This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0024
Regulation (EC) No 24/2009 of the European Central Bank of 19 December 2008 concerning statistics on the assets and liabilities of financial vehicle corporations engaged in securitisation transactions (ECB/2008/30)
Regolament (KE) Nru 24/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 19 ta' Diċembru 2008 dwar statistika li tittratta l-attiv u l-passiv ta' korporazzjonijiet vetturi finanzjarji nvoluti f' tranżazzjonijiet ta' securitisation (BĊE/2008/30)
Regolament (KE) Nru 24/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 19 ta' Diċembru 2008 dwar statistika li tittratta l-attiv u l-passiv ta' korporazzjonijiet vetturi finanzjarji nvoluti f' tranżazzjonijiet ta' securitisation (BĊE/2008/30)
ĠU L 15, 20.1.2009, p. 1–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2014; Imħassar b' 32013R1075
20.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 15/1 |
REGOLAMENT (KE) Nru 24/2009 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-19 ta' Diċembru 2008
dwar statistika li tittratta l-attiv u l-passiv ta' korporazzjonijiet vetturi finanzjarji nvoluti f' tranżazzjonijiet ta' securitisation
(BĊE/2008/30)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa ‘l quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”), u b'mod partikolari l-Artikolu 5,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2533/98 jipprovdi fl-Artikolu 2(1) li, biex l-obbligi ta' rappurtar ta' statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jiġu sodisfatti, il-BĊE, assistit mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), għandu d-dritt jiġbor informazzjoni statistika fi ħdan il-limiti tal-popolazzjoni ta' rappurtar ta' referenza u ta' dak li jinħtieġ biex iwettaq il-ħidmiet tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ). Isegwi mill-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 li korporazzjonijiet vetturi finanzjarji nvoluti f'tranżazzjonijiet ta' securitisation (FVCs) jiffurmaw parti mill-popolazzjoni ta' rappurtar ta' referenza għall-finijiet biex jissodisfaw l-obbligi ta' rappurtar ta' statistika tal-BĊE, inter alia, fil-qasam ta' l-istatistika monetarja u finanzjarja. Barra minn dan, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jeħtieġ lill-BĊE biex jispeċifika l-popolazzjoni attwali ta' rappurtar fi ħdan il-limiti tal-popolazzjoni ta' rappurtar ta' referenza, u jintitolah, biex jeżenta għal kollox jew parzjalment, klassijiet speċifiċi ta' aġenti ta' rappurtar mill-obbligi tiegħu ta' rappurtar ta' statistika. |
(2) |
L-iskop ta' data ta' FVC huwa li l-BĊE jingħata statistika adegwata dwar l-attivitajiet finanzjarji tas-subsettur tal-FVC fl-Istati Membri parteċipanti, li jitqiesu bħala territorju ekonomiku. |
(3) |
Minħabba r-rabtiet mill-qrib bejn l-attivitajiet tas-securitisation ta' FVCs u istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs), jinħtieġ rappurtar konsistenti, kumplimentari w integrat ta' IFMi u FVCs. Għalhekk, l-informazzjoni statistika mogħtija skond dan ir-Regolament għandha titqies flimkien ma' l-obbligi tad-data għall-IFMi dwar self securitised, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (ifformulat mill-ġdid) (2) (BĊE/2008/32). |
(4) |
Il-metodu ta' rappurtar integrat tal-FVCs u IFMi u d-derogi mogħtija f'dan ir-Regolament jimmiraw biex inaqqsu l-piż tar-rappurtar għal aġenti ta' rappurtar u biex jevitaw rappurtar doppju fir-rappurtar ta' informazzjoni statistika minn FVCs u IFMi. |
(5) |
Il-BĊNi għandu jkun intitolat jeżenta FVCs mill-obbligi ta' rappurtar li joħolqu spejjeż għolja mhux ġġustifikati meta mqabbla mal-benefiċċju statistiku tagħhom. |
(6) |
Minkejja li r-regolamenti adottati skond l-Artikolu 34.1 ta' l-Istatut tas-SEBĊ ma jagħtu l-ebda dritt jew ma jimponu l-ebda obbligu fuq Stati Membri mhux parteċipanti, l-Artikolu 5 ta' l-Istatut tas-SEBĊ japplika għall-Istati Membri kollha, irrispettivament ta' jekk ikunux adottaw l-euro jew le. Ir-recital 17 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jagħmilha ċara li l-Artikolu 5 ta' l-Istatut tas-SEBĊ, flimkien ma' l-Artikolu 10 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, jimplika obbligu biex jiġu ddisinjati w implimentati fuq livell nazzjonali l-miżuri kollha li l-Istati Membri mhux parteċipanti jqisu xierqa biex jiġbru l-informazzjoni statistika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi ta' rappurtar ta' statistika tal-BĊE u biex jagħmlu preparazzjonijiet fil-ħin fil-qasam ta' l-istatistika biex isiru Stati Membri parteċipanti. |
(7) |
