Šis dokumentas gautas iš interneto svetainės „EUR-Lex“
Dokumentas 32009L0156
Council Directive 2009/156/EC of 30 November 2009 on animal health conditions governing the movement and importation from third countries of equidae (Codified version) (Text with EEA relevance)
Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat- 30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (Verżjoni kkodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat- 30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (Verżjoni kkodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1—24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
Nebegalioja, Galiojimo pabaigos data: 20/04/2021; Revokat u sostitwit bi 32016R0429
23.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/1 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2009/156/KE
tat-30 ta’ Novembru 2009
dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi
(verżjoni kodifikata)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae (2) ġiet emendata diversi drabi b’mod sostanzjali (3). Fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kodifikata. |
(2) |
Equidae, li huma annimali ħajjin, huma inklużi fil-lista ta’ prodotti fl-Anness I tat-Trattat. |
(3) |
Sabiex ikun assigurat l-iżvilupp razzjonali ta’ produzzjoni ta’ ekwidi, u b’hekk tiżdied il-produttività f’dak is-settur, regoli li jirregolaw il-moviment ta’ ekwidi bejn l-Istati Membri għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tal-Komunità. |
(4) |
It-tagħmmir u t-trobbija ta’ ekwidi, u b’mod partikolari, taż-żwiemel huwa ġeneralment inkluż fis-settur tal-biedja. Dan jikkostitwixxi sors ta’ income għal parti mill-popolazzjoni tal-biedja. |
(5) |
Id-disparitajiet fir-rigward tal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali fl-Istati Membri għandhom jiġu eliminati sabiex jinkoraġġixxu il-kummerċ intra-Komunitarju fl-ekwidi. |
(6) |
Sabiex jinkoraġġixxu l-iżvilupp armonjuż ta’ kummerċ intra-Komunitarju, għandha ssir dispożizzjoni għal sistema Komunitarja sabiex tirregola l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. |
(7) |
Il-kundizzjonijiet għall-moviment ta’ ekwidi reġistrati li jġorru dokument ta’ identifikazzjoni f’territorju nazzjonali għandhom ikunu regolati. |
(8) |
Sabiex ikunu s-suġġett ta’ kummerċ, ekwidi għandhom jissodisfaw ċerti rekwiżiti ta’ saħħa tal-annimali, sabiex jevitaw it-tixrid ta’ mard infettiv jew li jittieħed. Jidher partikolarment xieraq li jipprovdu għal tqassim possibbli f’reġjuni ta’ miżuri restrittivi. |
(9) |
Il-kundizzjonijiet ta’ trasport għandhom jiġu stabbiliti għall-istess raġunijiet, b’kont meħud tal-kundizzjonijiet ta’ benesseri tal-annimali stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati (4). |
(10) |
Biex jassiguraw li dawk ir-rekwiiti huma sodisfatti, għandha issir dispożizzjoni għal ħruġ minn veterinarju uffiċjali ta’ ċertifikat tas-saħħa biex jakkompanja l-ekwidi lejn il-post ta’ destinazzjoni tagħhom. |
(11) |
L-organizzazzjoni ta’ u s-segwitu għall-ispezzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri ta’ destinazzjoni u l-miżuri ta’ salvagwardja li għandhom jiġu implimentati ġew stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (5). |
(12) |
Għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-possibiltà ta’ spezzjonijiet mill-Kummissjoni. Dawn l-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. |
(13) |
Id-definizzjoni ta’ dispożizzjonijiet tal-Komunità applikabbli għal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi tirrikjedi li titfassal lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi li minnhom jistgħu jiġu importati ekwidi. |
(14) |
L-għażla ta’ dawn il-pajjiżi għandha tkun ibbażata fuq kriterji ta’ natura ġenerali bħal ma huma l-istat tas-saħħa ta’ bhejjem ħajjin, l-organizzazzjoni u l-poteri tas-servizzi veterinarji u r-regolamenti tas-saħħa li jkunu fis-seħħ. |
(15) |
B’żieda ma’ dan, l-importazzjoni ta’ ekwidi m’għandhiex tkun awtorizzata minn pajjiżi infettati b’mard tal-annimali infettiv jew li jittieħed li jippreżenta riskju għall-bhejjem ħajjin tal-Komunità jew li kienu ħielsa minn infezzjoni bħal din għal perjodu qasir wisq. Tali kunsiderazzjonijiet huma validi wkoll għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li fihom twettaq tilqim kontra tali mard. |
(16) |
Il-kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi għandha tiġi ssupplimentata b’kondizzjonijiet speċjali mfassla fuq il-bażi tas-sitwazzjoni tas-saħħa f’kull wieħed minnhom. In-natura teknika u d-diversità tal-kriterji fuq liema dawn il-kundizzjonijet speċjali jiddependu jenħtieġu għad-definizzjoni tagħhom rikors għal proċedura flessibbli u rapida li fiha l-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkooperaw mill-qrib. |
(17) |
Il-preżentazzjoni ta’ forma ta’ ċertifikat standard komuni mal-importazzjoni ta’ ekwidi tikkostitwixxi mezz effettiv ta’ verifikazzjoni li r-regoli tal-Komunità ikunu qegħdin jiġu applikati. Tali regoli jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet speċjali li jistgħu ivarjaw skont il-pajjiż terz ikkonċernat, u dan għandu jittieħed kont tiegħu meta jitfassallu l-formoli standard taċ-ċertifikati. |
(18) |
Esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri, innominati mill-Kummissjoni, għandhom ikunu responsabbli għall-verifikazzjoni li r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva huma osservati, b’mod partikolari f’pajjiżi terzi. |
(19) |
L-ispezzjonijet imwettqa mal-importazzjoni għandhom ikopru l-oriġini u l-istat ta’ saħħa tal-ekwidi. |
(20) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistablixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (6). |
(21) |
Din id-Direttiva hija bla ħsara għall-obbligazzjonijiet tal-Istati Membri marbuta mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness V, Parti B, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Din id-Direttiva tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-moviment bejn Stati Membri u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi ħajjin.
