Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0203

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 203/2009 tas- 16 ta’ Marzu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1137/2007 fir-rigward tal-użu tal-addittiv Bacillus subtilis (035) fl-għalf li fih id-decoquinate u n-narasin/nicarbazin (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 71, 17.3.2009, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/02/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0161

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/203/oj

    17.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 71/11


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 203/2009

    tas-16 ta’ Marzu 2009

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1137/2007 fir-rigward tal-użu tal-addittiv Bacillus subtilis (035) fl-għalf li fih id-decoquinate u n-narasin/nicarbazin

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċedura biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-possibilità ta' modifika fl-awtorizzazzjoni ta' addittiv fuq talba tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u fuq opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”).

    (3)

    L-użu tal-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu Bacillus subtilis DSM 17299 (O35) kien awtorizzat għal għaxar snin biex jingħata għat-tiġieġ għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1137/2007 (2).

    (4)

    Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġiet ippreżentata applikazzjoni għal modifikazzjoni tal-awtorizzazzjoni ta’ din il-preparazzjoni biex ikun permess l-użu tagħha fl-għalf li fih il-koċċidjostati decoquinate u n-narasin/nicarbazin. Ma’ din l-applikazzjoni kien hemm mehmużin id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament.

    (5)

    L-Awtorità kkonkludiet, fl-opinjoni tagħha tat-22 ta’ Ottubru 2008, li kienet stabbilita l-kompatibbiltà tal-addittiv Bacillus subtilis DSM 17299 (O35) mad-decoquinate u n-narasin/nicarbazin (3).

    (6)

    Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ġew sodisfatti.

    (7)

    Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1137/2007 għandu jkun emendat skont dan.

    (8)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1137/2007 huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Marzu 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  ĠU L 256, 2.10.2007, p. 5.

    (3)  L-Opinjoni Xjentifika tal-Panel dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew is-Sustanzi użati fl-Għalf tal-Annimali (FEEDAP) fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-kompatibbiltà tal-prodott mikrobjali 035 (Bacillus subtilis) mad-decoquinate u n-narasin/nicarbazin. Il-Ġurnal tal-EFSA (2008) 840, p. 1-7.


    ANNESS

    Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    (Isem kummerċjali)

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

    Speċi jew kategorija tal-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

    CFU/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta' umdità ta’ 12 %

    Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana.

    “4b1821

    Chr. Hansen A/S

    Bacillus subtilis DSM 17299 (O35)

     

    Kompożizzjoni tal-addittiv:

    Preparazzjoni ta’ Bacillus subtilis

    DSM 17299

    Li fih minimu ta’ 1,6 × 109 CFU/g addittiv

     

    Karatterizzazzjoni tal-addittiv:

    sustanza: Bacillus subtilis DSM 17299 konċentrat ta’ spori

     

    Metodu analitiku (1):

    Metodu ta’ enumerazzjoni bis-slajd imdellek (spread plate method) fuq l-agar tat-tryptone soya bi pretrattament bis-sħana trattament tal-kampjuni tal-għalf

    Tiġieġ għat-tismin

    8 × 108

    1,6 × 109

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandhom jinħażnu, kemm jistgħu jdumu maħżuna u l-istabbiltà għall-pelleting.

    2.

    L-użu huwa permess fl-għalf li jkun fih il-coccidiostats permessi: diclazuril, halofuginone, robenidine, decoquinate u narasin/nicarbazin.

    it-22 ta’ Ottubru 2017


    (1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza Komunitarju: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives”


    Top