Ir-reġim tas-sanzjonijiet tal-BĊE stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 japplika għall-FVCs, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
1. |
“FVC” tfisser impriża li hija kostitwita skond il-liġi nazzjonali jew tal-Komunita' skond waħda minn dawn li ġejjin:
u li l-attivita' prinċipali tagħha tissodisfa t-tnejn mill-kriterji li ġejjin:
L-ebda minn dawn li ġejjin m'hu inkluż fid-definizzjoni ta' FVC:
|
2. |
“securitisation” tfisser tranżazzjoni jew skema fejn attiv jew ġabra ta' attiv ittrasferit lil entita' li hija separata mill-oriġinatur u li hija maħluqa biex jew isservi l-iskop tas-securitisation u/jew ir-riskju ta' kreditu ta' attiv jew ta' ġabra ta' attiv, jew parti minnhom, jiġi ttrasferit lill-investituri fit-titoli, unitajiet ta' fond ta' securitisation, strumenti oħra ta' dejn u/jew derivattivi finanzjarji maħruġa minn entita' li hija separata mill-oriġinatur u li hija maħluqa biex jew isservi l-iskop tas-securitisation, u:
|
3. |
“oriġinatur” tfisser dak li jittrasferixxi l-attiv, ġabra ta' attiv, u/jew ir-riskju tal-kreditu ta' l-attiv jew tal-ġabra ta' attiv lill-istruttura ta' securitisation; |
4. |
“Stat Membru parteċipanti” tfisser Stat Membru li adotta l-euro; |
5. |
“Stat Membru mhux parteċipanti” tfisser Stat Membru li m'adottax l-euro; |
6. |
“aġent ta' rappurtar” tfisser aġent ta' rappurtar ġewwa t-tifsira ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98; |
7. |
“resident” tfisser resident ġewwa t-tifsira ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, u jekk entita' legali ma jkollhiex dimensjoni fiżika, ir-residenza tagħha għandha tkun iddeterminata mit-territorju ekonomiku li skond il-liġijiet tiegħu l-entita' hija inkorporata. Jekk l-entita' m'hijiex inkorporata, għandu jintuża d-domiċilju legali bħala kriterju, jiġifieri l-pajjiż li s-sistema legali tiegħu tiggverna l-ħolqien u l-eżistenza kontinwa ta' l-entita'; |
8. |
“IFM” tfisser istituzzjoni finanzjarja monetarja ġewwa t-tifsira ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32); |
9. |
“BĊNi rilevanti” tfisser il-BĊN ta' Stat Membru parteċipanti li fih il-FVC hija residenti; |
10. |
“tibda n-negozju” tfisser kull attivita', inklużi kull miżuri preparatorji, relatati mas-securitisation, minbarra dawk li sempliċiment jistabbilixxu entita' li m'hijiex mistennija tibda l-attivita' ta' securitisation fis-sitt xhur li ġejjin. Kull attivita' mill-FVC mibdija wara l-attivita' ta' securitisation issir mezz prevedibbli li jibda n-negozju. |
Artikolu 2
Popolazzjoni ta' rappurtar
1. FVCs residenti fit-territorju ta' Stat Membru parteċipanti għandhom jikkostitwixxu l-popolazzjoni ta' rappurtar ta' referenza. Il-popolazzjoni ta' rappurtar ta' referenza għandha tkun suġġetta għall-obbligu stabbilit fl-Artikolu 3(2).
2. Il-popolazzjoni ta' rappurtar ta' referenza minbarra dawk il-FVCs li jkunu ġew eżentati għal kollox skond l-Artikolu 5(1)(c) għandhom jikkostitwixxu l-popolazzjoni attwali ta' rappurtar. Il-popolazzjoni attwali ta' rappurtar għandha tkun suġġetta għall-obbligi ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 4, suġġetta għad-derogi stabbiliti fl-Artikolu 5. Il-FVCs li huma suġġetti biex jirrappurtaw l-istqarrijiet finanzjarji annwali skond l-Artikolu 5(3) jew li huma suġġetti għal obbligi ta' rappurtar ad hoc skond l-Artikolu 5(5), għandhom jiffurmaw ukoll parti mill-popolazzjoni attwali ta' rappurtar.
3. Jekk FVC ma jkollhiex personalita' legali taħt il-liġi nazzjonali tagħha, il-persuni li huma legalment intitolati biex jirrappreżentaw il-FVC, jew fin-nuqqas ta' rappreżentazzjoni formalizzata, il-persuni li taħt il-liġijiet nazzjonali applikabbli huma responsabbli għall-atti tal-FVC, għandhom ikunu responsabbli biex jirrappurtaw l-informazzjoni meħtieġa skond dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Lista ta' FVCs għal finijiet ta' statistika
1. Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jistabbilixxi u jżomm, għal finijiet ta' statistika, lista ta' FVCs li jikkostitwixxu l-popolazzjoni ta' rappurtar ta' referenza. Il-FVCs għandhom jippreżentaw lill-BĊNi d-data li l-BĊNi jeħtieġu skond il-Linja Gwida BĊE/2008/31 tad-19 ta' Diċembru 2008 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 dwar l-istatistika monetarja, dik tas-swieq u dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji (ifformulata mill-ġdid) (4). Il-BĊNi u l-BĊE għandhom jagħmlu din il-lista u l-aġġornamenti tagħha disponibbli f'forma xierqa, inkluż f'mezzi elettroniċi, permezz ta' l-Internet jew, fuq it-talba ta' l-aġenti ta' rappurtar interessati, f'forma tal-karta.