Artikolu 2
Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“impriża” tfisser stabbiliment tal-agrikoltura jew ta’ taħriġ, stalla jew, b’mod ġenerali, xi bini jew faċilità li fihom l-ekwidi huma abitwalment miżmuma jew mgħammra, ikun xi jkun l-użu tagħhom; |
(b) |
“ekwidi” tfisser annimali selvaġġi jew domestikati tal-ispeċi ekwini (inklużi ż-żebra) jew tal-ispeċi asinine (tal-ħmir) jew il-wild ta’ taħlit bejn dawn l-ispeċi; |
(c) |
“ekwidi reġistrati” tfisser kull ekwidi reġistrat kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 90/427/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi li jirregolaw kummerċ intra-Komunitarju f’equidae (7), identifikati permezz ta’ dokument tal-identifikazzjoni maħruġ minn:
|
(d) |
“ekwidi għall-qatla” tfisser ekwidi maħsuba sabiex jiġu trasportati direttament jew wara transitu minn suq jew ċentru ta’ ragruppar approvat, imsemmi fl-Artikolu 7, lejn il-biċċerija għall-qatla; |
(e) |
“ekwidi għat-tagħmir u l-produzzjoni” tfisser ekwidi oħrajn għajr dawk imsemmija f’(c) u (d); |
(f) |
“Stat Membru jew pajjiż terz ħieles mill-marda Afrikana taż-żwiemel” tfisser kull Stat Membru jew pajjiż terz li fih ma kien hemm l-ebda xhieda klinika, seroloġika (ekwidi mhux imlaqqma) jew epidemoloġika tal-marda Afrikana taż-żwiemel fuq it-territorju kkonċernat fl-aħħar sentejn u li fih ma kienx hemm tilqim kontra l-mard matul l-aħħar tnax il-xahar; |
(g) |
“mard li jrid jiġi mgħarraf b’obbligu” tfisser il-mard elenkat fil-lista fl-Anness I; |
(h) |
“veterinarju uffiċjali” tfisser il-veterinarju nnominat mill-awtorità kompetenti ċentrali tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz; |
(i) |
“dħul temporanju” tfisser l-istatus tal-ekwidi rreġistrat li joriġina minn pajjiż terz u li jidħol fit-territorju tal-Komunità għal perjodu ta’ anqas minn 90 ġurnata li jrid ikun stabbilit bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), skont is-sitwazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż tal-oriġini. |
KAPITOLU II
REGOLI GĦALL-MOVIMENT TA’ EKWIDI FI U BEJN STATI MEMBRI
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-moviment ta’ ekwidi reġistrati fit-territorju tagħhom jew jibagħtu ekwidi lejn Stat Membru ieħor biss meta jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5.
Madanakollu, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri tad-destinazzjoni jistgħu jagħtu eżenzjoni ġenerali jew illimitata rigward moviment ta’ ekwidi li:
— |
jkunu qegħdin jiġu mirkuba jew meħuda, għall-għanijiet ta’ sport jew rekrejazzjoni, matul toroq li huma lokaliżżati ħdejn il-fruntieri interni tal-Komunità, |
— |
li jkunu jieħdu parti fi ġrajjiet kulturali jew simili jew f’attivitajiet organizzati minn korpi lokali awtorizzati li jinstabu qrib il-fruntieri interni tal-Komunità, |
— |
li huma maħsuba biss għall-mergħat jew xogħol temporanji qrib il-fruntieri interni tal-Komunità. |
L-Istati Membri li jagħmlu użu minn tali awtorizzazzjoni għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-kontenut tal-eżenzjonijiet mogħtijia.
Artikolu 4
1. Equidae m’għandhom juru l-ebda sinjal kliniku ta’ mard waqt l-ispezzjoni. L-ispezzjoni għandha titwettaq fit-48 siegħa qabel l-imbark jew it-tagħbija tagħhom. Fil-każ ta’ equidae reġistrati, madanakollu, din l-ispezzjoni għandha, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, tkun meħtieġa biss għal kummerċ intra-Komunitarju.
2. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-paragrafu 5 rigward mard li għandu jkun mgħarraf b’obbligu, il-veterinarju uffiċjali irid, fil-ħin tal-ispezzjoni, ikun sodisfatt li m’hemm l-ebda bażi - b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ dikjarazzjonijiet mis-sid jew minn dak responsabbli għat-tgħammir - għal konklużjoni li l-ekwidi kienu f’ kuntatt ma’ equidae li qed ibatu minn mard infettiv jew li jittieħed matul il-15-il ġurnata immedjatament qabel l-ispezzjoni.
3. L-ekwidi ma jridux ikunu maħsuba għall-qatla taħt programm nazzjonali tal-eradikazzjoni ta’ mard infettiv jew li jittieħed.
