Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0286

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 286/2009 tas- 7 ta' April 2009 li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Melva de Andalucía (IĠP), Caballa de Andalucía (IĠP), Ovos Moles de Aveiro (IĠP), Castagna di Vallerano (DPO)]

    ĠU L 94, 8.4.2009, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/286/oj

    8.4.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 94/15


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 286/2009

    tas-7 ta' April 2009

    li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Melva de Andalucía (IĠP), Caballa de Andalucía (IĠP), Ovos Moles de Aveiro (IĠP), Castagna di Vallerano (DPO)]

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjonijiet ta’ Spanja biex tirreġistra d-denominazzjonijiet “Melva de Andalucía” u “Caballa de Andalucía”, l-applikazzjoni tal-Portugall biex jirreġistra d-denominazzjoni “Oves Moles de Aveiro” u l-applikazzjoni tal-Italja biex tirreġistra d-denominazzjoni “Castagna di Vallerano” ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

    (2)

    Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom jiġu rreġistrati,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Id-denominazzjonijiet li jidhru fl-Anness għal dan ir-Regolament huma b'dan irreġistrati.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 7 ta’ April 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

    (2)  ĠU C 177, 12.7.2008, p. 18 (Melva de Andalucía), ĠU C 177, 12.7.2008, p. 21 (Caballa de Andalucía), ĠU C 184, 22.7.2008, p. 42 (Ovos Moles de Aveiro), ĠU C 190, 29.7.2008, p. 7 (Castagna di Vallerano).


    ANNESS

    1.

    Prodotti agrikoli għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

    Klassi 1.6.   Frott, ħxejjex u ċereali pproċessati jew mhumiex

    L-ITALJA

    Castagna di Vallerano (DPO)

    Klassi 1.7.   Ħut, molluski, krustaċji friski u prodotti magħmulin minnhom

    SPANJA

    Melva de Andalucía (IĠP)

    Caballa de Andalucía (IĠP)

    2.

    Oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament:

    Klassi 2.4.   Ħobż, ikel tal-għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara

    IL-PORTUGALL

    Ovos Moles de Aveiro (IĠP)


    Top