Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009O0010

    Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 7 ta’ Mejju 2009 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2009/10)

    ĠU L 123, 19.5.2009, p. 99–99 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2009/391/oj

    19.5.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 123/99


    LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tas-7 ta’ Mejju 2009

    li temenda l-Linja Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema

    (BĊE/2009/10)

    (2009/391/KE)

    IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, partikolarment l-ewwel subinċiż tal-Artikolu 105(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 flimkien mal-ewwel subinċinż tal-Artikolu 3.1, l-Artikolu 18 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Biex tintlaħaq politika monetarja unika tenħtieġ definizzjoni tal-istrumenti u l-proċeduri li se jintużaw mill-Eurosistema, li tikkonsisti mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) tal-Istati Membri li adottaw l-euro (minn issa ‘l quddiem “l-Istati Membri parteċipanti”) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), biex b’hekk din il-politika tkun tista’ tiġi implimentata b’mod uniformi fiż-żona tal-euro kollha.

    (2)

    Għandhom isiru emendi għal-Linja Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta’ Awwissu 2000 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1) biex jiġi permess l-aċċess għall-operazzjonijiet tas-suq ħieles u l-faċilitajiet permanenti tal-Eurosistema minn istituzzjonijiet ta’ kreditu li, minħabba n-natura istituzzjonali speċifika tagħhom skont id-dritt Komunitarju, huma soġġetti għal skrutinju ta’ standard paragunabbli mas-superviżjoni minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti,

    ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

    Artikolu 1

    Emenda għall-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2000/7

    Fl-ewwel paragrafu tat-Taqsima 2.1, it-tielet sentenza tat-tieni inċiż hi sostitwita b’dan li ġej:

    “Minħabba n-natura istituzzjonali speċifika tagħhom skont id-dritt Komunitarju, istituzzjonijiet finanzjarjament sodi fit-tifsira tal-Artikolu 101(2) tat-Trattat li huma soġġetti għal skrutinju ta’ standard paragunabbli mas-superviżjoni minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jiġu aċċettati bħala kontropartijiet. Istituzzjonijiet finanzjarjament sodi li huma soġġetti għas-superviżjoni mhux armonizzata minn awtoritajiet nazzjonali ta’ standard paragunabbli mas-superviżjoni armonizzata UE/ŻEE jistgħu jiġu aċċettati wkoll bħala kontropartijiet, eż. friegħi ta’ istituzzjonijiet stabbiliti fiż-żona tal-euro li għandhom is-sede prinċipali tagħhom barra ż-ŻEE.”

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Mejju 2009.

    Artikolu 3

    Indirizzati u miżuri ta’ implimentazzjoni

    1.   Din il-Linja Gwida hi indirizzata lill-BĊN tal-Istati Membri parteċipanti.

    2.   Sal-11 ta’ Mejju 2009, il-BĊN imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jibagħtu lill-BĊE l-miżuri li permezz tagħhom bi ħsiebhom jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida.

    Magħmula fi Frankfurt am Main, 7 ta’ Mejju 2009.

    F’isem il-Kunsill Governattiv tal-BĊE

    Il-President tal-BĊE

    Jean-Claude TRICHET


    (1)  ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1.


    Top