4. L-ekwidi għandhom jiġu identifikati fil-manjiera li ġejja:
(a) |
fil-każ ta’ ekwidi rreġistrati, permezz ta’ dokument ta’ identifikazzjoni, kif previst fid-Direttiva 90/427/KEE, li jrid jiċċertifika b’mod partikolari li l-paragrafi 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva ġew rispettati. Il-veterinarju uffiċjali għandu jissospendi l-validità tad-dokument ta’ identifikazzjoni għall-perjodu tal-projbizzjonijiet previsti fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu jew fl-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva. Id-dokument ta’ identifikazzjoni għandu, wara l-qatla taż-żiemel reġistrat, jintbagħat lura lejn l-awtorità li tkun ħarġitu. Il-proċedura għall-implimentazzjoni ta’ dan il-punt għandha tiġi adottata bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2); |
(b) |
għall-ekwidi għat-tagħmmir u produzzjoni, permezz tal-metodu stabbilit skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2). |
5. B’żieda mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5, l-ekwidi m’għandhomx jiġu minn impriża li kienet is-suġġett ta’ waħda mill-ordnijiet ta’ projbizzjoni li ġejjin:
(a) |
jekk l-annimali kollha tal-ispeċi suxxettibbli għall-mard lokalizzati fl-impriża ma jkunux ġew maqtula, il-perjodu ta’ projbizzjoni li jikkonċerna l-impriża tal-oriġini għandu jkun mill-inqas:
|
(b) |
jekk l-annimali kollha tal-ispeċi suxxettibbli għal mard lokalizzati fuq l-impriża ikunu ġew maqtula u l-bini ddiżinfettati, il-perjodu ta’ projbizzjoni għandu jkun ta’ 30 ġurnata, li jibdew fil-ġurnata meta l-annimali jkunu ġew meqruda u l-bini ddiżinfettati, minbarra fil-każ ta’ anthrax, meta l-perjodu ta’ projbizzjoni huwa ta’ 15-il ġurnata. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jidderogaw minn dawn l-ordnijiet ta’ projbizzjoni għal ippodromi u korsi tat-tiġrija, u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bin-natura ta’ xi derogi mogħtija. |
6. Meta Stat Membru jħejji jew kien ħejja programm ta’ kontroll volontarju jew obligatorju għal marda li għaliha huma suxxettibbli l- ekwidi, jista’ jippreżenta l-programm lill-Kummissjoni, fi żmien sitt xhur mill-4 ta’ Lulju 1990 għall-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Portugall u r-Renju Unit, mill-1 ta’ Jannar 1995 għall-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, mill-1 ta’ Mejju 2004 għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja u mill-1 ta’ Jannar 2007 għall-Bulgarija u r-Rumanija, li juri b’mod partikolari:
(a) |
id-distribuzzjoni tal-marda fit-territorju tiegħu; |
(b) |
ir-raġunijiet għall-programm, b’kont meħud tas-sinifikat tal-marda u l-vantaġġi tan-nefqa/benefiċċju tiegħu; |
(c) |
iż-żona ġeografika li fiha għandu jiġi implimentat il-programm; |
(d) |
l-istatus tal-kategoriji li għandhom jiġu applikati għall-istabbilimenti, l-istandards li għandhom jinkisbu għal kull speċi u l-proċeduri tat-test li jridu jintużaw; |
(e) |
il-proċeduri ta’ monitoraġġ tal-programm; |
(f) |
l-azzjoni li għandha tittieħed, jekk għal xi raġuni, l-impriża titlef l-istatus tagħha; |
(g) |
il-miżuri li għandhom jittieħdu jekk ir-riżultati tat-testijiet imwettqa skont id-dispożizzjonijiet tal-programm ikunu pożittivi; |
(h) |
in-natura mhux diskriminatorja tal-kummerċ fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat rigward il-kummerċ intra-Komunitarju. |
Il-Kummissjoni għandha teżamina l-programmi ippreżentati mill-Istati Membri. Fejn xieraq għandha tapprovahom bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2). Kull garanzija addizzjonali, ġenerali jew speċifika, li tista’ tkun meħtieġa fil-kummerċ intra-Komunitarju tista’ tkun definita bi qbil mal-istess proċedura. Tali garanziji m’għandhomx jeċċedu dawk meħtieġa mill-Istat Membru fit-territorju tiegħu stess.
Programmi ppreżentati mill-Istati Membri jistgħu jiġu emendati jew issupplimentati bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(3). Emendi jew żidiet mal-programmi li diġà ġew approvati jew ma’ garanziji li diġà ġew definiti bi qbil mat-tieni subparagrafu jistgħu jkunu approvati permezz tal-istess proċedura.
Artikolu 5
1. Kull Stat Membru li mhuwiex ħieles mill-marda Afrikana taż-żwiemel, fis-sens tal-Artikolu 2(f), jista’ jibgħat ekwidi minn dik il-parti tat-territorju li hi kkunsidrata li hija nfettata fis-sens tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu biss taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
2. Parti tat-territorju ta’ Stat Membru għandha tiġi kkunsidrata li hija infettata mill-marda Afrikana taż-żwiemel jekk:
(a) |
l-evidenza klinika, seroloġika, (f’annimali mhux imlaqma) u/jew epidemoloġika tkun uriet il-preżenza tal-marda Afrikana taż-żwiemel fl-aħħar sentejn; jew |
(b) |
it-tilqim kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel ikun ġie imwettaq matul l-aħħar 12-il xahar. |
Il-parti tat-territorju kkunsidrata li hi infettata mill-marda Afrikana taż-żwiemel għandu jkun fiha mill-inqas:
(a) |
żona ta’ protezzjoni b’raġġ ta’ mill-anqas 100 km madwar kull ċentru tal-infezzjoni; |
(b) |
żona ta’ sorveljanza ta’ mill-anqas 50 km li testendi lil hinn miż-żona ta’ protezzjoni li fiha ma sar l-ebda tlaqqim fl-aħħar 12-il xahar. |
3. Ir-regoli għall-kontroll u l-miżuri sabiex tiġi miġġielda l-marda Afrikana taż-żwiemel relatati mat-territorji u żoni msemmija fil-paragrafu 2 u d-derogi relevanti kif speċifikati fid-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE tad-29 ta’ April 1992 li tistabilixxi r-regoli ta’ kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż- żwiemel (8).
4. L-ekwidi kollha mlaqqma misjuba fiż-żona protetta għandhom ikunu rreġistrati u mmarkati konformement mal-Artikolu 6(1)(d) tad-Direttiva 92/35/KEE.
Id-dokument tal-identifikazzjoni u/jew iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jkollu referenza ċara għal tali tilqim.
