Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0011

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 11/2009 tas- 7 ta’ Jannar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1347/2008 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill- 1 ta’ Jannar 2009

    ĠU L 4, 8.1.2009, p. 7–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/11/oj

    8.1.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 4/7


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 11/2009

    tas-7 ta’ Jannar 2009

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1347/2008 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Jannar 2009

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2009 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1347/2008 (3).

    (2)

    Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 1347/2008.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1347/2008 għandu jiġi emendat skond dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 1347/2008 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mit-8 ta’ Jannar 2009.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Jannar 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

    (3)  ĠU L 348, 24.12.2008, p. 81.


    ANNESS I

    Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mit-8 ta’ Jannar 2009

    Kodiċi NK

    Isem tal-merkanziji

    Dazju ta' l-importazzjoni (1)

    (EUR/t)

    1001 10 00

    QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

    0,00

    ta' kwalità medja

    0,00

    ta' kwalità baxxa

    0,00

    1001 90 91

    QAMĦ għaż-żrigħ

    0,00

    ex 1001 90 99

    QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

    0,00

    1002 00 00

    SEGALA

    27,40

    1005 10 90

    QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

    19,22

    1005 90 00

    QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

    19,22

    1007 00 90

    SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

    27,40


    (1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

    EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

    EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

    (2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


    ANNESS II

    Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

    2.1.2009-6.1.2009

    (1)

    Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

    (EUR/t)

     

    Qamħ (1)

    Qamħirrum

    Qamħ iebes kwalità għolja

    Qamħ iebes, kwalità medja (2)

    Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

    Xgħir

    Borża

    Minnéapolis

    Chicago

    Kwotazzjoni

    176,48

    117,05

    Prezz FOB USA

    217,05

    207,05

    187,05

    122,38

    Tariffa fuq il-Golf

    13,70

    Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

    28,08

    (2)

    Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

    Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

    9,38  EUR/t

    Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

    6,99  EUR/t


    (1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

    (2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

    (3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


    Top