Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0104

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 104/2009 tat- 3 ta' Frar 2009 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Gorgonzola (PDO))

    ĠU L 34, 4.2.2009, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/104/oj

    4.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 34/16


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 104/2009

    tat-3 ta' Frar 2009

    li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Gorgonzola (PDO))

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1) [traduzzjoni mhux uffiċjali], u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), u b'applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa mill-Italja għall-approvazzjoni ta' emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini ‘Gorgonzola’, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

    (2)

    Ġaladarba l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi. Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-emendi fl-ispeċifikazzjoni ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni li tidher fl-Anness għal dan ir-Regolament huma b'dan approvati.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Frar 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

    (2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

    (3)  ĠU C 111, 6.5.2008, p. 51.


    ANNESS

    Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE:

    Klassi 1.3.   Ġobnijiet

    L-ITALJA

    Gorgonzola (PDO)


    Top