2. FVC għandha tinforma lil BĊN rilevanti bl-eżistenza tagħha fi żmien ġimgħa mid-data li fiha l-FVC tkun bdiet in-negozju, irrispettivament ta' jekk hija tistenna li tkun suġġetta għall-obbligi ta' rappurtar regolari skond dan ir-Regolament.
3. Jekk l-aħħar verżjoni elettronika aċċessibbli tal-lista msemmija fil-paragrafu 1 m'hijiex korretta, il-BĊE m'għandu jimponi sanzjonijiet fuq l-ebda entita' li ma tkunx issodisfat kif suppost l-obbligi tagħha ta' rappurtar, sakemm l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 2 ikun ġie sodisfatt u l-entita' qagħdet fuq il-lista mhux korretta in buona fede.
Artikolu 4
Obbligi trimestrali ta' rappurtar ta' statistika u regoli ta' rappurtar
1. Kull trimestru l-popolazzjoni attwali ta' rappurtar għandha tipprovdi lil BĊN rilevanti, data dwar l-ammonti dovuti ta' tmiem it-trimestru, tranżazzjonijiet finanzjarji u write-offs/write-downs dwar l-attiv u l-passiv ta' FVCs, skond l-Annessi I u II.
2. Il-BĊNi jistgħu jiġbru l-informazzjoni statistika dwar titoli maħruġa u miżmuma mill-FVCs mitluba skond il-paragrafu 1 titolu b'titolu, sakemm id-data msemmija fil-paragrafu 1 tista' tiġi dedotta skond standards statistiċi minimim kif speċifikat fl-Anness III.
3. Mingħajr preġudizzju għar-regoli ta' rappurtar stabbiliti fl-Anness II, l-attiv u l-passiv kollu tal-FVCs għandu jkun irrappurtat skond dan ir-Regolament, skond ir-regoli ta' rappurtar stabbiliti fil-liġi nazzjonali rilevanti li tittrasponi d-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet ikkonsolidati tal-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra (5). Ir-regoli tal-kontabilita' fil-liġi nazzjonali rilevanti li tittrasponi r-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju 1978, ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji (6), għandhom japplikaw għal FVCs li ma jaqgħux fi ħdan l-iskop tal-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 86/635/KEE. Kull standard jew prattika rilevanti oħra nazzjonali jew internazzjonali tal-kontabilita', għandhom japplikaw għall-FVCs li ma jaqgħux taħt il-liġi nazzjonali li tittrasponi waħda minn dawn id-direttivi.
4. Meta l-paragrafu 3 jeħtieġ ir-rappurtar ta' strumenti suq b'suq, il-BĊNi jistgħu jeżentaw FVCs milli jirrappurtaw dawn l-istrumenti suq b'suq meta l-ispejjeż implikati mill-FVC jkunu għolja mingħajr ġustifikazzjoni. F'dan il-każ il-FVCs għandhom japplikaw il-valutazzjoni wżata għall-fini tar-rapporti ta' l-investitur.
5. Meta skond prattiċi nazzjonali tas-swieq, data disponibbli tirreferi għal kwalunkwe data f'trimestru, il-BĊNi jistgħu jħallu lill-aġenti ta' rappurtar biex jirrappurtaw minflok din id-data trimestrali, jekk id-data titqabbel u jekk jitqiesu tranżazzjonijiet sinifikanti li jseħħu bejn din id-data u t-tmiem tat-trimestru.
6. Minflok ir-write-offs/write-downs imsemmija fil-paragrafu 1, FVC tista', bi qbil mal-BĊN rilevanti, tagħti informazzjoni oħra li tippermetti lil BĊN joħroġ id-data meħtieġa dwar write-offs/write-downs.
Artikolu 5
Derogi
1. Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi mill-obbligi ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 4 kif ġej.