5. Stat Membru jista’ jibgħat mit-territorju msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ekwidi biss li jilħqu ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
għandhom jintbagħtu biss matul ċertu perjodi tas-sena, wara li jkun ittieħed kont tal-attivita ta’ insetti vettorjali, li għandhom jiġu determinati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(3); |
(b) |
m’għandhomx juru l-ebda sintomi kliniċi tal-marda Afrikana taż-żwiemel fil-jum tal-ispezzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1); |
(c) |
iridu jkunu għaddew minn test għal marda Afrikana taż-żwiemel kif deskritt fl-Anness IV, f’żewġ okkażjonijiet, b’intervall ta’ bejn 21 u 30 jum bejn iż-żewġ testijiet, it-tieni minn dawn għandu jkun ġie mwettaq matul l-10 ijiem qabel id-dispaċċ jew:
Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), u wara l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel, metodi oħrajn ta’ monitoraġġ jistgħu jiġu rikonoxxuti; |
(d) |
iridu jkunu ġew miżmuma fi stazzjon tal-kwarantina għal mill-anqas 40 jum qabel id-dispaċċ; |
(e) |
għandhom ikunu ġew imħarsa minn insetti vettorjali matul il-perjodu ta’ kwarantina u matul it-trasportazzjoni mill-istazzjon tal-kwarantina għal post tad-dispaċċ. |
Artikolu 6
L-Istati Membri li jimplimentaw sistema alternattiva ta’ kontroll li tipprovdi garanziji ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 4(5) rigward movimenti fi ħdan it-territorju tagħhom ta’ ekwidi jistgħu jagħtu lill-xulxin derogi mid-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 8(1)(b) fuq bażi reċiproka.
Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.
Artikolu 7
1. Ekwidi għandhom jiġu trasportati, kemm jista’ jkun malajr, mill-impriża tal-oriġini jew direttament jew inkella permezz ċentru ta’ ragruppar, kif definit fl-Artikolu 2(2)(o) tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (9), sal-post tad-destinazzjoni f’vetturi jew kontenituri li jkunu ġew imnaddfa u ddiżinfettati regolarment b’diżinfettant f’intervalli li għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri tad-dispaċċ. Il-vetturi jridu jkunu iddisinjati b’tali mod li ħmieġ tal-ekwidi, żibel jew għalf ma jkunx jista’ joħroġ mill-vettura waqt it-trasport. Bla ħsara għar-Regolament Nru 1/2005, it-trasport irid isir b’tali mod li s-saħħa u l-benesseri tal-ekwidi jistgħu jkunu protetti b’mod effettiv.
2. L-Istati Membri tad-destinazzjoni jistgħu, fuq bażi ġenerali jew ristretta, jagħtu deroga minn uħud mir-rekwiżiti tal-Artikolu 4(5) għal kull annimali li jġorr marka speċjali li tindika li huwa skedat għall-qatla, dment li ċ-ċertifikat tas-saħħa skont l-Anness III jsemmi tali deroga.
Fejn ingħatat tali deroga, ekwidi għall-qatla għandhom jiġu trasportati direttament lejn il-biċċerija nominata u jiġu maqtula fi żmien ħamest ijiem mill-wasla fil-biċċerija.
3. Il-veterinarju uffiċjali għandu jżomm rekord tan-numru tal-identifikazzjoni jew tan-numru tad-dokument tal-identifikazzjoni tal-annimal maqtul u jgħaddi lill-awtorità kompetenti tal-post tad-dispaċċ, fuq talba minn din tal-aħħar, attestazzjoni li turi li l-annimal ikun ġie maqtul.
Artikolu 8
1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:
(a) |
ekwidi reġistrati li jħallu l-impriżi tagħhom ikunu akkompanjati bid-dokument tal-identifikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 4(4)(a) flimkien - jekk huma intenzjonati għal kummerċ intra-Komunitarju bl-attestazzjoni prevista fl-Anness II; |
(b) |
ekwidi għat-tagħmmir, għall-produzzjoni u għal-qatla għandhom, matul it-trasportazzjoni tagħhom, ikunu akkompanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jkun konformi mal-Anness III. |
2. Iċ-ċertifikat tas-saħħa, jew fil-każ ta’ ekwidi reġistrati l-attestazzjoni tas-saħħa, għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, jiġi mfassal matul it-48 siegħa qabel l-imbark tagħhom jew inkella mhux aktar tard mill-aħħar ġurnata tax-xogħol preċedenti għal dan, f’mill-inqas waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istati Membri tad-dispaċċ u destinazzjoni. It-tul taż-żmien tal-validità taċ-ċertifikat tas-saħħa jew tal-attestazzjoni tas-saħħa għandu jkun ta’ 10 ijiem. Iċ-ċertifikat tas-saħħa jew l-attestazzjoni tas-saħħagħandu jikkonsisti minn karta waħda.
3. Għall-moviment bejn Stati Membri ta’ ekwidi oħrajn apparti minn ekwidi reġistrati jistgħu jkunu koperti minn ċertifikat wieħed tas-saħħa għal kull kunsinja minflok miċ-ċertifikat individwalitas-saħħa msemmi fil-paragrafu 1, punt (b).
Artikolu 9
Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 90/425/KEE għandhom japplikaw b’mod partikolari għall-iċekkjar fl-oriġini, għall-organizzazzjoni ta’, għas-segwitu għall- iċċekkjar, li għandu jsir mill-Istati Membri tad-destinazzjoni, u tal-miżuri ta’ salvagwardja li għandhom jiġu implimentati.
Artikolu 10
Esperti veterinarji mill-Kummissjoni jistgħu, safejn hu meħtieġ sabiex jiżguraw l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva u b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, jwettqu spezzjonijiet fuq il-post. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri bir-riżultati ta’ dawn l-ispezzjonijiet.
L-Istati Membri li fit-territorju tagħhom titwettaq spezzjoni għandhom jagħtu lill-esperti l-assistenza kollha meħtieġa sabiex iwettqu l-inkarigu tagħhom.
Arranġamenti ġenerali għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu addottati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).
KAPITOLU III
REGOLI GĦALL-IMPORTAZZJONI TA’ EKWIDI MINN PAJJIŻI TERZI
Artikolu 11
Ekwidi importati fil-Komunità għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 12 sa 16.
Artikolu 12
1. L-importazzjoni ta’ ekwidi ġewwa l-Komunità għandha tkun awtorizzata biss minn dawk il-pajjiżi terzi li jidhru fil-lista stabbilita jew emendata konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).
