Mejju tas-sena ta’ wara.

Artikolu 11

Qabdiet inċidentali

1.   Il-bastimenti tal-qbid Komunitarji li mhumiex qegħdin jistadu attivament għat-tonn mhumiex awtorizzati jżommu abbord tonn li jaqbeż il-5 % tal-qabda totali abbord bil-piż jew/u l-għadd tal-biċċiet.

2.   Il-qabdiet inċidentali jridu jitnaqqsu mill-kwota tal-Istat Membru tal-bandiera. Ir-rimi ta’ ħut mejjet mill-qabda sekondarja msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun projbit, filwaqt li s-sajd għat-tonn hu miftuħ, u għandu jitnaqqas mill-kwota tal-Istat Membru tal-bandiera.

3.   Qabdiet inċidentali ta’ tonn għandhom ikunu soġġetti għall-Artikoli 17, 18, 21 u 23 u 34.

Artikolu 12

Sajd rikreattiv

1.   Kull Stat Membru għandu joħroġ awtorizzazzjonijiet tas-sajd lill-bastimenti għall-għanijiet tas-sajd rikreattiv.

2.   Fil-qafas tas-sajd rikreattiv, għandu jkun ipprojbit li tinqabad, tinżamm abbord, tiġi ttrażbordata u tinħatt aktar minn tonna waħda f’kull vjaġġ fuq il-baħar.

3.   It-tqegħid fis-suq ta’ tonn maqbud fis-sajd rikreattiv għandu jkun ipprojbit ħlief għal skopijiet ta’ karità.

4.   Kull Stat Membru għandu jirreġistra dejta dwar il-qbid minn sajd rikreattiv u jikkomunika d-dejta għas-sena preċedenti lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka u l-Istatistika tal-ICCAT.

5.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura, sa fejn huwa l-aktar possibbli, ir-rilaxx ta’ tonn maqbud ħaj, speċjalment ta’ età żgħira, fil-qafas tas-sajd rikreattiv.

Artikolu 13

Sajd sportiv

1.   Kull Stat Membru għandu jirregola s-sajd sportiv, partikolarment billi joħroġ awtorizzazzjonijiet għas-sajd lill-bastimenti għall-għanijiet tas-sajd rikreattiv.

2.   It-tqegħid fis-suq ta’ tonn maqbud f’kompetizzjonijiet ta’ sajd sportiv għandu jkun ipprojbit ħlief għal għanijiet ta’ karità.

3.   Kull Stat Membru għandu jirreġistra dejta dwar il-qbid mis-sajd sportiv u jikkomunika d-dejta għas-sena preċedenti lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka u l-Istatistika tal-ICCAT.

4.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura, sa fejn huwa l-aktar possibbli, ir-rilaxx ta’ tonn maqbud ħaj, speċjalment ta’ età żgħira, fil-qafas tas-sajd sportiv.

KAPITOLU V

MIŻURI TA’ KONTROLL

Artikolu 14

Reġistri tal-bastimenti

1.   Kull Stat Membru għandu, mill-inqas 45 jum qabel il-bidu tal-istaġuni tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 7, jibagħt lill-Kummissjoni elettronikament skont il-format stipulat fil-Guidelines for submitting data and information required by ICCAT:

(a)

lista tal-bastimenti kollha tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu u li jkunu awtorizzati jistadu attivament għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran permezz ta’ awtorizzazzjoni speċjali tas-sajd li tkun inħarġitilhom.

(b)

lista tal-bastimenti l-oħra tas-sajd (minbarra l-bastimenti tal-qbid) li jtajru l-bandiera tiegħu u li jkunu awtorizzati jistadu għat-tonn fil-Lvant ’tal-Atlantiku u fil-Mediterran.

Waqt sena kalendarja, bastiment tas-sajd għandu jkun inkluż f’waħda biss mil-listi msemmija f’dan il-paragrafu.

2.   Kull bidla sussegwenti għal-listi msemmija fil-paragrafu 1 waqt sena kalendarja ma tistax tiġi aċċettata sakemm ma’ bastiment tas-sajd notifikat ikun miżmum milli jipparteċipa minħabba raġunijiet operattivi leġittimi jew force majeure. F’dak il-każ l-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni minnufih, billi jipprovdi:

(a)

id-dettalji sħaħ tal-bastiment(i) tas-sajd maħsuba għas-sostituzzjoni msemmi(jin) fil-paragrafu 1;

(b)

rendikont komprensiv tar-raġunijiet li jiġġustifikaw is-sostituzzjoni u kwalunkwe evidenza jew referenzi rilevanti ta’ appoġġ.

3.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 lis-Segretarjat tal-ICCAT sabiex dawk il-bastimenti jkunu jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru ’tal-ICCAT tal-bastimenti tal-qbid awtorizzati jistadu attivament għat-tonn jew fir-reġistru ICCAT tal-bastimenti tas-sajd l-oħra (minbarra l-bastimenti tal-qbid) awtorizzati joperaw għat-tonn.

4.   Bla ħsara għall-Artikolu 11, l-bastimenti tas-sajd Komunitarji mhux imdaħħla fir-reġistru tal-ICCAT m’għandhomx jistadu għal, iżommu abbord, jittrażbordaw, jitrasportaw, jittrasferixxu, jiproċessaw jew iħottu tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.

5.   L-Artikolu 8a (2), (4), (6), (7) u (8) tar-Regolament (KE) Nru 1936/2001 għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 15

Reġistru tan-nases għat-tonn awtorizzati jistadu għat-tonn

1.   Sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena, kull Stat Membru għandu jibgħat elettronikament lill-Kummissjoni lista tan-nases kollha tas-sajd għat-tonn li jkunu awtorizzati, bil-ħruġ ta’ liċenzja speċjali għas-sajd, jistadu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. Il-lista għandha tinkludi l-isem tan-nases u n-numru tar-reġistru.

2.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat din il-lista lis-Segretarjat tal-ICCAT sabiex dawk in-nases tat-tonn ikunu jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru tal-ICCAT tan-nases tat-tonn li jkunu awtorizzati jistadu għat-tonn.

3.   Nases tat-tonn Komunitarji li ma jkunux imdaħħla fir-reġistru tal-ICCAT m’għandhomx jistadu għal, iżommu abbord, jittrasferixxu jew iħottu tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Baħar Mediterran.

4.   L-Artikolu 8a (2), (4), (6), (7) u (8) tar-Regolament (KE) Nru 1936/2001 għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 16

Informazzjoni dwar attivitajiet tas-sajd

1.   Sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena, kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni l-lista ta’ bastimenti tal-qbid li jkunu mniżżla fir-reġistru tal-ICCAT imsemmi fl-Artikolu 14 li jkunu stadu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Baħar Mediterran fis-sena tas-sajd ta’ qabel.

2.   Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni dwar bastimenti mhux koperti mill-paragrafu 1 iżda li magħrufa jew preżunti li stadu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.

3.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat lis-Segretarjat tal-ICCAT l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 sal-1 ta’ Marzu ta’ kull sena u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 17

Portijiet innominati

1.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw post li jintuża għall-ħatt l-art jew għat-trażbord jew post qrib ix-xatt (portijiet innominati) fejn operazzjonijiet ta’ ħatt jew ta’ trażbord ta’ tonn ikunu permessi.

Biex port ikun port nominat, l-Istat Membru tal-port għandu jispeċifika l-ħinijiet u l-postijiet meta u fejn ikunu permessi l-ħatt u t-trażbord. L-Istat Membru tal-port għandu jiżgura kopertura sħiħa ta’ spezzjoni waqt il-ħinijiet kollha tal-ħatt u t-trażbord u fil-postijiet kollha tal-ħatt u t-trażbord.

2.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Frar ta’ kull sena, lista ta’ portijiet magħżula. Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT qabel l-1 ta’ Marzu ta’ kull sena.

3.   Għandu jkun projbit li tinħatt jew tiġi trażbordata minn bastimenti tas-sajd kwalunkwe kwantità ta’ tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran fi kwalunkwe post ħlief portijiet magħżula minn PKKs u minn Stati Membri skont il-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 18

Ħtiġijiet ta’ reġistrazzjoni

1.   Minbarra li jikkonforma mal-Artikoli 6 u 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (8), il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd Komunitarju previst fl-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament għandu jniżżel fil-ġurnal ta’ abbord, fejn applikabbli, l-informazzjoni elenkata fl-Anness II.

2.   Il-kaptan tal-bastiment tal-qbid Komunitarju involut f’operazzjoni konġunta tas-sajd għandu jirreġistra l-informazzjoni addizzjonali fil-ktieb ta’ abbord tiegħu:

(a)

fir-rigward tal-bastiment tal-qbid li jittrasferixxi l-ħut fil-gaġeġ:

i)

l-isem u s-sinjal tas-sejħa internazzjonali tar-radju;

ii)

id-data u l-ħin tal-qabda u tat-trasferiment;

iii)

il-post tal-qabda u tat-trasferiment (lonġitudini/latitudini);

iv)

l-ammont ta’ qabdiet imtella’ abbord, u l-ammont ta’ qabdiet trasferiti għall-gaġeġ;

v)

l-ammont ta’ qabdiet magħduda kontra l-kwota individwali tal-bastiment;

vi)

l-isem tal-bastiment tal-irmonk u n-numru tal-ICCAT tiegħu;

b)

fir-rigward tal-bastimenti tal-qbid l-oħra mhux involuti fit-trasferiment tal-ħut:

i)

isimhom u s-sinjali tas-sejħa internazzjonali tar-radju;

ii)

id-data u l-ħin tal-qabda u tat-trasferiment;

iii)

il-post tal-qabda u tat-trasferiment (lonġitudini/latitudini);

iv)

li l-ebda qabdiet ma ttellgħu abbord jew ġew trasferiti għall-gaġeġ;

v)

l-ammont ta’ qabdiet magħduda kontra l-kwoti individwali tagħhom;

vi)

l-isem u n-numru tal-ICCAT tal-bastiment tal-qbid imsemmi f’ (a);

vii)

l-isem tal-bastiment tal-irmonk u n-numru tal-ICCAT tiegħu.