(a) |
Għal self oriġinat mill-IFMi taż-żona ta' l-euro u kkategorizzat skond il-maturita', is-settur u r-residenza tad-debituri, u fejn l-IFMi jibqgħu jservu s-self securitised fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32), il-BĊNi jistgħu jagħtu FVCs derogi mir-rappurtar tad-data dwar dan is-self. Ir-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32) jipprovdi għar-rappurtar ta' din id-data. |
(b) |
Il-BĊNi jistgħu jeżentaw lil FVCs mill-obbligi kollha ta' rappurtar stabbiliti fl-Anness I, minbarra l-obbligu li tirrapporta, kull trimestru, data tat-tmiem it-trimestru dwar l-ammont dovut fuq l-attiv totali, bil-kundizzjoni li l-FVCs li jikkontribwixxu għall-attiv/passiv ta' kull trimestru w aggregat, ilaħħqu għal ta' lanqas 95 % tat-total ta' l-attiv tal-FVCs f'termini ta' ammonti dovuti, f'kull Stat Membru parteċipanti. Il-BĊNi għandhom jiċċekkjaw is-sodisfazzjoni ta' din il-kundizzjoni f'ħin tajjeb sabiex jagħtu jew jirtiraw, jekk meħtieġ, kull deroga b'effett mill-bidu ta' kull sena kalendarja. |
(ċ) |
Sakemm tista' tiġi dedotta d-data msemmija fl-Artikolu 4, skond standards statistiċi minimi kif speċifikat fl-Anness III, minn sorsi oħra statistiċi, pubbliċi jew dawk superviżorji, u mingħajr preġudizzju għas-subparagrafi (a) u (b), il-BĊNi jistgħu, wara li jikkonsultaw lill-BĊE, jeżentaw għal kollox jew parzjalment, l-aġenti ta' rappurtar mill-obbligi ta' rappurtar stabbiliti fl-Anness I ma' dan ir-Regolament. |
2. Il-FVCs jistgħu jagħżlu, bil-kunsens minn qabel tal-BĊN rilevanti, biex ma jużawx id-derogi msemmija fil-paragrafu 1 u biex minflok jissodisfaw l-obbligi sħaħ ta' rappurtar speċifikati fl-Artikolu 4.
3. Il-FVCs li jibbenefikaw minn deroga ġewwa t-tifsira tal-paragrafu 1(c) għandhom jirrappurtaw l-istqarrijiet finanzjarji annwali lill-BĊN rilevanti, jekk dawn ma jkunux disponibbli minn sorsi pubbliċi, fi żmien sitt xhur wara t-tmiem tal-perijodu ta' referenza jew fl-eqreb żmien wara dakinhar, skond il-prattiċi legali nazzjonali applikabbli fl-Istat Membru ta' residenza tal-FVC. Il- BĊN rilevanti għandu jinnotifika lil dawk il-FVCs li huma suġġetti għal dan l-obbligu ta' rappurtar.
4. Il-BĊN rilevanti għandu jirtira d-deroga stabbilita fil-paragrafu 1(c) jekk id-data ta' standards statistiċi mqabbla ma' dawk preskritti f'dan ir-Regolament ma tkunx saret disponibbli fil-ħin lill-BĊN rilevanti għal tliet perijodi ta' rappurtar konsekuttivi, indipendentement minn xi nuqqas attribwibbli lill-FVC involuta. Il-FVCs għandhom jibdew jirrappurtaw data, kif stabbilit fl-Artikolu 4, mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data li fiha l-BĊN rilevanti jkun innotifika lill-aġenti ta' rappurtar li d-deroga tkun ġiet irtirata.
5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, sabiex jissodisfaw l-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-BĊNi jistgħu jindirizzaw obbligi ta' rappurtar ad hoc lil FVCs li jkunu ngħataw derogi ġewwa t-tifsira tal-paragrafu 1(c). Il-FVCs għandhom jirrappurtaw ad hoc l-informazzjoni mitluba fi żmien 15-il jum ta' xogħol wara li tkun saret talba mill-BĊN rilevanti.
Artikolu 6
Puntwalità
Il-BĊNi għandhom jibagħtu lill-BĊE data dwar attiv u passiv trimestrali aggregat, li tkopri l-pożizzjonijiet ta' FVCs f'kull Stat Membru parteċipanti sa l-egħluq tan-negozju tat-28 jum ta' xogħol wara t-tmiem tat-trimestru li dwaru għandha x'taqsam id-data. Il-BĊNi għandhom jistabbilixxu skadenzi biex jirċievu d-data mill-aġenti ta' rappurtar.
Artikolu 7
Standards minimi u arranġamenti nazzjonali ta' rappurtar
1. FVCs għandhom jikkonformaw ma' l-obbligi ta' rappurtar li tagħhom huma suġġetti skond l-istandards minimi għat-trasmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformita' mal-kunċetti u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness III.
2. Il-BĊNi għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw l-arranġamenti ta' rappurtar li għandhom jiġu segwiti mill-popolazzjoni attwali ta' rappurtar skond il-karatteristiċi nazzjonali. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li dawn l-arranġamenti ta' rappurtar jipprovdu l-informazzjoni statistika meħtieġa u jippermettu l-iċċekkjar preċiż tal-konformita' mal-kunċetti u l-istandards minimi għat-trasmissjoni, il-preċiżjoni u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness III.