B’kont meħud tas-sitwazzjoni tas-saħħa u l-garanziji provduti mill-pajjiż terz għall-ekwidi, jista jiġi deċiż konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2) li l-awtorizzazzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tkun applikabbli għat-territorju kollu ta’ pajjiż terz jew biss għal parti mit-territorju tiegħu.
Għall-dak l-iskop u fuq il-bażi tal-istandards internazzjonali relevanti, għandu jittieħed kont ta’ kif dak il-pajjiż terz ikun japplika u jimplementa dawk l-istandards, partikolarment il-prinċipju tar-reġjonalizzazzjoni, fi ħdan it-territorju tiegħu stess u b’relazzjoni mar-rekwiżiti sanitarji tiegħu għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħrajn u mill-Komunità.
2. Meta tiġi stabbilita jew emendata l-lista prevista fil-paragrafu 1, għandha tingħata attenzjoni partikolari lil:
(a) |
l-istat tas-saħħa tal-ekwidi, l-annimali domestiċi l-oħra u tal-ħajja ferjali fil-pajjiż terz, b’attenzjoni partikolari għall-mard li jolqot l-annimali eżotiċi u ta’ xi aspetti tas-saħħa ġenerali u tas-sitwazzjoni ambjentali f’dak il-pajjiż terz li jistgħu joħolqu riskju għas-saħħa u l-istat ambjentali tal-Komunità; |
(b) |
il-leġislazzjoni tal-pajjiż terz b’relazzjoni mas-saħħa u l-benesseri tal-annimali; |
(c) |
l-organizzazzjoni tal-awtorità veterinarja kompetenti u tas-servizzi tagħha tal-ispezzjoni, il-poteri ta’ dawk is-servizzi, is-superviżjoni li għaliha huma suġġetti, u l-mezzi għad-dispożizzjoni tagħhom, inklużi l-kapaċità tal-persunal u tal-laboratorji, li japplikaw b’mod effettiv il-leġislazzjoni nazzjonali; |
(d) |
l-assigurazzjonijiet li l-awtorità veterinarja kompetenti tal-pajjiż terz tista tagħti f’dak li jirrigwardja l-konformità u l-ekwivalenza mal-kundizzjonijiet relevanti tas-saħħa tal-annimali li huma applikabbli fil-Komunità; |
(e) |
jekk il-pajjiż terz ikunx membru tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali OIE u tar-regolarità u l-ħeffa tal-informazzjoni fornuta mill-pajjiż terz fir-rigward tal-eżistenza ta’ mard infettiv jew li jittieħed tal-annimali fit-territorju tiegħu, partikolarment dak il-mard elenkat mill-OIE u fl-Anness I ta’ din id-Direttiva; |
(f) |
il-garanziji mogħtija mill-pajjiż terz sabiex jinforma direttament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri:
|
(g) |
kwalunkwe esperjenza dwar importazzjoni preċedenti ta’ ekwidi ħajjin mill-pajjiż terz u r-riżultati ta’ xi kontrolli tal-importazzjoni li twettqu; |
(h) |
ir-riżultati tal-ispezzjonijiet mill-Komunità u/jew l-awditjar imwettaq fil-pajjiż terz, partikolarment ir-riżultati tal-istudji mill-awtoritajiet kompetenti jew, meta l-kummissjoni hekk titlob, ir-rapport ippreżentat mill-awtoritajiet kompetenti dwar l-ispezzjonijiet li huma jkunu wettqu; |
(i) |
ir-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali, infettiv jew li jittieħed, li jkunu fis-seħħ fil-pajjiż terz u l-implementazzjoni tagħhom, inklużi r-regoli dwar l-importazzjoni tal-ekwidi minn pajjiżi terzi oħrajn. |
3. Il-Kummissjoni għandha tirranġa għall-aġġornament tal-verżjonijiet tal-lista mħejjija jew emendata kif previst fil-paragrafu 1 li għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
Il-lista tista’ tkun miġbura flimkien ma’ listi oħrajn mfassla għall-iskopijiet tas-saħħa tal-annimali u tal-pubbliku u jistgħu ukoll jinkludi mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa.
4. Kondizzjonijiet speċjali tal-importazzjoni għal kull pajjiż terz jew grupp ta’ pajjiżi terzi, b’kont meħud tas-siwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li tikkonċerna l-ekwidi fil-pajjiż jew il-pajjiżi terzi ikkonċernati għandhom jiġu stabbiliti konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).
5. Regolati dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 u l-kriterja sabiex ikunu inklużi pajjiżi terzi jew partijiet tal-pajjiżi terzi, fil-listi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu ikunu adottat bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 21(2).
Artikolu 13
1. L-ekwidi għandhom jiġu minn pajjiżi terzi li:
(a) |
huma ħielsa mill-marda Afrikana taż-żwiemel; |
(b) |
jkun ilhom ħielsa għal sentejn mill-equine encephalomyelitis tal-Veneżwela (VEE); |
(c) |
jkun ilhom ħielsa għal sitt xhur minn dourine u glanders. |
2. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2) jista’ jiġi deċiż:
(a) |
li d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw għal parti biss mit-territorju ta’ pajjiż terz. Fil-każ li r-rekwiżiti tal-marda Afrikana taż-żwiemel japplikaw fuq bażi reġjonali, mill-inqas il-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 5(2) u (5) għandhom jiġu rispettati; |
(b) |
li tenħtieġ garanziji addizzjonali għall-mard aljeni għall-Komunità. |
Artikolu 14
Qabel il-ġurnata tat-tagħbija għat-trasport lejn l-Istat Membru tad-destinazzjoni, l-ekwidi għandhom jkunu baqgħu mingħajr interruzzjoni fit-territorju jew fil-parti tat-territorju ta’ pajjiż terz jew, fil-każ ta’ reġjonalizzazzjoni, fil-parti tat-territorju definit skont l-Artikolu 13(2)(a) għal perjodu li għandu jiġi determinat fid-deċiżjonijiet li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 15.
