Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0121

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 121/2009 tad- 9 ta’ Frar 2009 li jistabbilixxi l-ammont addizzjonali li għandu jitħallas fil-Bulgarija għall-ħawħ maħsub għall-ipproċessar għas-sena tas-suq 2007/2008 skont ir-Regolament (KE) Nru 679/2007

    ĠU L 39, 10.2.2009, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/121/oj

    10.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 39/33


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 121/2009

    tad-9 ta’ Frar 2009

    li jistabbilixxi l-ammont addizzjonali li għandu jitħallas fil-Bulgarija għall-ħawħ maħsub għall-ipproċessar għas-sena tas-suq 2007/2008 skont ir-Regolament (KE) Nru 679/2007

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

    Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 679/2007 tat-18 ta’ Ġunju 2007 li jiffissa l-ammont tal-għajnuna għall-ħawħ għall-ipproċessar għas-sena tas-suq 2007/2008, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu (1),

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 39(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2003 tad-29 ta’ Awwissu 2003 dwar regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex tal-ikel (2), il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni li 119,46 tunnellata ta’ ħawħ ingħatat l-għajnuna fl-ipproċessar fil-qafas ta’ din l-iskema għas-sena tas-suq 2007/2008. Għaldaqstant il-limitu għall-ipproċessar indikat għal dan l-Istat Membru fl-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 (3) ma nqabiżx. L-ammont addizzjonali ta’ EUR 11,92 għal kull tunnellata għandu jitħallas għall-kwantitajiet imsemmija

    (2)

    Għas-sena tas-suq 2007/2008, il-produtturi tar-Rumanija ma ressqu l-ebda talba għall-għajnuna f’dak li jirrigwarda l-ħawħ maħsub għall-ipproċessar. Għaldaqstant, f’dan l-Istat Membru mhemmx bżonn jitħallas ammont addizzjonali għas-sena tas-suq imsemmija,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-ammont addizzjonali ta’ EUR 11,92 kull tunnellata ħawħ maħsub għall-ipproċessar, imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 679/2007, għandu jitħallas fil-Bulgarija wara s-sena tas-suq 2007/2008.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Frar 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 157, 19.6.2007, p. 12.

    (2)  ĠU L 218, 30.8.2003, p. 14.

    (3)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29.


    Top