Artikolu 8
Verifika u ġbir obbligatorju
Il-BĊNi għandhom jeżerċitaw id-dritt li jivverifikaw jew jiġbru informazzjoni li l-aġenti ta' rappurtar huma mitluba jagħtu skond dan ir-Regolament, bla preġudizzju għad-dritt tal-BĊE biex jeżerċita dawn id-drittijiet huwa nnifsu. B'mod partikolari, il-BĊNi għandu jeżerċita dan id-dritt meta istituzzjoni inluża fil- popolazzjoni attwali ta' rappurtar ma tissodisfax l-istandards minimi għat-trasmissjoni, il-preċiżjoni u l-konformita' mal-kunċetti u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness III.
Artikolu 9
L-ewwel rappurtar
1. FVC li tkun bdiet in-negozju qabel u inkluż l-24 ta' Marzu 2009 għandha tinforma lill-BĊN rilevanti dwar l-eżistenza tagħha sa l-aħħar ta' Marzu 2009, irrispettivament ta' jekk hija tistenna li tkun suġġetta għal rappurtar regolari taħt dan ir-Regolament jew le.
2. FVC li tkun bdiet in-negozju wara l-24 ta' Marzu 2009 għandha tinforma lill-BĊN rilevanti dwar l-eżistenza tagħha skond l-Artikolu 3(2).
3. L-ewwel rappurtar skond l-obbligi ta' rappurtar ta' statistika li għalihom il-FVC hija suġġetta skond l-Artikoli 4 u 5 għandu jibda b'data trimestrali minn Diċembru 2009. Meta tiġi rrappurtata data għall-ewwel darba, għandhom jiġu rrappurtati l-ammonti dovuti biss.
4. FVCs li jibdew in-negozju wara l-31 ta' Diċembru 2009 għandhom, meta jirrappurtaw id-data għall-ewwel darba, jirrappurtaw data kull trimestru u jmorru lura għat-tranżazzjoni ta' securitisation oriġinali.
5. FVCs li jibdew in-negozju wara l-adozzjoni ta' l-euro mill-Istat Membru tagħhom wara l-31 ta' Diċembru 2009, meta jirrappurtaw id-data għall-ewwel darba, għandhom jirrappurtaw id-data kull trimestru u jmorru lura għat-tranżazzjoni ta' securitisation oriġinali.
Artikolu 10
Dispożizzjoni finali
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak li fih jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, 19 ta' Diċembru 2008.
Ghall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(2) Ara paġna 14 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(3) ĠU L 211, 11.8.2007, p. 8.
(4) Għada m'hix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(5) ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1.
(6) ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.
ANNESS I
OBBLIGI TA' RAPPURTAR TA' STATISTIKA
Tabella 1
Ammonti dovuti u tranżazzjonijiet
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||
Total |
IFMi |
Mhux IFMi |
Total |
Total |
IFMi |
Mhux IFMi |
Total |
|||||||||||||||||||||||
|
Gvern Ġenerali |
|
Residenti oħra |
|
Gvern Ġenerali |
|
Residenti oħra |
|||||||||||||||||||||||
Total |
Intermedjarji finanzjarji oħra + awżiljarji finanzjarji (S.123 + S.124) |
Korporazzjonijiet ta' assigurazzjoni u fondi ta' pensjoni (S.125) |
Korporazzjonijiet mhux finanzjarj (S.11) |
Households + istituzzjonijiet bla qligħ li jservu households (S.14+S.15) |
Total |
Intermedjarji finanzjarji oħra + awżiljarji finanzjarji (S.123 + S.124) |
Korporazzjonijiet t ta' assigurazzjoni u fondi ta' pensjoni (S.125) |
Korporazzjonijiet mhux finanzjarji(S.11) |
Households + istituzzjonijiet bla qligħ li jservu households (S.14+S.15) |
|||||||||||||||||||||
|
o/w FVCs |
|
o/w FVCs |
|||||||||||||||||||||||||||
ATTIV |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
sa sena |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
aktar minn sena u sa ħames snin |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
aktar minn ħames snin |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
sa sena |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
aktar minn sena u sa sentejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
aktar minn sentejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
PASSIVI |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
sa sena |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
aktar minn sena u sa sentejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
aktar minn sentejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Tabella 2
Write-offs/write-downs
|
|
||
|
|
||
ATTIV |
|
||
|
|
(1) Intermedjarji finanzjarji oħra, ħlief korporazzjonijiet ta' assigurazzjoni u fondi ta' pensjoni.
(2) Korporazzjonijiet ta' assigurazzjoni u fondi ta' pensjoni.
(3) Korporazzjonijiet mhux finanzjarji.
(4) Skond l-Artikolu 4(2), il-BĊNi jistgħu jagħżlu dawn il-partiti titolu b'titolu.
ANNESS II
DEFINIZZJONIJIET
PARTI 1
Definizzjonijiet ta' kategoriji ta' strumenti
Din it-tabella tipprovdi deskrizzjoni standard iddettaljata tal-kategoriji ta' strumenti li l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jittrasponu f'kategoriji nazzjonali skond dan ir-Regolament. It-tabella ma tikkostitwixxix lista ta' strumenti finanzjarji individwali u d-deskrizzjonijiet m'humiex eżawrjenti. Id-definizzjonijiet jirreferu għas-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunita' (minn issa ‘l quddiem l-“ESA95”).