Għandhom ikunu ġejjin minn impriża mqiegħda taħt sorveljanza veterinarja.
Artikolu 15
L-importazzjoni ta’ ekwidi mit-territorju ta’ pajjiż terz jew minn parti tiegħu kif definit konformement mal-Artikolu 13(2)(a) dwar il-lista mfassla konformement mal-Artikolu 12(1) għandha tkun awtorizzata biss jekk l-ekwidi, iżjed u aktar mir-rekwiżiti tal-Artikolu 13:
(a) |
ikunu konformi mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali addottati, b’referenza għall-ispeċi f’dak il-każ, tal-kategoriji ta’ ekwidi, konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2) għal importazzjoni ta’ ekwidi minn dak il-pajjiż. Il-bażi tar-referenza biex ikunu stabbiliti dawk ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għandhom ikunu l-istandards stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5; u |
(b) |
fil-każ ta’ pajjiż terz li mhux ħieles minn stomatite vesikulari jew arteritis virali għal mill-inqas sitt xhur, l-ekwidi għandhom jilħqu r-rekwiżiti li ġejjin:
|
Artikolu 16
1. L-ekwidi għandhom ikunu identifikati skont l-Artikolu 4(4) u akkompanjati minn ċertifikat tas-saħħa minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz li jesporta. Dan iċ-ċertifikat tas-saħħa:
(a) |
jinħareġ fil-ġurnata tat-tagħbija tal-annimali għad-dispaċċ lejn l-Istati Membri tad-destinazzjoni jew fil-każ ta’ żwiemel irreġistrati fl-aħħar ġurnata tax-xogħol qabel l-imbark; |
(b) |
ikun imfassal f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istati Membri tad-destinazzjoni u waħda minn dawk tal-Istat Membru li fih titwettaq l-ispezzjoni tal-importazzjoni; |
(c) |
jakkompanja l-annimali fl-oriġinal; |
(d) |
jattesta li l-annimali jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u dawk stabbiliti bis-saħħa ta’ din id-Direttiva rigward l-importazzjoni minn pajjiżi terzi; |
(e) |
jikkonsisti f’karta waħda; |
(f) |
jinħareġ għal destinatarju wieħed jew, fil-każ tal-annimali għall-qatla, għal kunsinna, basta li l-annimali jkunu mmarkati u identifikati sewwa. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk huma jagħmlu użu minn din il-possibilità. |
2. Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jitfassal fuq forma li tkun konformi mal-mudell stabbilit skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).
Artikolu 17
1. Immedjatament wara l-wasla fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, ekwidi għall-qatla għandhom jittieħdu f’biċċerija, jew direttament jew wara transitu minn suq jew ċentru ta’ ragruppar, kif imsemmi fl-Artikolu 7 u,konformement mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali, ikunu maqtula f’perjodu ta’ żmien speċifikat fid-deċiżjonijiet li għandhom jiġu addottati skont l-Artikolu 15.
2. Mingħajr preġudizzju għal xi kondizzjonijiet speċjali li jistgħu ikunu adottati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni tista’, fuq bażi tas-saħħa tal-annimali, jinnomina l-biċċerija fejn għandhom jittieħdu dawn l-ekwidi.
Artikolu 18
Il-verifiki għandhom jitwettqu fuq il-post minn esperti veterinarji tal-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex jivverfikaw jekk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, u partikolarment dawk tal-Artikolu 12(2), ikunu qegħdin jiġu applikati fil-prattika.
Jekk il-verifiki li jitwettqu fi ħdan it-termini ta’ dan l-Artikolu jiżvelaw fatti serji kontra l-impriża approvata, il-Kummissjoni għandha immedjatament tinforma lill-Istati Membri u minnufih taddotta deċiżjoni li tissospendi proviżjonalment l-approvazzjoni. Id-deċiżjoni finali għandha tittieħed skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(3).
L-esperti mill-Istati membri li għandhom ikunu fdati b’dawk il-verifiki għadhom ikunu maħtura mill-Kummissjoni, li taġixxi fuq proposta mill-Istati Membri.
Dawk il-verifiki għandhom isiru f’isem il-Komunità, li għandha terfa’ n-nefqa ta’ kull spiża involuta f’dan il-każ.
Il-frekwenza ta’ u l-proċedura għal dawk il-verifiki għandhom jiġu determinati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).
Artikolu 19
Konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2):
(a) |
jista’ jiġi deċiż li l-importazzjoni minn pajjiż terz jew minn parti ta’ pajjiż terz iridu jkunu ristretti għal speċi jew kategoriji partikolari ta’ ekwidi; |
(b) |
minkejja l-Artikolu 15, l-kundizzjonijiet speċjali għad-dħul temporanju fit-territorju tal-Komunità ta’ ekwidi reġistrati jew ekwidi għal użu speċjali jew għad-dħul mill-ġdid tagħhom fit-territorju tal-Komunità wara li kienu ġew esportati temporanjament, għandhom jiġu stabbiliti; |
(c) |
l-kondizzjonijiet għall-konverżjoni ta’ dħul temporanju fi dħul permanenti, għandhom jiġu determinati; |
(d) |
laboratorju ta’ referenza tal-Komunità dwar wieħed jew aktar mill-mard tal-ekwidi elenkati fl-Anness I jista’ jiġi magħżul u għanda ssir dispożizzjoni għall-funzjonijiet, id-doveri u l-proċeduri fir-rigward tal-kollaborazzjoni mal-laboratorji responsabbli għad-dijanjożi tal-mard infettiv tal-ekwidi fl-Istati Membri. |
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 20
L-Annessi I sa IV għandhom jiġu emendati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(3).
Artikolu 21
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti tal-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali stabbilit skont l-Artikolu 58 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (10).
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal ħmistax-il jum.
Artikolu 22
Id-Direttiva 90/426/KEE, kif emendata mill-atti elenkati fl-Anness V, Parti A, hija mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness V, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.