Artikolu 19

Operazzjonijiet konġunti tas-Sajd

1.   Kwalunkwe operazzjoni konġunta tas-sajd għat-tonn għandha tkun awtorizzata biss bil-kunsens tal-Istat(i) tal-bandiera kkonċernat(i). Sabiex ikun awtorizzat, kull bastiment tas-sajd għandu jkun mgħammar biex jistad għat-tonn u għandu jkollu kwota individwali.

2.   Fil-mument tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jikseb mill-bastimenti tas-sajd tiegħu li jieħdu sehem fl-operazzjoni konġunta tas-sajd, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

it-tul ta’ żmien;

(b)

l-identità tal-operaturi involuta;

(ċ)

il-kwoti tal-bastimenti individwali;

(d)

il-kodiċi tal-allokazzjoni bejn il-bastimenti tas-sajd għall-qabdiet involuti; u

(e)

l-informazzjoni dwar l-irziezet tat-tismin jew tat-trobbija destinatarji.

3.   Kull Stat Membru għandu, tal-anqas 15-il jum qabel il-bidu tal-operazzjoni, jibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-Kummissjoni skont il-format stipulat fl-Anness V. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi minnufih din l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT u lill-Istat tal-Bandiera ta’ bastimenti tas-sajd oħra li jieħdu sehem fl-operazzjoni konġunta tas-sajd għal mill-inqas 10 t’ijiem qabel il-bidu tal-operazzjoni.

Artikolu 20

Rapporti dwar qbid

1.   Il-kaptan ta’ bastiment tal-qbid bil-purse seine jew ta’ bastiment tal-qbid ieħor ta’ aktar minn 24 metru li jistad attivament għat-tonn għandu jibgħat, b’mezzi elettroniċi jew mezzi oħra, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera rapport ta’ kuljum dwar il-qabda bi, bħala minimu, tagħrif dwar in-numru tar-reġistru ICCAT, l-isem tal-bastiment, il-bidu u t-tmiem tal-perijodu, l-ammont tal-qabda (inkluż il-piż u n-numru ta’ biċċiet), inkluż qabdiet żero, id-data u l-post (latitudni u lonġidtudni) tal-qabidet, skont il-format stipulat fl-Anness IV jew f’format ekwivalenti.

2.   Il-kaptan ta’ bastiment tal-qbid mhux imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jibgħat, b’mezzi elettroniċi jew mezzi oħra, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera rapport kull ġimgħa dwar il-qabda bi, bħala minimu, tagħrif dwar in-numru tar-reġistru ICCAT, l-isem tal-bastiment, il-bidu u t-tmiem tal-perijodu, l-ammont tal-qabda (inkluż il-piż u n-numru ta’ biċċiet), inkluż qabdiet żero, u d-data u l-post (latitudni u lonġitudni) tal-qabdiet skont il-format stipulat fl-Anness IV jew f’format ekwivalenti. Ir-rapport dwar il-qabda għandu jintbagħat sa mhux aktar tard mit-Tnejn f’nofsinhar bil-qabdiet li saru fil-ġimgħa ta’ qabel li tintemm f’nofs il-lejl GMT tal-Ħadd. Ir-rapport għandu jinkludi tagħrif dwar l-għadd ta’ jiem fuq il-baħar fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Baħar Mediterran mill-bidu tas-sajda jew mill-aħħar rapport ta’ kull ġimgħa.

3.   Kull Stat Membru għandu, malli jaslu, jgħaddi r-rapporti dwar il-qabdiet imsemmija fil-paragrafi (1) u (2), minnufih f’forma li tinqara mill-kompjuter, lill-Kummissjoni u għandu jassigura li jipprovdi minnufih lill-Kummissjoni rapporti tal-qabda ta’ kull ġimgħa f’forma li tinqara mill-kompjuter għall-bastimenti tas-sajd kollha skont il-format stipulat fl-Anness IV. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni kull ġimgħa lis-Segretarjat tal-ICCAT skont il-format stipulat fl-Anness IV.

4.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, qabel il-ħmistax-il jum ta’ kull xahar, bil-kwantitajiet ta’ tonn maqbud fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Baħar Mediterran li nħattu, ġew trażbordati, maqbuda jew mqiegħda f’gaġeġ mill-bastiment li jtajjar il-bandiera tagħhom matul ix-xahar preċedenti. Il-Kummissjoni għandha tibgħat minnufih dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT.

Artikolu 21

Ħatt

1.   B’deroga mill-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, il-kaptan ta’ bastiment Komunitarju msemmi fl-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament jew ir-rappreżentant tiegħu għandu, mill-inqas erba’ siegħat qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port, jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru (inkluż l-Istat Membru tal-bandiera) jew lill-PKK li tagħhom jixtiequ jużaw il-portijiet jew il-faċilità ta’ ħatt, b’dan li ġej:

(a)

il-ħin stmat tal-wasla;

(b)

il-kwantità stmata ta’ tonn miżmuma abbord;

(ċ)

informazzjoni dwar iż-żona ġeografika fejn saru l-qabdiet.

2.   L-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-port għandhom iżommu reġistru tal-avviżi ta’ qabel kollha għas-sena kurrenti.

3.   L-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-port għandhom jibagħtu reġistrazzjoni dwar il-ħatt lill-awtorità tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment, mhux aktar minn 48 siegħa wara li jkun intemm il-ħatt.

4.   Wara kull vjaġġ u fi żmien 48 siegħa mill-ħatt l-art, il-kaptani tal-bastimenti tal-qbid Komunitarji għandhom jippreżentaw dikjarazzjoni tal-ħatt lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew lill-PKK fejn iseħħ il-ħatt u lill-Istat Membru li tiegħu ittajjar il-bandiera. Il-kaptan tal-bastiment tal-qbid awtorizzat għandu jkun responsabbli għall-eżattezza tad-dikjarazzjoni, li għandha tindika, bħala minimu, il-kwantitajiet tat-tonn li tħattew u ż-żona fejn inqabdu. Kull qabda li nħattet għandha tintiżen u mhux tiġi stmata.

Artikolu 22

Operazzjonijiet ta’ trasferiment

1.   Qabel kull operazzjoni ta’ trasferiment għal ġo gaġeġ irmunkati, il-kaptan tal-bastiment tal-qbid għandu jibgħat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li tiegħu jtajjar il-bandiera, qabel it-trasferiment, notifika minn qabel tat-trasferiment li tindika;

(a)

l-isem tal-bastiment tal-qbid u n-numru tar-reġistru ICCAT;

(b)

il-ħin stmat tat-trasferiment;

(ċ)

l-istima tal-kwantitajiet ta’ tonn li għandhom jiġu trasferiti;

(d)

tagħrif dwar il-pożizzjoni (lonġitudini/latitudini) fejn ikun se jsir it-trasferiment;

(e)

l-isem tal-bastiment tal-irmonk li jirċievi, l-għadd ta’ gaġeġ irmunkati, u n-numru tar-reġistru ICCAT.

2.   L-operazzjoni tat-trasferiment m’għandhiex tibda qabel ma jkun hemm l-awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat tal-bandiera tal-bastiment tal-qbid. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jgħarraf lill-kaptan tal-bastiment tal-qbid li t-trasferiment mhuwiex awtorizzat u jgħaddi għall-ħelsien tal-ħut fil-baħar jekk iqis li, malli jiriċevi n-notifika minn qabel tat-trasferiment, li:

(a)

il-bastiment tas-sajd li ddikjara li qabad il-ħut ma kellux kwota biżżejjed għat-tonn li tqiegħed fil-gaġġa;

(b)

il-kwantità tal-ħut ma kinitx ġiet irrappurtata kif suppost u ma tqisitx għall-konsum tal-kwota li tista’ tkun applikabbli;

(ċ)

il-bastimenti tas-sajd li ddikjara li qabad il-ħut mhuwiex awtorizzat jistad għat-tonn, jew

(d)

il-bastiment tal-irmonk iddikjarat biex jirċievi t-trasferiment tal-ħut ma jkunx reġistrat fir-reġistru ICCAT tal-bastimenti tas-sajd l-oħra msemmija fl-Artikolu 14 jew mhuwiex mgħammar b’Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS).

3.   Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd għandu jimla u jibgħat lill-Istat Membru li tiegħu jtajjar il-bandiera, fi tmiem l-operazzjoni tat-trasferiment lejn il-bastimenti tal-irmonk, id-dikjarazzjoni tat-trasferiment ICCAT, magħmula skont il-format li jidher fl-Anness III.

4.   Id-dikjarazzjoni tat-trasferiment għandha takkumpanja t-trasferiment tal-ħut matul it-trasport lejn razzett jew port innominat.

5.   L-awtorizzazzjoni għat-trasferiment minn Stat tal-bandiera ma tippreġudikax l-awtorizzazzjoni tal-operazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ kif imsemmi fl-Artikolu 24.

6.   Il-kaptan tal-bastiment tal-qbid li jittrasferixxi t-tonn għandu jiżgura li l-attivitajiet tat-trasferiment jiġu mmonitorjati bis-saħħa ta’ vidjokamera fl-ilma.

7.   L-osservatur reġjonali tal-ICCAT abbord il-bastiment tal-qbid, kif imsemmi fil-Programm tal-Osservatur Reġjonali tal-ICCAT stabbilit fl-Anness VII, għandu jirreġistra u jirrapporta dwar l-attivitajiet ta’ trasferiment imwettqa, jivverifika l-pożizzjoni tal-bastiment tal-qbid meta impenjat f’operazzjoni tat-trasferiment, josserva u jistima qabdiet trasferiti u jivverifika entrati li saru fin-notifika minn qabel tat-trasferiment kif imsemmi fil-paragrafu 2 u fid-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT kif imsemmi fil-paragrafu 3.

L-osservatur reġjonali ICCAT għandu jikkontrofirma l-avviż minn qabel tat-trasferiment u d-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT. Għandu jivverifika li d-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT ġiet ikkompletata sew u ntbagħtet lill-kaptan tal-bastiment tal-irmonk.

