This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0270
Commission Regulation (EC) No 270/2009 of 2 April 2009 concerning the authorisation of 6-phytase as a feed additive for chickens for fattening (holder of the authorisation DSM Nutritional Products Ltd represented by DSM Nutritional products Sp. Z o.o.) (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 270/2009 tat- 2 ta' April 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 6-phytase bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional products Sp. Z o.o.) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 270/2009 tat- 2 ta' April 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 6-phytase bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional products Sp. Z o.o.) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 91, 3.4.2009, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 02/12/2009; Imħassar b' 32009R1088
3.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 91/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 270/2009
tat-2 ta' April 2009
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 6-phytase bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional products Sp. Z o.o.)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness għal dan ir-Regolament. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-enżima 6-phytase prodotta minn Aspergillus oryzae (DSM 17594), bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. |
(4) |
Mill-Opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) tat-18 ta’ Novembru 2008 u tad-29 ta’ Ottubru 2008 (2) jirriżulta li, fuq il-bażi tad-dejta li ngħatat mill-applikant, il-preparazzjoni tal-enżima 6-phytase, prodotta minn Aspergillus oryzae (DSM 17594), kif prodotta mill-applikant DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional products Sp. Z o.o., ma tħallix effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent u li hi effikaċi fit-titjib tal-utilizzazzjoni ta’ fosfru marbut mal-phytate. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
L-evalwazzjoni ta’ dik il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 2 ta’ April 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, l-Edizzjoni Speċjali bil-Malti, il-Kapitolu 3, il-Volum 40, p. 238.
(2) Il-Ġurnal tal-EFSA (2008) 871, 1-18.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||
Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità. |
|||||||||||||||||||||||||||||
4a6 |
DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional products Sp. Z o.o. |
6-phytase EC 3.1.3.26 |
|
Tiġieġ għat-tismin |
- |
1 500 FYT |
- |
|
It-22 ta' April 2019 |
(1) FYT wieħed huwa l-ammont ta’ enżima li jipproduċi 1 μmol ta’ fosfat inorganiku mill-phytate kull minuta f’kundizzjonijiet ta’ reazzjoni b’konċentrazzjoni ta’ phytate ta’ 5,0 mM f’pH 5,5 u temperatura ta’ 37 °C matul 30 minuta ta’ inkubazzjoni.
(2) Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives