EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0211

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 211/2009 tat- 18 ta’ Marzu 2009 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2009 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1399/2007 għall-importazzjoni ta’ zalzett u ċerti prodotti tal-laħam li joriġinaw mill-Iżvizzera

ĠU L 73, 19.3.2009, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/211/oj

19.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 211/2009

tat-18 ta’ Marzu 2009

dwar il-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2009 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1399/2007 għall-importazzjoni ta’ zalzett u ċerti prodotti tal-laħam li joriġinaw mill-Iżvizzera

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1399/2007 tat-28 ta’ Novembru 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għaz-zalzett u għal ċerti prodotti tal-laħam li joriġinaw mill-Iżvizzera (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1399/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' zalzett u ċerti prodotti tal-laħam.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2009 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sal-30 ta’ Ġunju 2009 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4180 skond ir-Regolament (KE) Nru 1399/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2009, huma ta' 929 000 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 311, 29.11.2007, p. 7.


Top