8.   L-operatur tan-nassa tat-tonn għandu jimla u jibgħat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tiegħu, fi tmiem l-operazzjoni tat-trasferiment lejn il-bastimenti tal-irmonk, id-dikjarazzjoni tat-trasferiment ICCAT, magħmula skontil-format li jidher fl-Anness III.

Artikolu 23

Trażbord

1.   B’deroga mill-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2847/93, it-trazbord fuq il-baħar tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran għandu jkun projbit.

2.   Qabel id-dħul fi kwalunkwe port, il-kaptan jew ir-rappreżentant tal-bastiment tas-sajd li qed jirċievi għandu, mill-inqas 48 siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla, jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat li l-port tiegħu jrid juża b’dan li ġej:

(a)

id-data stmata, il-ħin u l-port tal-wasla;

(b)

il-kwantità stmata ta’ tonn miżmuma abbord, u tagħrif dwar iż-żona ġeografika minn fejn ittieħed;

(ċ)

l-isem tal-bastiment tas-sajd li qed jittrażborda u n-numru tiegħu fir-reġistru ’tal-ICCAT ta’ bastimenti awtorizzati jistadu attivament għat-tonn jew fir-reġistru tal-ICCAT ta’ bastimenti oħra tas-sajd awtorizzati joperaw fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Baħar Mediterran;

(d)

l-isem tal-bastiment tas-sajd li qed jirċievi, in-numru tiegħu fir-reġistru tal-ICCAT ta’ bastimenti awtorizzati jistadu attivament għat-tonn jew fir-reġistru tal-ICCAT ta’ bastimenti oħra tas-sajd awtorizzati joperaw fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran;

(e)

it-tunnellaġġ u ż-żona ġeografika tal-qabda ta’ tonn li għandu jiġi ttrażbordat.

3.   Il-bastimenti tas-sajd m’għandhomx jitħallew jittrażbordaw, sakemm ma jkunux kisbu awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat li tagħhom tittajjar il-bandiera.

4.   Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd li qed jittrażborda għandu, qabel ma jibda t-trażbord, jinforma lill-Istat li tiegħu tittajjar il-Bandiera b’dan li ġej:

(a)

il-kwantitajiet ta’ tonn li għandhom jiġi ttrażbordati;

(b)

id-data u l-port tat-trażbord;

(ċ)

l-isem, in-numru ta’ reġistrazzjoni u l-bandiera tal-bastiment tas-sajd li qed jirċievi, u n-numru tiegħu fir-reġistru tal-ICCAT ta’ bastimenti tal-qbid awtorizzati jistadu attivament għat-tonn jew fir-reġistru tal-ICCAT ta’ bastimenti oħra tas-sajd awtorizzati joperaw għat-tonn;

(d)

iż-żona ġeografika fejn inqabad it-tonn.

5.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fil-port tiegħu jseħħ it-trażbord għandha:

(a)

tispezzjona l-bastiment riċeventi hekk kif jasal u tivverifika t-tagħbija u d-dokumentazzjoni marbuta mal-operazzjoni tat-trażbord;

(b)

tibgħat reġistrazzjoni tat-trażbord lill-awtorità tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tal-qbid li qed jittrażborda, fi żmien 48 siegħa wara li t-trażbordtrażbord ikun intemm.

6.   Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji għandhom jimlew u jibagħtu dikjarazzjoni tat-trażbordtrażbord lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastimenti. Id-dikjarazzjoni għandha tintbagħat mhux aktar tard minn 48 siegħa mid-data tat-trażbord fil-port skont il-format stipulat fl-Anness III.

Artikolu 24

Operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ

1.   L-Istat Membru li taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu jinsab ir-razzett għat-tismin jew għat-trobbija tat-tonn għandu jressaq fi żmien ġimgħa mill-ikkompletar tal-operazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ, rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ, validat minn osservatur, lill-Istat Membru jew PKK li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu stadu għat-tonn u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat minnufih dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT. Dan ir-rapport għandu jkun fih l-informazzjoni inkluża fid-dikjarazzjoni dwar it-tqegħid fil-gaġeġ msemmija fir-Rakkomandazzjoni ICCAT 06-07 dwar it-trobbija tat-tonn.

2.   Meta l-irziezet għat-tismin jew għat-trobbija jinsabu fl-ibħra miftuħa, il-paragrafu 1 għandu japplika, mutatis mutandis, għal Stati Membri fejn il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għall-irziezet għat-tismin jew għat-trobbija huma stabbiliti.

3.   Qabel kwalunkwe operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ, l-Istat Membru tal-bandiera jew il-PKK tal-bandiera tal-bastiment tal-qbid għandu jkun infurmat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-irziezet tat-tismin jew tat-trobbija bit-trasferiment fil-gaġeġ tal-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-qbid li jtajru l-bandiera tiegħu.

L-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tal-qbid għandu jitlob lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-irziezet tat-tismin jew tat-trobbija jew PKK biex jipproċedi għas-sekwestru tal-qabdiet u l-ħelsien tal-ħut fil-baħar jekk, malli jirċievi t-tagħrif, iqis li:

(a)

il-bastiment tas-sajd li ddikjara li qabad il-ħut ma kellux kwota biżżejjed għat-tonn li tqiegħed fil-gaġġa;

(b)

il-kwantità tal-ħut ma kinitx ġiet irrappurtata kif suppost u ma tqiesux, għall-kalkolu, kwalunkwe kwoti li setgħu kienu applikabbli, jew

(ċ)

il-bastiment tal-qbid li ddikjara li qabad il-ħut mhuwiex awtorizzat jistad għat-tonn.

4.   L-operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ m’għandhiex tibda qabel ma jkun hemm l-awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat jew PKK tal-bandiera tal-bastiment tal-qbid.

5.   L-Istat Membru li taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu jinsab ir-razzett tat-tonn għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex iżomm milli jsir tqegħid fil-gaġeġ għat-trobbija u t-tismin tat-tonn li ma jkunux akkumpanjati minn dokumentazzjoni preċiża, kompluta u validata meħtieġa mill-ICCAT.

6.   L-Istat Membru li taħt il-ġuriżidizzjoni tiegħu jinsab ir-razzett għandu jiżgura li l-attivitajiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ jiġu mmonitorjati bis-saħħa ta’ vidjokamera fl-ilma. Dan ir-rekwiżit ma japplikax meta l-gaġeġ ikunu mqabbda direttament mas-sistema tal-irmiġġ.

Artikolu 25

Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti

1.   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi disposizzjonijiet dettaljati dwar is-sistemi ta’ sorveljanza tal-vapuri bażata fuq satellita (9) għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd msemmijin fl-Artikolu 2(b) ta’ dan ir-Regolament. Minbarra dan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti kollha tal-irmonk li jtajru l-bandiera tagħhom, irrispettivament minn tulhom, ikunu mgħammra b’apparat operattiv ta’ segwitu bis-satellita u monitoraġġ skont l-Artikoli 3 sa 16 tar-Regolament (KE) Nru 2244/2003.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-Ċentri tal-Monitoraġġ tas-Sajd jgħaddu lill-Kummissjoni u lil korp iddiżinjat minnha, f’ħin reali u billi jużaw il-format “https data feed”, il-messaġġi tal-VMS li jaslu mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tibgħat elettronikament dawn il-messaġġi lis-Segretarjat tal-ICCAT.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

il-messaġġi mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom jgħaddu lill-Kummissjoni mill-inqas kull sagħtejn meta joperaw fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Baħar Mediterran;

(b)

fil-każ ta’ ħsara teknika, il-messaġġi mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom jgħaddu lill-Kummissjoni fi żmien 24 siegħa minn meta jaslu għand iċ-Ċentri tal-Monitoraġġ tas-Sajd tagħhom;

(ċ)

messaġġi mgħoddija lill-Kummissjoni jiġu nnumerati sekwenzjalment (b’identifikatur uniku) sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni;

(d)

messaġġi mgħoddija lill-Kummissjoni jkunu jaqblu mal-format tal-iskambju tad-dejta stipulat fl-Anness VIII.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-messaġġi kollha magħmula għad-dispożizzjoni tal-bastimenti tal-ispezzjoni tagħhom jiġu ttrattati b’mod kunfidenzjali u jkunu biss limitati għall-ispezzjoni f’operazzjonijiet tal-baħar.

Artikolu 26

Ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar ta’ attiviatjiet ta’ qbid fin-nases

1.   Il-qabdiet bin-nassa għandhom jiġu rreġistrati wara t-tmiem ta’ kull operazzjoni ta’ sajd f’nases għat-tonn u għandhom jintbagħtu b’mezzi elettroniċi jew b’mezzi oħrajn fi zmien 48 siegħa mit-tmiem ta’ kull operazzjoni ta’ sajd lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tinsab in-nassa.

2.   Malli jirċievi r-reġistrazzjoni tal-qabda, kull Stat Membru għandu jgħaddih b’mezz elettroniku lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha minnufih tgħaddi l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT.

Artikolu 27

Kontroll fil-port jew fir-razzett

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-bastimenti tal-qbid kollha msemmijin fir-Reġistru tal-ICCAT ta’ bastimenti awtorizzati jistadu għat-tonn li jidħlu f’port innominat biex iħottu u/jew jittrażbordjaw tonn maqbud fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran ikunu soġġetti għal kontroll f’port.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkontrollaw kull operazzjoni ta’ tqegħid f’gaġeġ fl-irziezet għat-tismin jew għat-trobbija li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom.

3.   Meta l-irziezet għat-tismin jew għat-trobbija jkunu jinsabu fl-ibħra miftuħa, għandu japplika l-paragrafu 2, mutatis mutandis, għall-Istati Membri fejn il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għar-razzett għat-tismin jew għat-trobbija huma stabbiliti.

Artikolu 28

Kontro-verifika

1.   L-Istati Membri għandhom jivverifikaw, inkluż bl-użu ta’ rapporti ta’ ispezzjoni, rapporti ta’ osservaturi u l-VMS, is-sottomissjoni ta’ kotba ta’ abbord u informazzjoni rilevanti rreġistrata fil-kotba ta’ abbord tal-bastimenti tas-sajd tagħhom, fid-dokument dwar it-trasferiment/trażbord u fid-dokumenti dwar il-qabda tat-tonn.

2.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-kontro-verifiki fuq il-ħatt kollu, it-trażbordi kollha u t-tqegħid fil-gaġeġ kollu bejn il-kwantitajiet skont l-ispeċi rreġistrati fil-bastiment ta’ abbord tal-bastiment jew kwantitajiet skont l-ispeċi rreġistrati fid-dikjarazzjoni tat-trażbord u l-kwantitajiet reġistrati fid-dikjarazzjoni ta’ abbord jew id-dikjarazzjoni tal-għeluq fil-gaġeġ, u kwalunkwe dokument rilevanti ieħor, bħal fatturi u/jew noti tal-bejgħ.

Artikolu 29

L-iskema tal-ICCAT dwar l-ispezzjoni internazzjonali konġunta

1.   L-iskema tal-ICCAT dwar l-ispezzjoni internazzjonali konġunta adottata mill-ICCAT fir-Raba’ Laqgħa Regolari tagħha (Madrid, Novembru 1975), kif modifikata mill-ICCAT fis-16-il Laqgħa Speċjali tagħha u stipulata fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament għandha tapplika fil-Komunità.

2.   L-Istati Membri li l-bastimenti tas-sajd tagħhom huma awtorizzati jistadu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Baħar Mediterran għandhom jaħtru spetturi u jwettqu spezzjonijiet fuq il-baħar taħt l-Iskema.

3.   Il-Kummissjoni jew korp magħżul minnha jistgħu jaħtru spetturi Komunitarji fl-Iskema.

4.   Il-Kummissjoni jew korp magħżul minnha għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet ta’ sorveljanza u spezzjoni għall-Komunità. Hi tista’ tfassal, flimkien mal-Istati Membri konċernati, programmi konġunti ta’ spezzjoni għal dik il-għan li jippermetti lill-Komunità twettaq l-obbligu tagħha taħt l-Iskema. L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom huma impenjati fis-sajd għat-tonn għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni ta’ dawk il-programmi b’mod partikolari fir-rigward tar-riżorsi umani u materjali meħtieġa u l-perijodi u ż-żoni ġeografiċi meta dawk ir-riżorsi ikunu ser jiġu implimentati.

5.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni sal-1 ta’ April ta’ kull sena dwar l-ismijiet tal-ispetturi u l-bastimenti ta’ spezzjoni li biħsiebhom jassenjaw għall-Iskema matul is-sena ta’ wara. Permezz ta’ din l-informazzjoni l-Kummissjoni għandha tfassal, flimkien mal-Istati Membri, pjan antiċipat għall-parteċipazzjoni tal-Komunità fl-Iskema kull sena, li għandha tibgħat lis-Segretarjat tal-ICCAT u lill-Istati Membri.

Artikolu 30

Programm tal-osservatur nazzjonali

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura kopertura ta’ osservazzjoni fuq il-bastimenti tal-qbid tiegħu ta’ tul ’l fuq minn 15-il metru li jistadu attivament għat-tonn għal mill-inqas:

(a)

20 % tal-bastimenti attivi tal-qbid ta’ tul bejn 15 m u 24 m li jistadu bil-purse seines;

(b)

20 % tal-bastimenti tat-tkarkir pelaġiku attivi;

(ċ)

20 % tal-bastimenti attivi tas-sajd bil-konz;

(d)

20 % tal-bastimenti attivi tas-sajd bil-qasba;

(e)

100 % matul il-proċess tal-ħsad għan-nases tat-tonn.

2.   Sakemm jiġi realment implimentat mill-ICCAT il-programm tal-osservatur reġjonali msemmi fl-Artikolu 31, kull Stat Membru għandu jiżgura l-preżenza ta’ osservatur nazzjonali fuq:

(a)

il-bastimenti attivi tal-qbid kollha ta’ tul ta’ aktar minn 24 m li jistadu bil-purse seines;

(b)

il-bastimenti tal-qbid kollha involuti f’operazzjonijiet konġunti tas-sajd, irrispettivament mit-tul tal-bastimenti. L-osservatur nazzjonali għandu jkun preżenti waqt l-operazzjoni tas-sajd.

3.   Il-kompiti tal-osservatur għandhom ikunu, b’mod partikolari, li:

(a)

jissorvelja l-konformità ta’ bastiment tal-qbid ma’ dan ir-Regolament;

(b)

jirreġistra u jirrapporta dwar l-attivitajiet tas-sajd li għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, dan li ġej:

i)

l-ammont tal-qabda (inkluż il-qabda sekondarja), li jinkludi wkoll it-tqassim tal-ispeċi, bħal dawk miżmuma abbord jew mormija mejtin jew ħajjin;

ii)

il-post tal-qabda skontlonġitudini u latitudini;

iii)

il-kejl tal-isforz (eż., in-numru ta’ settijiet, in-numru ta’ snanar), kif iddefiniti fil-Manwal tal-Qasam għal irkapti differenti;

iv)

id-data tal-qabda;

(ċ)

josservaw u jistmaw il-qabdiet u jivverifikaw l-entrati li jsiru fil-ktieb ta’ abbord;

(d)

javvista u jirrapporta dwar bastimenti li jistgħu jkunu qed jistadu fi ksur tal-miżuri ta’ konservazzjoni tal-ICCAT.

Barra minn hekk, l-osservatur għandu jwettaq ħidma xjentifika, bħall-ġbir ta’ dejta tat-tip Kompitu II kif definit mill-ICCAT, meta meħtieġ mill-ICCAT, ibbażat fuq l-istruzzjonijiet mill-Kumitat Permanenti tal-ICCAT dwar ir-Riċerka u l-Istatistika.

4.   Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit tal-osservatur, l-Istati Membri għandhom:

(a)

jiżguraw kopertura rappreżentattiva temporali u spazjali sabiex ikun żgurat li l-Kummissjoni tirċievi dejta u informazzjoni xierqa dwar il-qabda, l-isforz, u aspetti oħra xjentifiċi u ta’ ġestjoni, billi jitqiesu l-karatteristiċi tal-flotot u tal-attivitjiet tas-sajd;

(b)

jiżguraw protokolli sodi ta’ ġbir tad-dejta;

(ċ)

jiżguraw li l-osservaturi jkunu mħarrġa u approvati kif suppost qabel ma jintbagħtu fuq ħidma;

(d)

jiżguraw, sakemm ikun prattikabbli, tfixkil mill-inqas għall-operat tal-bastimenti li jkunu qed jistadu fiż-Zona tal-Konvenzjoni.

5.   Sakemm jiġi implimentat mill-ICCAT il-programm tal-osservatur reġjonali msemmi fl-Artikolu 31, kull Stat Membru li taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu jinsab ir-razzett tat-tismin jew tat-tkabbir tat-tonn għandu jiżgura preżenza ta’ osservatur matul operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-gaġeġu l-ħsad kollu tal-ħut mir-razzett.

Artikolu 31

Programm nazzjonali ta’ osservazzjoni ICCAT

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura preżenza ta’ osservatur ICCAT fuq:

(a)

il-bastimenti kollha ta’ ’l fuq minn 24m li jistadu bil-purse seine matul l-istaġun tas-sajd kollu;

(b)

il-bastimenti kollha li jistadu bil-purse seine impenjati f’operazzjonijiet konġunta tas-sajd, ikun x’ikun it-tul il-bastimenti. L-osservatur ICCAT għandu jkun preżenti waqt l-operazzjoni tas-sajd.

Bastimenti msemmija f’ (a) u (b) li jistadu bil-purse seine mingħajr osservatur reġjonali ICCAT m’għandhomx jiġu awtorizzati jistadu jew joperaw fis-sajd għat-tonn.

2.   Kull Stat Membru li taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu jinsab ir-razzett tat-tismin jew tat-trobbija tat-tonn għandu jiżgura preżenza ta’ osservatur ICCAT matul l-operazzjonijiet kollha ta’ tqegħid fil-gaġeġ u l-ħsad kollu tal-ħut mir-razzett.

Il-kompiti tal-osservatur ICCAT għandhom ikunu, b’mod partikolari, li:

(a)

josserva u jissorvelja l-konformità tal-operazzjoni fuq ir-razzett mal-Artikoli 4a, 4b u 4c tar-Regolament (KE) Nru 1936/2001;

(b)

jivvalida r-rapport tat-tqegħid fil-gaġeġ kif jissemma fl-Artikolu 24;

(ċ)

jwettaq tali ħidma xjentifika, per eżempju l-ġbir ta’ kampjuni, kif meħtieġ mill-ICCAT abbażi tal-istruzzjonijiet mill-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka u l-Istatistika tal-ICCAT;

(d)

l-osservaturi ICCAT għandhom jingħataw l-aċċess għall-bastimenti u l-persunal tar-razzett u għall-irkaptu, il-gaġeġ u t-tagħmir.

Barra minn hekk:

(e)

Fuq talba, l-osservaturi ICCAT għandhom ukoll ikollhom aċċess għat-tagħmir li ġej, jekk preżenti fuq il-bastimenti li għalih huma assenjati, sabiex jiffaċilitaw it-twettiq tad-dmirijiet tagħhom stipulati fil-paragrafu 4 tal-Anness VII:

i)

tagħmir tan-navigazzjoni bis-satellita;

ii)

skrin li juru r-radar meta jkunu qed jintużaw;

iii)

mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni;

(f)

L-osservaturi ICCAT għandhom jiġu pprovduti bl-akkomodazzjoni, inkluż fejn joqgħodu, ikel u faċilitajiet sanitarji xierqa, daqs dawk tal-uffiċjali;

(g)

L-osservaturi ICCAT għandhom jingħataw spazju adegwat fuq il-pont jew fil-kabina ta’ pilotaġġ għal xoghol klerikali, kif ukoll spazju abbord adegwat sabiex iwettqu kompiti ta’ osservazzzjoni; u

(h)

L-Istati Membri tal-bandiera għandhom jiżguraw li l-kaptani, l-ekwipaġġ, u s-sidien tar-razzett u tal-bastiment ma jfixklux, jintimidaw, jindaħlu, jikkorrompu jew jittantaw jikkorrompu osservatur ICCAT fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu/tagħha.