Artikolu 23
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 24
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
S. O. LITTORIN
(1) Opinjoni tat-22 ta’ April 2009 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42.
(3) Ara l-Anness V, Parti A.
(5) ĠU L 224, 18.8.1990. p. 29.
(6) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(7) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 55.
(8) ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19.
(9) ĠU L 121, 29.7.1964, p. 1977/64.
ANNESS I
MARD LI GĦANDU JKUN MGĦARRAF B’OBBLIGU
Il-mard li ġej għandu jiġi mgħarraf b’obbligu:
— |
Dourine (marda tal-istinar) |
— |
Glanders (marda b’nefħa taħt ix-xedaq) |
— |
Encephalomyelitis ta’ ekwini (ta’ kull tip, inkluż VEE) |
— |
Anemija infettiva (Infectious anaemia) |
— |
Ir-Rabja |
— |
Anthrax |
— |
Il-marda Afrikana taż-żwiemel |
— |
Stomatite Vesikulari |
ANNESS II
INFORMAZZJONI DWAR IS-SAĦĦA (1)
Nru tal-Passaport …
Jiena, li hawn taħt iffirmajt, niċċertifika (2) li l-annimal identifikat hawn fuq jilħaq ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
ġie eżaminat illum u ma juri l-ebda sinjal kliniku ta’ mard; |
(b) |
mhuwiex intenzjonat għall-qatla permezz ta’ programm nazzjonali tal-eradikazzjoni tal-mard li jittieħed jew infettiv; |
(c) |
|
(d) |
ma ġiex minn qasam li kien suġġett għall-projbizzjoni għal raġunijiet tas-saħħa tal-annimali lanqas ma kellu kuntatt ma’ equidae f’qasam li kienet suġġett għall-projbizzjoni minħabba raġunijiet tas-saħħa tal-annimali:
|
(e) |
sal-aħjar tagħrif li għandi jien, ma ġiex f’kuntatt ma ekwidi li jbatu minn mard infettiv jew li jittieħed fil-15-il ġurnata ta’ qabel din id-dikjarazzjoni. |
(f) |
waqt l-ispezzjoni nstab tajjeb biex jiġi trasportat fil-vjaġġ maħsub skont id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 (5).
|
(1) Dan l-attestat mhux meħtieġ meta jkun hemm ftehim bilaterali bi qbil mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2009/156/KE.
(2) Validu għal għaxart ijiem.
(3) Ħassar fejn ma japplikax.
(4) Id-data tat-tilqima għandha tkun miktuba fil-passaport.
(5) Din id-dikjarazzjoni ma teżentax lit-trasportaturi mill-obbligazzjonijiet tagħhom skont id-disposizzjonijiet tal-Komunità fis-seħħ b’mod partikolari rigward is-saħħa tal-annimali li jridu jiġu ttrasportati.
(1) Isem f’ittri kapitali u l-pożizzjoni.
ANNESS III
MUDELL
ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA
għall-kummerċ bejn l-Istati Membri
EKWIDI
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
ANNESS IV
IL-MARDA AFRIKANA TAŻ-ŻWIEMEL
DJANJOSI
Ir-reagenti għall-assaġġi immunosorbent marbuta bl-enżimi (enzyme-linked) (ELISA) deskritti hawn taħt jistgħu jinkisbu mil-laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità Ewropea jew il-Laboratorji ta’ Referenza OIE għal-marda Afrikana taż-żwiemel.
1. ELISA KOMPETITTIVA GĦAS-SEJBA TA’ ANTIKORPI GĦALL-VIRUS TAL-MARDA AFRIKANA TAŻ-ŻWIEMEL (VMŻA) (TEST PRESKRITT)
ELISA kompetittiva hija użata sabiex jinstabu antikorpi speċifiċi f’serum minn xi speċi ta’ ekwidi. Is-serum tal-fenek tal-Indi li huwa ta’ spectrum wiesa’, polyclonal, immun anti-VMŻA (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “antiserum tal-fenek tal-Indi”) huwa serogroup speċifiku u jista’ jikxef is-serotipi kollha magħrufa tal-virus MŻA.
Il-prinċipju tat-test huwa l-interruzzjoni tar-reazzjoni bejn l-antiġen VMŻA u antiserum tal-fenek tal-Indi permezz ta’ kampjun tat-test tas-serum. Antikorpi VMŻA fil-kampjun tat-test tas-serum jistgħu jikkompetu ma’ dawk fl-antiserum tal-fenek tal-Indi li jirriżultaw fi tnaqqis fil-kulur mistenni (wara ż-żieda ta’ antikorpi tal-fenek tal-Indi b’tikketta ta’ enżimi u sotto-strati). Serum jistgħu jiġu ttestjati b’tidwiba waħda ta’ 1 f’5 (metodu ta’ spot test) jew jistgħu jiġu ttitrati (metodu ta’ titrazzjoni tas-serum) biex jagħtu dilution end-points. Valuri ta’ inibizzjoni għola minn 50 % jistgħu jiġu meqjusa bħala pożittivi.
Il-protokoll tat-test deskritt minn hawn ‘il quddiem huwa użat fil-Laboratorju ta’ Referenza Nazzjonali għall-marda Afrikana taż-żwiemel f’Pirbright, ir-Renju Unit.