L-attiv u l-passiv finanzjarju kollu għandu jkun irrappurtat gross, jiġifieri l-attiv finanzjarju m'għandux jiġi rrappurtat nett mill-passiv finanzjarju.
Tabella A
Definizzjonijiet ta' kategoriji ta' strumenti ta' l-attiv u l-passiv ta' korporazzjonijiet vetturi finanzjarji nvoluti f'tranżazzjonijiet ta' securitisation
KATEGORIJI TA' ATTIV
Kategorija |
Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali |
||||||||||||||||
|
Għall-finijiet ta' l-iskema ta' rappurtar, dan jikkonsisti f'fondi msellfa minn korporazzjonijiet vetturi finanzjarji nvoluti f'tranżazzjonijiet ta' securitisation (FVCs) lil min jissellef, li mhumiex attestati minn dokumenti jew huma rrappreżentati b'dokument wieħed anke jekk ikun sar negozzjabbli. Tinkludi l-partiti li ġejjin:
Din il-partita tinkludi wkoll holdings ta' karti tal-flus u muniti euro u ta' valuta barranija fiċ-ċirkolazzjoni li s-soltu jintużaw biex isiru l-ħlasijiet. |
||||||||||||||||
|
Għall-finijiet ta' l-iskema ta' rappurtar, dan jikkonsisti f'fondi, dan jikkonsisti f'fondi msellfa lil min jissellef u akkwistati mill-aġenti ta' rappurtar mill-oriġinatur. Dawn il-fondi m'humiex attestati b'dokumenti jew huma rrappreżentati b'dokument wieħed anke jekk ikun sar negozzjabbli. Dan jinkludi wkoll: kirjiet finanzjarji mogħtija lil terzi partijiet:
Self securitised għandu jkun irrappurtat skond ir-regoli li ġejjin:
Din il-partita tinkludi self securitised, irrispettivament ta' jekk il-prattika tal-kontabilita' prevalenti teħtieġx ir-rikonoxximent tas-self fuq il-karta tal-bilanċ ta' l-aġent ta' rappurtar. |
||||||||||||||||
|
Holdings ta' titoli minbarra “ishma u parteċipazzjonijiet azzjonarji oħra”, li huma negozzjabbli u s-soltu nnegozjati fi swieq sekondarji jew li jistgħu jiġu paċuti fis-suq, u li ma jagħtux lid-detentur l-ebda drittijiet ta' proprjeta' fuq l-istituzzjoni li toħroġ. Din il-partita tinkludi:
Titoli msellfa f'operazzjonijiet ta' self ta' titoli jew mibjugħa skond ftehim ta' xiri mill-ġdid jibqgħu fuq il-karta tal-bilanċ tas-sid oriġinali u m'għandhomx jitniżżlu fuq il-karta tal-bilanċ ta' l-akkwirent temporanju fejn hemm kelma soda biex wieħed ireġġa’ lura l-operazzjoni u mhux sempliċiment għażla biex wieħed jagħmel dan (ara wkoll il-kategorija 9). Meta l-akkwirent temporanju jbiegħ it-titoli rċevuti, dan il-bejgħ għandu jitniżżel bħala tranżazzjoni f'titoli u jiddaħħal fil-karta tal-bilanċ ta' l-akkwirent temporanju bħala pożizzjoni negattiva fil-portafoll tat-titoli. Tinħtieġ klassifikazzjoni skond il-maturita' għal holdings ta' titoli minbarra ishma. Dan ifisser maturita' mal-ħruġ, jiġifieri maturita' oriġinali u tirreferi għall-perijodu fiss tal-ħajja ta' strument finanzjarju u li qabilha, ma jkunx jista' jissarraf. Din il-partita tinkludi titoli minbarra ishma li jkun ġew securitised, irrispettivament ta' jekk il-prattika tal-kontabilita' prevalenti teħtieġx ir-rikonoxximent tat-titoli fuq il-karta tal-bilanċ ta' l-aġent ta' rappurtar |
||||||||||||||||
|
Din il-partita tinkludi attiv securitised minbarra dak inkluż taħt il-kategoriji 2 u 3, bħal ammonti riċevibbli ta' taxxa jew krediti kummerċjali, irrispettivament ta' jekk il-prattika tal-kontabilita' prevalenti teħtieġx ir-rikonoxximent ta' dan l-attiv fuq il-karta tal-bilanċ ta' l-aġent ta' rappurtar |
||||||||||||||||
|
Holdings ta' titoli li jirrappreżentaw drittijiet ta' proprjeta' f'korporazzjonijiet jew kważi-korporazzjonijiet. Dawn it-titoli ġeneralment jintitolaw lid-detenturi għal sehem fil-profitti ta' korporazzjonijiet jew kważi-korporazzjonijiet u għal sehem fl-own funds tagħhom fil-każ ta' likwidazzjoni |
||||||||||||||||
|
Taħt din il-partita, id-derivattivi finanzjarji kollha li ġejjin għandhom jiġu rrappurtati:
Obbligi futuri gross li joħorġu minn kuntratti ta' derivattivi m'għandhomx jiddaħħlu bħala partiti fuq-il-karta-tal-bilanċ. Din il-partita ma tinkludix derivattivi finanzjarji li m'humiex suġġetti għal irreġistrar fuq-il-karta-tal-bilanċ skond ir-regoli nazzjonali |
||||||||||||||||
|
Din il-partita tinkludi investimenti f'attiv fiss tanġibbli eż. bini, bini ieħor u strutturi, u bini mhux residenzjali |
||||||||||||||||
|
Din hi l-partita residwa fuq in-naħa ta' l-attiv tal-karta tal-bilanċ, iddefinita bħala “attiv inkluż imkien ieħor”. Din il-partita tista' tinkludi:
|
KATEGORIJI TA' PASSIV
Kategorija |
Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali |
||||||||||||||
|
Ammonti dovuti lil kredituri minn FVCs, minbarra dawk li jqumu mill-ħruġ ta' titoli negozzjabbli. Din il-partita tikkonsisti f':
It-titoli wara operazzjonijiet tat-tip repo jitniżżlu skond ir-regoli fil-partita ta' l-attiv 3 “Titoli minbarra ishma” Operazzjonijiet li jinvolvu t-trasferiment temporanju tad-deheb kontra garanziji fi flus kontanti huma nklużi wkoll taħt din il-partita |
||||||||||||||
|
Titoli maħruġa minn FVCs, minbarra “ishma u parteċipazzjonijiet azzjonarji oħra”, li huma strumenti s-soltu negozzjabbli fis-swieq sekondarji jew li jistgħu jiġu paċuti fis-suq u li ma jagħtux lid-detentur l-ebda dritt ta' proprjeta' fuq l-istituzzjoni li toħroġ. Tinkludi, inter alia, titoli maħruġa fil-forma ta':
|
||||||||||||||
|
Għall-finijiet ta' l-iskema ta' rappurtar, din il-kategorija tkopri l-ammonti li jqumu mill-ħruġ tal-kapital ta' parteċipazzjonijiet azzjonarji minn aġenti ta' rappurtar lil azzjonisti jew sidien oħra, li jirrappreżentaw għad-detentur drittijiet ta' proprjeta' fil-FVC, u ġeneralment dritt għal sehem fil-profitti tagħha u għal sehem fl-own funds tagħha fil-każ ta' likwidazzjoni. Huma nklużi wkoll il-fondi li jqumu minn benefiċċji jew fondi mhux distribwiti mwarrba minn aġenti ta' rappurtar f'antiċipazzjoni tal-possibbilta' ta' ħlasijiet u obbligazzjonijiet futuri. Tinkludi:
|
||||||||||||||
|
Ara l-kategorija 6 |
||||||||||||||
|
Din hija l-partita li jifdal wara n-naħa tal-passivi tal-karta tal-bilanċ, iddefinita bħala “passiv inkluż imkien ieħor” Din il-partita tista' tinkludi:
|
PARTI 2
Definizzjonijiet tas-setturi
L-ESA95 tipprovdi l-istandard għall-klassifikazzjoni tas-setturi. Il-kontropartijiet li jinsabu fit-territorju ta' l-Istati Membri parteċipanti huma identifikati skond is-settur tagħhom skond il-lista ta' FVCs, fondi ta' investiment (IFs) u IFMi għal skopijiet ta' statistika u l-gwida għall-klassifikazzjoni statistika tal-kontropartijiet mogħtija fil-Monetary, financial institutions and markets statistics sector manual. Guidance for the statistical classification of customers mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Tabella B
Definizzjonijiet tas-setturi
Settur |
Definizzjoni |
||
|
Banek ċentrali nazzjonali residenti, istituzzjonijiet ta' kreditu residenti kif iddefiniti fil-liġi tal-Komunita', u istituzzjonijiet finanzjarji residenti oħra li n-negozju tagħhom huwa li jirċievu depożiti u/jew sostitwiti mill-qrib għal depożiti minn entitajiet oħra minbarra IFMi, u, għalihom innifishom, ta' lanqas f'termini ekonomiċi, biex jagħtu krediti u/jew jagħmlu investimenti f'titoli (Ir-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji fformulat mill-ġdid (BĊE/2008/32)) |
||
|
Unitajiet residenti li huma nvoluti prinċipalment fil-produzzjoni ta' oġġetti mhux tas-suq u servizzi, maħsuba għall-konsum individwali u kollettiv u/jew fir-ridistribuzzjoni tad-dħul u l-ġid nazzjonali (l-ESA95, il-paragrafi 2.68 sa 2.70) |
||
|