3.   L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-operazzjoni tal-osservaturi ICCAT għandhom jinġarru mill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom iżommu dawk l-ispejjeż, lill-operaturi tar-razzaett u s-sidien tal-purse seine.

4.   Il-Programm tal-Osservatur Reġjonali tal-ICCAT kif stipulat fl-Anness VIII għandu japplika fil-Komunità.

Artikolu 32

Aċċess għar-reġistrazzjonijiet vidjo

Kull Stat Membru għandu jiżgura li r-reġistrazzjonijiet vidjo tal-bastimenti tas-sajd u tal-irziezet tiegħu, inkluż reġistrazzjonijiet vidjo ta’ operazzjonijiet ta’ trasferiment u tqegħid fil-gaġeġ, ikunu disponibbli għall-ispetturi u l-osservaturi ICCAT.

Kull Stat Membru li taħt il-ġuridżdizzjoni tiegħu jinsab ir-razzett għandu jiżgura li r-reġistrazzjonijiet vidjo tal-bastimenti tas-sajd u tal-irziezet tiegħu, inkluż reġistrazzjonijiet vidjo ta’ operazzjonijiet ta’ trasferiment u tqegħid fil-gaġeġ, ikunu disponibbli għall-ispetturi u l-osservaturi ICCAT.

Artikolu 33

Infurzar

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri ta’ infurzar fir-rigward tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom, fejn ikun ġie stabbilit, skont il-liġi tagħhom li l-bastiment mhux konformi mal-Artikoli 4, 7, 8, 9, 17, 18, 19, 20, 21 u 23. Il-miżuri jistgħu jinkludu partikolarment, skont is-serjetà tar-reat u skont il-liġi nazzjonali tagħhom:

(a)

multi;

(b)

l-ikkonfiskar ta’ rkaptu u qabdiet illegali;

(ċ)

is-sekwestru tal-bastiment;

(d)

is-sospensjoni jew l-irtirar tal-awtorizzazzjoni għas-sajd;

(e)

tnaqqis jew irtirar tal-kwota tas-sajd, jekk applikabbli.

2.   Kull Stat Membru li taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu jinsab razzett tat-tonn għandu jieħu l-miżuri ta’ infurzar fir-rigward ta’ dak ir-razzett, fejn ikun ġie stabbilit, skont il-liġi tiegħu li dak ir-razzett ma jikkonformax mal-Artikoli 24 u 31(2) ta’ dan ir-Regolament u l-Artikoli 4a, 4b u 4c tar-Regolament (KE) Nru 1936/2001. Il-miżuri jistgħu jinkludu partikolarment, skont is-serjetà tar-reat u skont il-liġi nazzjonali tagħhom:

(a)

multi;

(b)

sospensjoni jew l-irtirar mir-reġistru tal-irziezet tat-tismin;

(ċ)

projbizzjoni mit-tqegħid fil-gaġeġ jew it-tqegħid fis-suq ta’ kwantitajiet ta’ tonn.

Artikolu 34

Miżuri tas-suq

1.   Għandhom ikunu pprojbiti l-kummerċ Komunitarju, il-ħatt, l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet, it-tqegħid f’gaġeġ għat-trobbija jew it-tismin, l-esportazzjonijiet mill-ġdid u t-trażbordi tat-tonn tal-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran li mhumiex akkumpanjati minn dokumentazzjoni preċiża, kompluta, u validata meħtieġa minn dan ir-Regolament u mir-rakkomandazzjoni 08-12 tal-ICCAT dwar il-programm ta’ dokumentazzjoni tal-qbil tat-tonn.

2.   Il-kummerċ Komunitarju, l-importazzjonijiet, il-ħatt, it-tqegħid f’gaġeġ għat-trobbija jew it-tismin, l-ipproċessar, l-esportazzjonijiet, l-esportazzjonijiet mill-ġdid u t-trażbordi ta’ tonn tal-Lvant tal-Atlantiku u tal-Mediterran maqbud minn bastimenti tas-sajd li l-Istat tal-bandiera tagħhom m’għandux kwota, limitu ta’ qabda jew allokazzjoni tal-isforz tas-sajd għat-tonn tal-Lvant tal-Atlantiku u tal-Mediterran, skont it-termini tal-miżuri ta’ ġestjoni u konservazzjoni tal-ICCAT, jew meta l-possibbiltajiet ta’ sajd tal-Istat tal-bandiera jkunu eżawriti, jew li l-kwoti individwali tagħhom jkunu eżawriti, għandhom ikunu pprojbiti. Abbażi tal-informazzjoni riċevuta mis-Segretarjat tal-ICCAT, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kollha li kwota ta’ PKK ġiet eżawrita.

3.   Il-kummerċ Komunitarju, l-importazzjonijiet, il-ħatt, l-ipproċessar, l-esportazzjonijiet minn irziezet għat-tismin jew għat-trobbija li ma jikkonformawx mar-Rakkomandazzjoni 2006 06-07 tal-ICCAT dwar it-trobbija tat-tonn għandhom ikunu pprojbiti.

Artikolu 35

Fatturi ta’ konverżjoni

Il-fatturi ta’ konverżjoni adottati mill-Kumitat Permanenti tal-ICCAT dwar ir-Riċerka u l-Istatistika għandhom japplikaw għall-kalkolu tal-piż sħiħ ekwivalenti tat-tonn ipproċessat.

Artikolu 36

Fatturi ta’ tkabbir għat-tonn imrobbi jew imsemmen

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu fatturi ta’ tkabbir li jiġu applikati għat-tonn imsemmen jew imrobbi fil-gaġeġ tagħhom u għandhom jinnotifikaw dawn il-fatturi u l-metodoloġija użata lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Settembru 2009. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT u l-Kumitat Permanenti tal-ICCAT dwar ir-Riċerka u l-Istatistika.

Artikolu 37

Evalwazzjoni

Kull Stat Membru għandu jippreżenta kull sena sal-15 ta’ Settembru lill-Kummissjoni rapport dettaljat dwar l-implimentazzjoni tiegħu tar-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta kull sena sal-15 ta’ Ottubru lis-Segretarjat ICCAT rapport dettaljat dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni ICCAT 08-05.

Artikolu 38

Finanzjament

Il-pjan multi-annwali ta’ rkupru għat-tonn tal-Lvant tal-Atlantiku u tal-Mediterran għandu jitqies li huwa pjan ta’ rkupru fi ħdan it-tifsira tal-Artiklu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 39

Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 1559/2007

1.   Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1559/2007 huwa b’dan imħassar.

2.   Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness IX.

Artikolu 40

Emendi għar-Regolamenti (KE) Nru 43/2009 u (KE) 1936/2001

1.   L-Artikoli 92 u 93 tar-Regolament (KE) Nru 43/2009 għandhom jiġu mtħassra.

2.   L-Artikolu 4a(5) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1936/2001 kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 869/2004 (10), għandu jiġi mħassar.

Artikolu 41

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament f’kull Stat Membru.

Magħmul fil-Lussemburgu, 6 ta’ April 2009.

Ghall-Kunsill

Il-President

J. POSPÍŠIL


(1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2009 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 162, 18.6.1986, p. 33.

(3)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(4)  ĠU L 340, 22.12.2007, p. 8.

(5)  ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1.

(6)  ĠU L 5, 9.1.2004, p. 25.

(7)  ĠU L 263, 3.10.2001, p. 1.

(8)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(9)  ĠU L 333, 20.12.2003, p. 17.

(10)  ĠU L 162, 30.4.2004, p. 8.


ANNESS I

Kundizzjonijiet speċifiċi addizzjonali

Dawn il-kundizzjonijiet speċifiċi addizzjonali japplikaw għall-bastimenti tas-sajd bil-qasba u bir-rixa fil-Lvant tal-Atlantiku, għall-bastimenti li jistadu għat-tonn fil-Baħar Adrijatiku għall-iskopijiet ta’ trobbija, u għas-sajd artiġjanali minn max-xtut għall-ħut frisk b’bastimenti tas-sajd bil-qasba, bil-konz u fuq l-idejn fil-Baħar Mediterran.

1.

(a)

Kull Stat Membru għandu jiżgura li bastimenti li nħarġitilhom awtorizzazzjoni speċjali tas-sajd jiġu inklużi fil-lista li fiha isimhom u n-numru tagħhom fir-reġistru tal-flotta Komunitarja (CFR) kif definit fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004. L-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjoni speċjali tas-sajd biss meta bastiment ikun iddaħħal fir-reġistru tal-ICCAT ta’ bastimenti tal-qbid awtorizzati li jistadu attivament għat-tonn.

(b)

Sal-15 ta’ Jannar ta’ kull sena, kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-lista msemmija fil-punt (a) u l-emendi sussegwenti kollha f’forma li tinqara mill-kompjuter.

(ċ)

Kull bidla sussegwenti m’għandhiex tiġi aċċettata sakemm bastiment tal-qbid innotifikat ma jinżammx milli jieħu sehem minħabba raġunijiet operattivi leġittimi jew force majeure. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-Istat Membru konċernat għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni, billi jipprovdi:

i)

dettalji sħaħ tas-sostituzzjoni maħsuba tal-bastiment tal-qbid imsemmi fil-paragrafu 3;

ii)

rendikont komprensiv tar-raġunijiet li jiġġustifikaw is-sostituzzjoni u kwalunkwe evidenza jew referenzi rilevanti ta’ appoġġ.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat minnufih l-emendi lis-Segretarjat tal-ICCAT.

2.

(a)

Għandu jkun ipprojbit il-ħatt u/jew it-trażbord minn bastimenti tal-qbid msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ kwalunkwe kwantità ta’ tonn maqbud fi kwalunkwe post ieħor għajr il-portijiet innominati mill-Istati Membri jew mill-PKK.

