Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0110

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 110/2009 tal- 5 ta’ Frar 2009 li jemenda l-lista ta’ pajjiżi msemmija fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 519/94

    ĠU L 37, 6.2.2009, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/08/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/110/oj

    6.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 37/4


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 110/2009

    tal-5 ta’ Frar 2009

    li jemenda l-lista ta’ pajjiżi msemmija fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 519/94

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 427/2003 tat-3 ta’ Marzu 2003 dwar mekkaniżmu transitorju ta’ salvagwardja għal prodotti partikolari għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 519/94 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(3) tiegħu,

    Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    (1)

    Permezz tar-Regolament (KE) Nru 519/94 (2) il-Kunsill adotta regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi li jinkludu wkoll dispożizzjonijiet dwar miżuri ta’ salvagwardja.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 519/94 japplika inter alia għall-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Ukraina.

    (3)

    Permezz tar-Regolament (KE) Nru 427/2003 il-Kunsill adotta regoli komuni għal mekkaniżmu transitorju ta’ salvagwardja għal prodotti partikolari għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 519/94 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi.

    (4)

    Permezz tar-Regolament (KE) Nru 427/2003 il-Kunsill iddelega lill-Kummissjoni r-responsabbiltà għall-aġġornament tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 519/94.

    (5)

    Fid-dawl tal-adeżjoni tal-Ukraina mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, għandha ssir dispożizzjoni biex l-Ukraina titneħħa mill-ambitu tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 519/94.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu Uniku

    L-Ukraina għandha titneħħa mill-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 519/94.

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Frar 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Catherine ASHTON

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 65, 8.3.2003, p. 1.

    (2)  ĠU L 67, 10.3.1994, p. 89.


    Top