This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0096
Commission Regulation (EC) No 96/2009 of 2 February 2009 amending Regulation (EC) No 93/2009 fixing the import duties in the cereals sector applicable from 1 February 2009
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 96/2009 tat- 2 ta’ Frar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 93/2009 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill- 1 ta’ Frar 2009
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 96/2009 tat- 2 ta’ Frar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 93/2009 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill- 1 ta’ Frar 2009
ĠU L 33, 3.2.2009, p. 3–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 33/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 96/2009
tat-2 ta’ Frar 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 93/2009 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Frar 2009
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mill-1 ta’ Frar 2009 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 93/2009 (3). |
(2) |
Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 93/2009. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 93/2009 għandu jiġi emendat skond dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 93/2009 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-3 ta’ Frar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Frar 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.
(3) ĠU L 29, 31.1.2009, p. 38.
ANNESS I
Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mit-3 ta’ Frar 2009
Kodiċi NK |
Isem tal-merkanziji |
Dazju ta' l-importazzjoni (1) (EUR/t) |
1001 10 00 |
QAMĦ iebes ta' kwalità għolja |
0,00 |
ta' kwalità medja |
0,00 |
|
ta' kwalità baxxa |
0,00 |
|
1001 90 91 |
QAMĦ għaż-żrigħ |
0,00 |
ex 1001 90 99 |
QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ |
0,00 |
1002 00 00 |
SEGALA |
20,60 |
1005 10 90 |
QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu |
16,72 |
1005 90 00 |
QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2) |
16,72 |
1007 00 90 |
SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ |
20,60 |
(1) Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':
— |
EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta' |
— |
EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika. |
(2) L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.
ANNESS II
Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I
30.1.2009
(1) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(2) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(1) Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(2) Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(3) Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].