(b)

L-Istati Membri għandhom jinnominaw post li jintuża għall-ħatt jew post qrib ix-xatt (portijiet innominati) fejn il-ħatt jew operazzjonijiet ta’ trażbord tat-tonn ikunu permessi.

(ċ)

Biex port jingħażel bħala port innominat, l-Istat Membru tal-port għandu jispeċifika l-ħinijiet u l-postijiet permessi għall-ħatt. L-Istat Membru tal-port għandu jiżura kopertura sħiħa tal-ispezzjoni fil-ħinijiet u l-postijiet kollha tal-ħatt.

(d)

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Frar ta’ kull sena, lista ta’ portijiet innominati. Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT qabel l-1 ta’ Marzu ta’ kull sena.

3.

Kull Stat Membru għandu jiżgura li kull ħatt jgħaddi minn spezzjoni fil-port.

4.

Kull Stat Membru għandu jimplimenta reġim għar-rappurtar tal-qabdiet li jiżgura monitoraġġ effettiv tal-utilizzazzjoni tal-kwota ta’ kull bastiment tal-qbid.

5.

Il-kaptan tal-bastiment tal-qbid għandu jiżgura li kwalunkwe kwantità ta’ tonn li nħattet f’port innominat għandha tintiżen qabel l-ewwel bejgħ jew qabel ma tiġi ttrasportata x’imkien ieħor mill-port tal-ħatt.

6.

Il-qabdiet tat-tonn ma jistgħux jiġu offerti għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari, ikun xi jkun il-metodu tat-tqegħid fis-suq, sakemm immarkar jew tikkettar xieraq ma jindikax:

(a)

l-ispeċi u l-irkaptu tas-sajd li ntuża;

(b)

iż-żona tal-qabda u d-data.

7.

Stati Membri li l-bastimenti tagħhom tas-sajd bil-qasba, bir-rixa, bil-konz u fuq l-idejn ikunu awtorizzati jistadu għat-tonn għandhom idaħħlu rekwiżiti kif ġej għat-tikketti tad-denb:

(a)

it-tikketti tad-denb għandhom jitwaħħlu fuq kull tonna immedjatament malli tinħatt;

(b)

kull tikketta tad-denb għandu jkollha numru uniku ta’ identifikazzjoni u tkun inkluża fid-dokument ta’ statistika dwar it-tonn u indikata fuq barra ta’ kwalunkwe pakkett li fih it-tonn.


ANNESS II

Speċifikazzjoni għall-kotba ta’ abbord

Speċifikazzjonijiet minimi għall-kotba ta’ abbord:

1.

il-ktieb ta’ abbord irid ikollu l-folji nnumerati;

2.

il-ktieb ta’ abbord irid jiġi kkompletat kuljum (f’nofsillejl) u qabel kull wasla fil-port;

3.

il-ktieb ta’ abbord irid jimtela fil-każ ta’ spezzjonijiet fuq il-baħar;

4.

kopja waħda tal-folji trid tibqa’ mwaħħla mal-ktieb ta’ abbord;

5.

il-kotba ta’ abbord iridu jinżammu abbord sabiex ikopru perjodu ta’ sena waħda ta’ ħidma.

Informazzjoni standard minima għall-kotba ta’ abbord:

1.

l-isem tal-kaptan u l-indirizz;

2.

id-dati u l-portijiet tat-tluq, dati u portijiet tal-wasla;

3.

l-isem tal-bastiment, in-numru tar-reġistru, in-numru tal-ICCAT u n-numru tal-IMO (jekk disponibbli). Fil-każ ta’ operazzjonijiet konġunti ta’ sajd, l-ismijiet tal-bastimenti, in-numri tar-reġistru, in-numru tal-ICCAT u n-numru IMO (jekk disponibbli) tal-bastimenti kollha involuti fl-operazzjoni;

4.

l-irkaptu tas-sajd:

(a)

il-kodiċi FAO tat-tip;

(b)

qisien (eż., tul, daqs tal-malji, numru ta’ snanar);

5.

operazzjonijiet fuq il-baħar b’xolfa waħda (minimu) kull jum tal-vjaġġ, u pprovdi:

(a)

l-attività (eż. sajd, tbaħħir…);

(b)

pożizzjoni: pożizzjonijiet eżatti kuljum (fi gradi u minuti), reġistrati għal kull operazzjoni ta’ sajd jew f’nofs in-nhar meta ma jkunx seħħ sajd matul dak il-jum;

(c)

rapport tal-qabdiet;

6.

identifikazzjoni tal-ispeċi:

(a)

skont il-kodiċi FAO;

(b)

piż sħiħ (RWT) f’kg kull jum;

7.

il-firma tal-kaptan;

8.

firma tal-osservatur (jekk applikabbli);

9.

mezzi ta’ kejl tal-piż: stima, użin abbord;

10.

il-ktieb ta’ abbord jinżamm f’ekwivalenti ta’ piż ħaj ta’ ħut u jsemmi l-fatturi ta’ konverżjoni li ntużaw fl-evalwazzjoni.

Informazzjoni minima fil-każ ta’ ħatt, trażbord/trasferiment:

1.

dati u l-port tal-ħatt/trażbord/trasferiment;

2.

il-prodotti:

(a)

il-preżentazzjoni;

(b)

għadd ta’ ħut jew kaxxi u kwantità f’kg;

3.

Firma tal-kaptan jew aġent tal-bastiment.


ANNESS III

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

Formola ta’ Rappurtar dwar il-qabdiet

Il-bandiera

Numru ICCAT

Isem il-bastiment

Data tal-bidu tar-rapport

Data tat-tmiem tar-rapport

Report duration (d)

Tul tar-rapport (jiem)

Data tal-Qbid

Maqbud

Piż Attribwit f’każ ta’ operazzjoni ta’ sajd konġunta (kg)

Latitudini

Lonġitudini

Piż (kg)

Numru ta’ Biċċiet

Piż Medju (kg)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


ANNESS V

Operazzjoni konġunta tas-sajd

Stat tal-Bandiera:

Isem il-bastiment

Nru ICCAT

Tul l-operazzjoni

L-identità tal-operaturi

Il-kwoti tal-bastimenti individwali

Kodiċi ta’ allokazzjoni għal kull bastiment

Destinazzjoni tal-irziezet tat-trobbija u tat-tismin

PKK

Nru ICCAT

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Data …

Validazzjoni tal-Istat tal-Bandiera …


ANNESS VI

L-iskema tal-ICCAT dwar l-ispezzjoni internazzjonali konġunta

L-ICCAT qablet fir-Raba’ Laqgħa Regolari tagħha (Madrid, Novembru 1975) u fil-Konferenza Annwali tagħha f’Marrakesh fl-2008 li:

Skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu IX tal-Konvenzjoni, il-Kummissjoni ICCAT tirrakkomanda l-istabbiliment tal-arranġamenti li ġejjin għal kontroll internazzjonali ‘l hinn mill-ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali għall-fini li tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni u l-miżuri fis-seħħ fiha:

I.   INFRAZZJONIJIET SERJI

1.

Għall-finijiet ta’ dawn il-proċeduri, infrazzjoni serja tfisser l-infrazzjonijiet li ġejjin tad-dispożizzjonijiet tal-miżuri tal-ICCAT dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni adottati mill-Kummissjoni:

(a)

sajd mingħajr liċenzja, permess jew awtorizzazzjoni maħruġ mill-PKK tal-bandiera;

(b)

in-nuqqas ta’ żamma ta’ reġistri suffiċjenti ta’ dejta dwar il-qabdiet u relatata mal-qabdiet skont ir-rekwiżiti ta’ rappurtar tal-Kummissjoni jew rappurtar ħażin ta’ dejta bħal din dwar il-qabdiet u/jew marbuta mal-qabdiet;

(c)

sajd f’żona magħluqa;

(d)

sajd waqt staġun magħluq;

(e)

it-teħid jew iż-żamma intenzjonali ta’ speċijiet bi ksur ta’ kwalunkwe miżura applikabbli ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottata mill-ICCAT;

(f)

infrazzjoni sinifikanti tal-limiti tal-qbid jew kwota fis-seħħ in segwitu għar-regoli ICCAT;

(g)

l-użu ta’ rkaptu pprojbit;

(h)

il-falsifikazzjoni jew il-ħabi tal-marki, l-identità jew ir-reġistrazzjoni ta’ bastiment tas-sajd;

(i)

il-ħabi, it-tbagħbis jew it-twarrib tax-xhieda li jkollha x’taqsam ma’ investigazzjoni;

(j)

infrazzjonijiet multipli li meħuda flimkien jikkostitwixxu nuqqas serju ta’ osservanza tal-miżuri in segwitu għall-ICCAT;

(k)

attakk, reżistenza, intimidazzjoni, fastidju sesswali, indħil, jew tfixkil u tidwim bla bżonn fil-konfront ta’ spettur jew osservatur awtorizzat;

(l)

tbagħbis jew diżattivazzjoni intenzjonali tal-VMS;

(m)

infrazzjonijiet oħrajn simili kif jistgħu jiġu ddeterminati mill-ICCAT, ġaladarba dawn jiġu inklużi u ċċirkolati f’verżjoni riveduta ta’ dawk il-proċeduri;

(n)

sajd bl-assistenza ta’ ajruplani ta’ lokalizzazzjoni;

(o)

indħil fis-sistema tal-monitoraġġ bis-satellita u/jew operazzjonijiet mingħajr is-sistema VMS;

(p)

l-attività tat-trasferiment mingħajr dikjarazzjoni tat-trasferiment.

2.

Fil-każ ta’ kwalunkwe tlugħ abbord jew spezzjoni fuq bastiment tas-sajd waqt li l-ispetturi awtorizzati josservaw attività jew kundizzjoni li tsita’ tikkostitwixxi infrazzjoni serja, kif definita fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet tal-bastimenti tal-ispezzjoni għandhom jinnotifikaw minnufih l-awtoritajiet tal-bastiment tas-sajd, direttament kif ukoll permezz tas-Segretarjat tal-ICCAT.

3.

