EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0202

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 202/2009 tas- 16 ta’ Marzu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 600/2005 fir-rigward tal-użu tal-preparazzjoni ta’ Bacillus licheniformis DSM 5749 u Bacillus subtilis DSM 5750 f’għalf kompost li fih il-lasalocid sodium (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 71, 17.3.2009, p. 8–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/202/oj

17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 202/2009

tas-16 ta’ Marzu 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 600/2005 fir-rigward tal-użu tal-preparazzjoni ta’ Bacillus licheniformis DSM 5749 u Bacillus subtilis DSM 5750 f’għalf kompost li fih il-lasalocid sodium

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġuni u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Il-preparazzjoni ta’ Bacillus licheniformis DSM 5749 u Bacillus subtilis DSM 5750, li jagħmlu parti mill-grupp ta’ “mikroorganiżmi”, kienet awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien b’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2) bħala addittiv għall-għalf għall-użu minn ħnieżer nisa bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1453/2004 (3), għall-użu mid-dundjani għat-tismin u l-għoġġiela sa tliet xhur bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 600/2005 (4) li kien sussegwentement emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2028/2006 , għall-użu mill-ħnieżer għat-tismin u l-ħnienes permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/2004 (5), għall-użu mill-ħnieżer għat-tismin u l-ħnienes permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/2004 (6). Dan l-addittiv wara ddaħħal fir-Reġistru Komunitarju tal-Addittivi fl-Għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Bi qbil mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għal emenda tal-awtorizzazzjoni għal din il-preparazzjoni biex tippermetti l-użu tagħha fl-għalf għad-dundjani għat-tismin li fih il-coccidiostat lasalocid sodium. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa mill-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sugurtà fl-Ikel, fl-opinjoni tagħha tat-22 ta’ Ottubru 2008 ikkonkludiet li ġiet stabbilita l-kompatibbiltà tal-preparazzjoni tal-addittiv Bacillus licheniformis DSM 5749 u Bacillus subtilis DSM 5750 mal-lasalocid sodium (7).

(5)

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 huma sodisfatti.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 600/2005 għaldaqstant għandu jiġi emendat kif inhu xieraq.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 600/2005 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Id-Direttiva tħassret bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)  ĠU L 269, 17.8.2004, p. 3.

(4)  ĠU L 99, 19.4.2005, p. 5.

(5)  ĠU L 414, 30.12.2006, p. 26.

(6)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 24.

(7)  L-Opinjoni tal-Bord Xjentifku dwar Addittivi u Prodotti jew Sustanzi wżati fl-Għalf tal-Annimali (il-FEEDAP) fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kompatibbiltà tal-prodott mikribjali Bioplus 2B (Bacillus licheniformis u Bacillus subtilis) mal-lasalocid sodium. Il-Ġurnal tal-EFSA (2008) 841, p. 1-7.


ANNESS

Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 600/2005 id-daħla għal E 1700, Bacillus licheniformis DSM 5749 u Bacillus subtilis DSM 5750 hi sostitwita b’dan li ġej:

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ

Mikroorganiżmi

“E 1700

Bacillus licheniformis

DSM 5749

Bacillus subtilis

DSM 5750

(fi proporzjon ta’ 1/1)

Taħlita ta’ Bacillus licheniformis DSM 5749 u

Bacillus subtilis DSM 5750 li fiha minimu ta’ 3,2 × 109 CFU/g addittiv (1,6 × 109 ta’ kull batterju)

Dundjani għat-tismin

1,28 × 109

1,28 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandhom jinħażnu, kemm jistgħu jdumu maħżuna u l-istabbilità għall-pelleting.

Jista’ jintuża f’għalf kompost li fih il-coccidiostats:

diclazuril, halofuginone, monensin sodium, robenidine, maduramicin ammonium and lasalocid sodium.

Mingħajr limitu ta’ żmien

Għoġġiela

3 xhur

1,28 × 109

1,28 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura għall-ħżin, il-perjodu tal-ħżin, u l-istabbilità għall-pelleting.

Mingħajr limitu ta’ żmien”


Top