Korporazzjonijiet finanzjarji u kważi-korporazzjonijiet, ħlief korporazzjonijiet ta' assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni, involuti prinċipalment f'intermedjazzjoni finanzjarja billi jeħlu passiv f'forom oħra minbarra valuta, depożiti u/jew sostituti mill-qrib għal depożiti minn unitajiet istituzzjonali minbarra IFMi, jew riżervi tekniċi ta' l-assigurazzjoni (l-ESA95, il-paragrafi 2.53 sa 2.56). L-IFs huma ddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 958/2007 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta' Lulju 2007 dwar statistika fir-rigward ta' l-attiv u l-passiv ta' fondi ta' investiment (BĊE/2007/8), u l-FVCs kif iddefiniti f'dan ir-Regolament huma inklużi f'dan is-settur. Inklużi wkoll huma awżiljarji finanzjarji li jikkonsistu fil-korporazzjonijiet u kważi-korporazzjonijiet kollha finanzjarji li huma involuti prinċipalment f'attivitajiet finanzjarji awżiljarji (l-ESA95, il-paragrafi 2.57 sa 2.59) |
||
|
Korporazzjonijiet finanzjarji u kważi-korporazzjonijiet, involuti prinċipalment f'intermedjazzjoni finanzjarja bħala l-konsegwenza tal-ġbir tar-riskji (l-ESA95, il-paragrafi 2.60 sa 2.67) |
||
|
Korporazzjonijiet u kważi-korporazzjonijiet mhux involuti f'intermedjazzjoni finanzjarja imma prinċipalment fil-produzzjoni ta' oġġetti tas-suq u servizzi mhux finanzjarji (l-ESA95, il-paragrafi 2.21 sa 2.31) |
||
|
Individwi jew gruppi ta' individwi bħala konsumaturi, u produtturi ta' oġġetti u servizzi mhux finanzjarji esklussivament għall-konsum finali tagħhom, u bħala produtturi ta' oġġetti tas-suq u servizzi finanzjarji u mhux finanzjarji bil-kundizzjoni li l-attivitajiet tagħhom m'humiex dawk ta' kważi-korporazzjonijiet. Inklużi huma istituzzjonijiet bla qligħ li jservu households u li huma nvoluti prinċipalment fil-produzzjoni ta' oġġetti tas-suq u servizzi maħsuba għal gruppi partikolari ta' households (l-ESA95, il-paragrafi 2.75 sa 2.88) |
PARTI 3
Definizzjoni ta' tranżazzjonijiet finanzjarji
Tranżazzjonijiet finanzjarji, skond l-ESA95, huma ddefiniti bħala l-akkwist nett ta' attiv finanzjarju jew li wieħed jeħel passiv nett għal kull tip ta' strument finanzjarju, jiġifieri s-somma tat-tranżazzjonijiet finanzjarji li jseħħu matul il-perijodu rilevanti ta' rappurtar. Il-metodu ta' valutazzjoni għal kull tranżazzjoni għandu juża l-valur li bih l-attiv huwa akkwistat jew mibjugħ u/jew li bih il-passiv jiġi maħluq, illikwidat jew skambjat. Fil-prinċipju tranżazzjonijiet finanzjarji għandhom jikkonformaw ma' din il-metodoloġija. Write-offs/write-downs u tibdiliet ta' valutazzjoni ma jirrappreżentawx tranżazzjonijiet finanzjarji.
PARTI 4
Definizzjoni ta’ write-offs/write-downs
Write-offs/write-downs huma ddefiniti bħala l-impatt ta' tibdiliet fil-valur tas-self imniżżel fil-karta tal-bilanċ li huwa kkawżati bl-applikazzjoni tar-write-offs/write-downs tas-self. Write-offs/write-downs rikonoxxuti fil-ħin li self jinbiegħ jew jiġi ttrasferit lil terza parti huma inklużi wkoll, meta identifikabbli. Write-offs jirreferu għall-każijiet meta s-self jitqies attiv li ma jiswa xejn u jitneħħa mill-karta tal-bilanċ. Write-downs jirreferu għall-każijiet fejn jitqies li s-self ma jkunx ġie rkuprat għal kollox, u l-valur tas-self jitnaqqas fil-karta tal-bilanċ.
ANNESS III
STANDARDS MINIMI BIEX JIĠU APPLIKATI MILL-POPOLAZZJONI ATTWALI TAR-RAPPURTAR
L-aġenti ta' rappurtar għandhom jissodisfaw l-istandards minimi li ġejjin biex jissodisfaw l-obbligi ta' rappurtar ta' statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).
1. |
Standards minimi għat-trasmissjoni:
|
2. |
Standards minimi għall-preċiżjoni:
|
3. |
Standards minimi għal konformita` mal-kunċetti:
|
4. |
Standards minimi għar-reviżjonijiet: il-politika tar-reviżjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mill-BĊE u l-BĊNi għandhom ikunu segwiti. Ir-reviżjonijiet li jitilqu lil hinn mir-reviżjonijiet regolari għandhom ikunu akkompanjati min-noti ta' spjega. |