Il-PKK tal-bandiera għandu jiżgura li, wara l-ispezzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Anness, il-bastiment tas-sajd konċernat iwaqqaf kull attività tas-sajd. Il-PKK tal-bandiera għandu jiżgura li l-bastiment tas-sajd jipproċedi minnufih lejn port innominat minnha, fejn tinbeda investigazzjoni.

Jekk il-bastiment ma jissejjaħx biex imur f’port, il-PKK għandha tipprovdi ġustifikazzjoni f’waqtha lis-Segretarju Eżekuttiv, li jagħmel din id-dikjarazzjoni disponibbli fuq talba lil partijiet Kontraenti oħra.

II.   TMEXXIJA TAL-ISPEZZJONIJET

4.

Il-kontroll għandu jsir permezz ta’ spetturi tas-servizzi għall-kontroll tas-sajd tal-Gvernijiet Kontraenti. L-ismijiet tal-ispetturi maħtura għal dik il-fini mill-gvernijiet rispettivi tagħhom għandhom ikunu mgħarrfa lill-Kummissjoni ICCAT.

5.

Bastimenti li jġorru lill-ispetturi għandhom itajru bandiera jew fjamma approvati mill-Kummissjoni sabiex jindikaw li l-ispettur għaddej bid-dmirijiet ta’ spezzjoni internazzjonali tiegħu. L-ismijiet tal-bastimenti użati għal dak il-għan f’dak il-mument, li jistgħu jkunu bastimenti speċjali ta’ spezzjoni jew bastimenti tas-sajd, għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni ICCAT, malajr kemm jista’ jkun.

6.

Kull spettur għandu jġorr dokument tal-identità pprovdut mill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera f’forma kif murija fil-paragrafu 17 ta’ dan l-Anness u li taħtru billi tiddikjara li għandu l-awtorità li jaġixxi skont l-arranġamenti approvati mill-Kummissjoni ICCAT. Dan id-dokument tal-identità għandu jkun validu għal minimu ta’ ħames snin.

7.

Soġġett għall-arranġamenti miftiehma taħt il-paragrafu 12, bastiment impenjat f’dak il-mument fis-sajd għat-tonn jew ħut bħat-tonn fiż-Żona tal-Konvenzjoni ‘l barra mill-ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali għandu jieqaf hekk kif jingħata s-sinjal xieraq fil-Kodiċi Internazzjonali dwar is-Sinjali minn bastiment li għandu fuqu spettur dment li ma jkunx qed iwettaq operazzjonijiet ta’ sajd, fejn jekk dan ikun il-każ, għandu jieqaf hekk kif ikun temm dawn l-operazzjonijiet. Il-kaptan (1) tal-bastiment għandu jippermetti lill-ispettur, li jista’ jkun akkumpanjat minn xhud, li jitla’ abbord. Il-kaptan għandu jippermetti lill-ispettur jagħmel dan l-eżami tal-qabda jew tal-irkaptu u ta’ kwalunkwe dokument rilevanti li l-ispettur jikkunsidra meħtieġ biex jivverifika l-osservanza tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ICCAT li huma fis-seħħ fir-rigward tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment konċernat u l-ispettur jista’ jitlob għal kwalunkwe spjegazzjoni li hu jikkunsidra meħtieġa.

8.

Meta jitla’ abbord, spettur għandu jipprovdi d-dokument imsemmi fil-punt (6) hawn fuq. L-ispezzjonijiet għandhom isiru sabiex il-bastiment isofri l-inqas tfixkil u inkonvenjenza possibbli u d-degradazzjoni tal-kwalità tal-ħut tkun evitata. Spettur għandu jillimita l-inkjesta tiegħu għall-aċċertazzjoni tal-osservazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ICCAT li huma fis-seħħ fir-rigward tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment konċernat. Matul l-eżami tiegħu kwalunkwe spettur jista’ jistaqsi lill-kaptan għal kwalunkwe assistenza li jista’ jeħtieġ. Huwa għandu jfassal rapport dwar l-ispezzjoni tiegħu f’forma approvata mill-Kummissjoni ICCAT. Huwa għandu jiffirma r-rapport fil-preżenza tal-kaptan tal-bastiment li għandu jkun intitolat iżid jew jordna li tiġi miżjuda fir-rapport kwalunkwe osservazzjoni li hu jaħseb li hi xierqa u għandu jiffirma tali osservazzjonijiet. Kopji tar-rapport għandhom jingħataw lill-kaptan tal-bastiment u lill-gvern tal-ispettur li għandu jgħaddi kopji lill-awtoritajiet xierqa tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment u lill-Kummissjoni ICCAT. Fejn jinsab ksur tar-rakkomandazzjonijiet l-ispettur għandu, fejn possibbli, jinforma wkoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-istat tal-bandiera, kif notifikat lill-Kummissjoni ICCAT, u lil kwalunkwe bastiment ta’ spezzjoni tal-Istat tal-bandiera li huwa magħruf li jinsab fil-viċinanzi.

9.

Reżistenza għal spettur jew nuqqas ta’ rispett għall-istruzzjonijiet tiegħu għandhom jitqiesu mill-Istat tal-bandiera tal-bastiment bl-istess mod li titqies reżistenza għal kwalunkwe spettur ta’ dak l-istat jew nuqqas ta’ rispett għall-istruzzjonijiet tiegħu.

10.

L-ispettur għandu jaqdi dmirijietu taħt dawn l-arranġamenti skont ir-regoli stipulati f’din ir-rakkomandazzjoni, iżda għandhom jibqgħu taħt il-kontroll operattiv tal-awtoritajiet nazzjonali tagħhom u għandhom ikunu responsabbli lejhom.

11.

Il-Gvernijiet Kontraenti għandhom jikkunsidraw u jieħdu passi fuq rapporti ta’ spetturi barranin taħt dawn l-arranġament fuq bażi simili, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, għar-rapporti mill-ispetturi nazzjonali. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu m’għandhomx jimponu obbligu fuq Gvern Kontraenti biex jagħti valur ogħla lil rapport ta’ spettur barrani minn dak li kieku jkollu fil-pajjiż tal-ispettur stess. Il-Gvernijiet Kontraenti għandhom jikkollaboraw biex jiffaċilitaw proċedimenti ġudizzjarji jew oħra li jsiru b’riżultat ta’ rapport ta’ spettur taħt dawk l-arranġamenti.

12.

(a)

Il-Gvernijiet Kontraenti għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni ICCAT sal-1 ta’ Marzu ta’ kull sena bil-pjanijiet proviżorji għall-parteċipazzjoni f’dawn l-arranġament matul is-sena ta’ wara u l-Kummissjoni tista’ tagħmel suġġerimenti lill-Gvernijiet Kontraenti għall-koordinament tal-operazzjonijiet nazzjonali f’dan il-qasam inklużi l-għadd ta’ spetturi u bastimenti li jġorru l-ispetturi.

(b)

l-arranġamenti mniżżla f’din ir-rakkomandazzjoni u l-pjanijiet għall-parteċipazzjoni għandhom japplikaw bejn il-Gvernijiet Kontraenti sakemm mhux maqbul mod’ieħor bejniethom; u tali qbil għandu jiġi notifikat lill-Kummissjoni tal-ICCAT:

dment madankollu, li l-implimentazzjoni tal-iskema għandha tkun sospiża bejn żewġ Partijiet Kontraenti jekk wieħed minnhom ikun innotifika lill-Kummissjoni ICCAT għaldaqstant, sakemm jiġi kkompletat ftehim.

13.

(a)

L-irkaptu tas-sajd għandu jiġi spezzjonat skont ir-regolamenti fis-seħħ għas-sub-żona li fiha sseħħ l-ispezzjoni. L-ispettur għandu jiddikjara n-natura ta’ dan il-ksur f’dan ir-rapport;

(b)

l-ispetturi għandu jkollhom l-awtorità jispezzjonaw l-irkaptu kollu li qed jintuża jew dak l-irkaptu li jinsab fuq il-gverta lest biex jintuża.

14.

L-ispettur għandu jwaħħal marka ta’ identifikazzjoni approvata mill-Kummissjoni ICCAT ma’ kwalunkwe rkaptu spezzjonat li jidher li hu fi ksur tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-ICCAT fis-seħħ fir-rigward tal-istat tal-bandiera tal-bastiment konċernat u għandu jirreġistra dan il-fatt fir-rapport tiegħu.

15.

L-ispettur jista’ jieħu ritratti tal-irkaptu b’tali mod li juri dawk il-karatteristiċi li fil-fehma tiegħu ma jkunux f’konformità mar-regolament fis-seħħ, f’liema każ l-elementi li tagħhom jittieħdu r-ritratti għandhom jiġu elenkati fir-rapport u kopji tar-ritratti għandhom ikunu mehmuża mal-kopja tar-rapport lill-Istat tal-bandiera.

16.

L-ispettur għandu jkollu l-awtorità, suġġett għal kull limitazzjoni imposta mill-Kummissjoni ICCAT, li jeżamina l-karatteristiċi tal-qabdiet sabiex jistabbilixxi jekk ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT humiex qed jiġu osservati. Huwa għandu jirrapporta s-sejbiet tiegħu lill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment spezzjonat malajr kemm jista’ jkun. (Rapport Biennali 1974/75, Parti II).

17.

Mudell ġdid propost għall-Karta tal-Identità tal-ispetturi:

Image


(1)  Il-kaptan tirreferi għall-individwu inkarigat mill-bastiment.


ANNESS VII

Programm tal-Osservatur Reġjonali

L-ASSENJAZZJONI TAL-OSSERVATURI

1.

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, sal-15 ta’ Jannar ta’ kull sena, lista tal-osservaturi tiegħu.

2.

L-osservaturi għandu jkollhom il-kwalifiki li ġejjin biex iwettqu l-kompiti tagħhom:

(a)

esperjenza biżżejjed biex jidentifikaw l-ispeċi ta’ ħut u l-irkaptu;

(b)

għarfien sodisfaċenti tal-miżuri tal-ICCAT dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni ivvalutati minn ċertifikat ipprovdut mill-Istati Membri u bbażat fuq il-linji gwida tal-ICCAT dwar it-taħriġ;

(c)

il-ħila li jirreġsitraw u josservaw bi preċiżjoni;

(d)

għarfien sodisfaċenti tal-ilsien tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jew tar-razzett osservat.

