EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0281

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 281/2009 tas- 6 ta' April 2009 li jissospendi l-applikazzjoni tad-dazji tal-importazzjoni fuq ċerti kwantitajiet taz-zokkor industrijali għas-sena tas-suq 2009/2010

ĠU L 93, 7.4.2009, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/281/oj

7.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 93/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 281/2009

tas-6 ta' April 2009

li jissospendi l-applikazzjoni tad-dazji tal-importazzjoni fuq ċerti kwantitajiet taz-zokkor industrijali għas-sena tas-suq 2009/2010

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 142, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 142 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, sabiex jiġu ggarantiti l-provvisti meħtieġa għall-produzzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 62(2) ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' tissospendi, għal kollox jew parzjalment, l-applikazzjoni tad-dazji tal-importazzjoni għal ċerti kwantitajiet ta' zokkor.

(2)

Sabiex jiġi żgurat li l-provvisti meħtieġa għall-produzzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 62(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jkunu disponibbli bi prezz li jikkorrispondi mal-prezz tas-suq dinji, is-sospensjoni sħiħa tad-dazji tal-importazzjoni fuq iz-zokkor maħsubgħall-produzzjoni ta' dawk il-prodotti hija fl-interess tal-Komunità għas-sena tas-suq 2009/2010, għal kwantità li tikkorispondi ma’ nofs il-ħtiġijiet tagħha taz-zokkor industrijali.

(3)

Għalhekk, il-kwantitajiet tal-importazzjoni taz-zokkor industrijali għas-sena tas-suq 2009/2010 għandhom jiġu stabbiliti skont dan.

(4)

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma ta l-ebda opinjoni fiż-żmien stipulat mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-suq 2009/2010, is-sospensjoni tad-dazji tal-importazzjoni għandha tiġi applikata għal kwantità ta' 400 000 tunnellata zokkor industrijali li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1701.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.


Top