This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0295
Commission Regulation (EC) No 295/2009 of 18 March 2009 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 295/2009 tat- 18 ta' Marzu 2009 rigward il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 295/2009 tat- 18 ta' Marzu 2009 rigward il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
ĠU L 95, 9.4.2009, pp. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
9.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 95/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 295/2009
tat-18 ta' Marzu 2009
rigward il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni b’mod uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri rigward il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati ma’ kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanizja msemmija fil-kolonna 1 tat-tabella mfassla fl-Anness għandha tkun ikklassifikata taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2, għar-raġunijiet imsemmijin fil-kolonna 3 ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna 2 ta' dik it-tabella.
L-Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja li torbot, maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||
|
Tagħmir imqiegħed għall-bejgħ bl-imnut li jikkonsisti f’apparat diġitali li għandu l-għata ta’ barra tiegħu intiż biex jirreġistra u jirriproduċi ħsejjes u immaġini f’formati varji, u li kapaċi jirċievi dejta minn sorsi varji (pereżempju, riċevituri televiżivi bis-satellita, apparat awtomatiku li jipproċessa d-dejta, vidjokamera) u elementi varji bħal connector cables, CD-ROM, manwal, viti u tornavit. L-apparat jinkorpora tavla b'ċirkwit stampat bl-elementi attivi u passivi (meħtieġa għar-reġistrazzjoni u r-riproduzzjoni tal-ħoss u tal-istampa) inkluż mikroproċessur. Huwa mgħammar bl-interfaces li ġejjin:
Huwa mgħammar ukoll b’buttuni tal-kontroll (power, play, pause, volume) u riċevitur infrared għar-remote control. L-apparat huwa ddiżinjat biex jinkorpora hard disk. |
8521 90 00 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1, 2(a), 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 1 mat-Taqsima XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 8521 , u 8521 90 00 . Minħabba li l-apparat għandu l-elettronika kollha biex jitħaddmu l-funzjonijiet tal-intestatura 8521 , minbarra l-hard disk, u minħabba li dawn il-komponenti, anke fin-nuqqas ta’ hard disk, ma jistgħux jintużaw għal funzjonijiet oħrajn għajr għar-reġistrazzjoni u r-riproduzzjoni ta’ ħsejjes u immaġini, għandu jiġi kkunsidrat li għandu, permezz tar-Regola Ġenerali 2(a), il-karattru essenzjali ta’ prodott komplut u lest skont l-intestatura 8521 . Għaldaqstant il-fatt li l-apparat ma jinkorporax hard disk m’għandux jimpedixxi milli jkun ikklassifikat bħala prodott komplut u lest. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8522 bħala parti adattata għall-użu biss jew prinċipalment ma’ apparat tal-intestatura 8521 huwa għalhekk eskluż. Għalhekk, l-apparat għandu jkun ikklassifikat taħt l-intestatura 8521 bħala apparat li jirreġistra jew jirriproduċi l-vidjo. It-tornavit għandu jkun ikklassifikat mal-apparat, sabiex dan jintrama u jkun mantenut, permezz tan-Nota Addizzjonali 1 għas-sezzjoni XVI. |