L-OBBLIGI TAL-OSSERVATUR

3.

L-osservaturi għandhom:

(a)

ikunu lestew it-taħriġ tekniku meħtieġ mil-linji gwida stabbiliti mill-ICCAT;

(b)

ikunu ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri;

(c)

ikunu kapaċi jwettqu d-dmiriijiet stipulati fil-punt 48 taħt;

(d)

ikunu inklużi fil-lista tal-osservaturi miżmuma mill-ICCAT;

(e)

ma jkollhomx interessi kurrenti finanzjarji jew benefiċjarji fl-industrija tat-tonn.

IL-KOMPITI TAL-OSSERVATUR

4.

Il-kompiti tal-osservatur għandhom ikunu, b’mod partikolari, li:

(a)

Fir-rigward tal-osservatur fuq il-bastimenti li jistadu bil-purse seine, li jimmonitorjaw il-konformità tal-bastimenti li jistadu bil-purse seine mal-miżuri rilevanti tal-ICCAT dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni adottati mill-Kummissjoni. B’mod partikolari l-osservaturi għandhom:

i)

jirreġistraw u jirrapportaw dwar l-attivitajiet tas-sajd imwettqa;

ii)

josservaw u jistmaw il-qabdiet u jivverifikaw l-entrati li jsiru fil-ktieb ta’ abbord;

iii)

joħorġu rapport ta’ kuljum dwar l-attivitajiet ta’ trasferiment tal-bastiment li jistad bil-purse seine;

iv)

jillokalizzaw u jirreġistraw bastimenti li jistgħu jkunu qed jistadu bi ksur tal-miżuri tal-ICCAT dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni;

v)

jirreġistraw u jirrapportaw dwar l-attivitajiet tat-trasferiment imwettqa;

vi)

jivverifikaw il-pożizzjoni tal-bastiment meta jkun involut f’attività tat-trasferiment;

vii)

josservaw u jistmaw il-prodotti trasferiti, inkluż billi jeżaminaw id-dokumentazzjoni tal-ġbid vidjo;

viii)

jivverifikaw u jirreġistraw isem il-bastiment tas-sajd konċernat u n-numru ICCAT tiegħu;

ix)

iwettqu xogħol xjentifiku bħall-ġbir ta’ dejta dwar Task II meta meħtieġa mill-Kummissjoni, skont id-direttivi mill-SCRS;

(b)

fir-rigward tal-osservaturi fl-irziezet, il-monitoraġġ tal-konformità tar-razzett mal-miżuri rilevanti tal-ICCAT dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni adottati mill-ICCAT. B’mod partikolari l-osservaturi għandhom:

i)

jivverifikaw id-dejta li hemm fid-dikjarazzjoni tat-trasferiment u d-dikjarazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ, inkluż billi jeżaminaw id-dokumentazzjoni tal-ġbid vidjo;

ii)

jiċċertifikaw id-dejta li hemm fid-dikjarazzjoni tat-trasferiment u d-dikjarazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ;

iii)

joħorġu rapport ta’ kuljum dwar l-attivitajiet ta’ trasferiment tal-irziezet;

iv)

jikkontrofirmaw id-dikjarazzjoni tat-trasferiment u d-dikjarazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ;

v)

iwettqu xogħol xjentifiku bħall-ġbir ta’ kampjuni, kif meħtieġ mill-Kummissjoni, skont id-direttivi mill-SCRS;

(c)

jistabbilixxu rapporti ġenerali li jikkompilaw tagħrif miġbur skont dan il-paragrafu u jipprovdu lill-kaptan u lill-operatur tar-razzett l-opportunità li jinkudu fihom kwlaukwe tagħrif rilevanti;

(d)

jippreżentaw lis-Segretarjat Ġenerali r-rapport ġenerali msemmi fuq fi żmien 20 jum minn tmiem il-perjodu tal-osservazzjoni;

(e)

iwettqu funzjonijiet oħra kif definiti mill-Kummissjoni.

5.

L-osservaturi għandhom jitrattaw bħala kunfidenzjali kull tagħrif fir-rigward tal-operazzjonijiet tas-sajd u tat-trasferiment tas-sajjieda bil-purse seine u tal-irziezet u jaċċettaw dan ir-rekwiżit bħala kundizzjoni tal-ħatra bħala osservatur.

6.

L-osservaturi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-liġijiet u r-regolamenti tal-Istat tal-bandiera jew tar-razzett li jeżerċita ġuriżdizzjoni fuq il-bastiment jew fuq ir-razzett li għalih huwa assenjat l-osservatur.

7.

L-osservaturi għandhom jirrispettaw il-ġerarkija u r-regoli ġenerali tal-imġiba li japplikaw għall-persunal kollha tal-bastimenti u tal-irziezet, dejjem sakemm dawn ir-regoli ma jxekklux id-dmirijiet tal-osservatur taħt dan il-programm u l-obbligi tal-persunal tal-bastimenti u tal-irziezet stipulati fl-Artikolu 31.


ANNESS VIII

Format għall-komunikazzjoni tal-messaġġi tas-Sistema tal-Monitoraġġ tal-Bastiment

Element tad-dejta

Kodiċi

Obbligatorju/Fakultattiv

Tip

Kontenut

Definizzjoni

Bidu tar-reġistrazzjoni

SR

M

 

 

Dettall tas-sistema; jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

L-indirizz

AD

M

Char*3

Indirizz ISO 3166

Dettall tal-messaġġ; destinazzjoni; “KEE” għall-Kummissjoni

Minn

FR

M

Char*3

Indirizz ISO 3166

Dettall tal-messaġġ; Kodiċi ISO-3 tal-parti kontraenti li qed tittrażmetti

Numru tas-Sekwenza

SQ

O

Num*6

NNNNNN

Dettall tal-messaġġ; in-numru tas-serje tal-messaġġ fis-sena kurrenti

Tip ta’ messaġġ

TM

M

Char*3

Kodiċi

Dettall tal-messaġġ; tip ta’ messaġġ, “POS” bħala rapport/messaġġ ta’ pożizzjoni li għandu jiġi kkomunikat mill-VMS jew mezzi oħra minn bastimenti b’mezz għall-ittraċċar bis-satellita li huwa difettuż

Kodiċi tas-sinjal tar-radju

RC

O (1)

Char*7

Kodiċi IRCS

Dettall tar-reġistrazzjoni tal-bastiment; kodiċi tas-sinjal tar-radju tal-bastiment

Numru tal-vjaġġ

TN

O

Num*3

NNN

Dettall tal-attività; in-numru tas-serje tal-vjaġġ tas-sajd fis-sena kurrenti

Isem il-bastiment

NA

O

Char*30

 

Dettall tar-reġistrazzjoni tal-bastiment; isem il-bastiment

Numru ta’ referenza intern għall-parti kontraenti

IR

O (1)

Char*12

ISO-3166 + Kodiċi

Dettalji tar-reġistrazzjoni tal-bastiment; in-numru uniku tal-bastiment ta’ Parti Kontraenti bħala kodiċi ISO-3 tal-Istat tal-bandiera segwit minn numru

Numru tar-reġistrazzjoni esterna

XR

O (1)

Char*14

 

Numru tal-ġenb tal-bastiment jew tan-numru IMO fin-nuqqas ta’ numru tal-ġenb

Latitudni (deċimali)

LT

M

Char*7

+/-DD.ddd

Dettall tal-attività; pożizzjoni fil-ħin tat-trażmissjoni;

Lonġitudni (deċimali)

LG

M

Char*8

+/-DDD.ddd

Dettall tal-attività; pożizzjoni fil-ħin tat-trażmissjoni;

Rotta

CO

M

Char*3

Skala ta’ 360 ° grad

Rotta tal-bastiment

Veloċità

SP

M

Char*3

Knots * 10

Veloċità tal-bastiment

Test liberu

MS

O

Char*255

Allarmi jew avvenimenti

Notifikazzjoni ta’ allarmi jew avvenimenti

Id-data

DA

M

Num*8

YYYYMMDD

Dettall tal-messaġġ; id-data tat-trażmissjoni

Ħin

TI

M

Num*4

HHMM

Dettall tal-messaġġ; il-ħin tat-trażmissjoni

Tmiem tar-reġistrazzjoni

ER

M

 

 

Dettall tas-sistema; jindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni

Eżempju ta’ messaġġ mibgħut bi “Trackwell protocol” fuq sistema tat-test (httpsgwt)

https://fides.ec.europa.eu/httpsgwt.index.php?application=CYP&method=send&message=//SR//AD/EEC//FR/CYP//SQ/28285//TM/POS//RC/ZWXS//TN/001//NA/LA GROSSE POULE//IR/CYP000000123//XR/ZZ-0604//LT/+47.612//LG/-47.528//CO/280//SP/23//MS/SWITCHING on VMS//DA/20080307//TI//ER//


(1)  Huwa obbligatorju mill-inqas wieħed mill-kodiċijiet RC, IR jew XR


ANNESS IX

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 1559/2007

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

 

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 7

Artikolu 6

Artikolu 8

Artikolu 7

Artikolu 9

Artikolu 8

Artikolu 10

Artikolu 9

Artikolu 11

Artikolu 10

Artikolu 12

Artikolu 11

Artikolu 13

Artikolu 12

Artikolu 14

Artikolu 13

Artikolu 15

Artikolu 14

Artikolu 17

Artikolu 15

Artikolu 18

Artikolu 16

Artikolu 19

Artikolu 17

Artikolu 20

Artikolu 18

Artikolu 21

Artikolu 19

Artikolu 23

Artikolu 20

Artikolu 24

Artikolu 21

Artikolu 26

Artikolu 22

Artikolu 27

Artikolu 23

Artikolu 28

Artikolu 24

Artikolu 29

Artikolu 25

Artikolu 30

Artikolu 26

Artikolu 33

Artikolu 27

Artikolu 34

Artikolu 28

Artikolu 35

Artikolu 29

Artikolu 38


Top