1.1. Proċeduta tat-test
1.1.1. Preparazzjoni tal-pjanċi
1.1.1.1. |
Iksi l-pjanċi tal-ELISA b’antiġen VMŻA estratt minn kulturi ta’ ċelloli infettati u mdewba f’buffer ta’ karbonat/bikarbonat, pH 9,6. Inkuba l-pjanċi tal-ELISA matul il-lejl f’temperatura ta’ 4 °C. |
1.1.1.2. |
Aħsel il-pjanċi tliet darbiet billi tgħarraq u tiżvojta l-bjar b’buffer tal-fosfat tas-salmura (BFS), pH 7,2 sa 7,4 pH, u nixxef fuq karta li tassorbi. |
1.1.2. Bjar ta’ kontroll
1.1.2.1. |
Ittitra s-serum ta’ kontroll pożittiv f’serje ta’ tidwib doppji, minn 1 f’ 5 sa 1 f’640, matul kolonna 1 f’blocking buffer (BFS li fih ikunu jinsabu 0,05 % (v/v) Tween-20, 5,0 % (w/v) trab tal-ħalib xkumat (Cadbury’s Marvel TM) u 1 % (v/v) serum tal-ifrat adulta) sabiex jagħtu volum finali ta’ 50 μl/well. |
1.1.2.2. |
Żid 50 μl tas-serum ta’ kontroll negattiv f’tidwiba ta’ 1 f’5 (10 μl serum + 40 μl buffer li jibblokka lill-bjar A u B ta’ kolonna 2. |
1.1.2.3. |
Żid 100 μl/well ta’ blocking buffer lill-bjar C u D ta’ kolonna 2 (blank). |
1.1.2.4. |
Żid 50 μl ta’ blocking buffer lill-bjar E, F, G u H ta’ kolonna 2 (kontroll tal-fenek tal-Indi). |
1.1.3. Metodu ta’ Spot test
1.1.3.1. |
Żid tidwiba ta’ 1 f’5 ta’ kull test serum f’buffer li jibblokka sabiex jiġu ddupplikati bjar ta’ kolonni 3 sa 12 (10 μl + 40 μl blocking buffer). jew |
1.1.4. Metodu ta’ titrazzjoni tas-serum
1.1.4.1. |
Ipprepara serje ta’ tidwib doppji ta’ kull kampjun tat-test (1 f’5 sa 1 f’640) f’blocking buffer matul tmint ibjar ta’ kolonni waħdanija (3 sa 12). imbagħad |
1.1.5. Żid 50 μl ta’ antiserumi tal-fenek tal-Indi, imdewweb minn qabel f’blocking buffer, lejn il-bjar kollha minbarra l-bjar blank tal-ELISA plate (il-bjar kollha issa jikkontjenu volum finali ta’ 100 μl).
1.1.5.1. |
Inkuba għal siegħa f’temperatura ta’ 37 °C fuq orbital shaker. |
1.1.5.2. |
Aħsel il-pjanċi tliet darbiet u nixxef bħal qabel. |
1.1.5.3. |
Żid 50 μl ta’ serum tal-fenek ta’ kontra l-fenek tal-Indi kompost bi perossidi (HRP) dilwit minn qabel f’blocking buffer lil kull bir. |
1.1.5.4. |
Inkuba għal siegħa f’temperatura ta’ 37 °C fuq orbital shaker. |
1.1.5.5. |
Aħsel il-pjanċi tliet darbiet u nixxef bħal qabel. |
1.1.6. Chromogen
Ipprepara s-soluzzjoni tal-chromogen OPD (OPD = ortho-phenyldiamine) skont l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant (0,4 mg/ml f’ilma sterili ddistillat) eżattament qabel ma’ jintuża. Żid sotto-strat (perossidu (akwa ossiġenata) = H2O2) biex tagħti konċentrazzjoni finali ta’ 0,05 % (v/v) (1 f’2000 ta’ soluzzjoni ta’ 30 % ta’ H2O2). Żid 50 μl tas-soluzzjoni tal-OPD ma’ kull bir u ħalli l-pjanċi fuq il-bank għal 10 minuti f’temperatura ambjentali. Waqqaf ir-reazzjoni billi żżid 50 μl/bir ta’ 1M aċidu sulfiriku (H2SO4).
1.1.7. Qari
Aqra speċtrophotometrikament f’492 nm.
1.2. L-espressjoni tar-riżultati
1.2.1. |
Billi tuża software package stampa l-valuri ta’ densità ottika, u l-persentaġġ ta’ inibizzjoni (PI) għas-serum tat-test u l-kontroll ibbażati fuq il-valur medju rrekordjat fl-erba’ bjar ta’ kontroll tal-fenek tal-Indi. Il-dettalji espressi bħala valuri ta’ OD u PI huma użati sabiex jistabbilixxu jekk it-test ikunx ġie mwettaq fil-limiti aċċettabbli. Il-limiti għolja tal-kontroll massimi (OKM) u l-limiti l-baxxi tal-kontroll minimi (BKM) għall-kontroll tal-fenek tal-Indi huma bejn il-valuri ta’ OD 1,4 u 0,4 rispettivament. It-titru tal-ponta tat-tarf għall-kontroll pożittiv ibbażat fuq 50 % PI għandu jkun 1 f’240 (f’firxa minn 1 f’120 sa 1 f’480). Kull pjanċa li tonqos milli tkun konformi mal-kriterji ta’ hawn fuq għandha tkun imwarrba. B’dankollu, jekk it-titru tas-serum tal-kontroll pożittiv huwa akbar minn 1 f’480 u l-kampjuni tat-test għadhom negattivi mbagħad il-kampjuni tat-test negattiv jistgħu jiġu aċċettati. Il-bjar tas-serum tal-kontroll negattiv doppji u l-bjar blank doppji għandhom jirrekordjaw valuri PI ta’ bejn + 25 % u – 25 %, u bejn + 95 % u + 105 %, rispettivament. Nuqqas li jkunu bejn dawn il-limiti ma’ jinvalidawx il-pjanċi imma jissuġġerixxi li l-kulur tal-isfond ikun qiegħed jiżviluppa. |
1.2.2. |
L-għatba dijanostika (il-cut-off tal-valur) għas-serum tat-test hija 50 % (PI 50 %). Kampjuni li jirrekordjaw valuri PI aktar minn 50 % huma rrekordjati bħala pożittivi. Kampjuni li jirrekordjaw valuri PI aktar baxxi minn 50 % huma rrekordjati bħala negattivi. Kampjuni li jirrekordjaw valuri PI ‘l fuq jew taħt l-għatba għall-bjar doppji huma kkunsidrati dubbjużi. Dawn il-kampjuni jistgħu jiġu ttestjati mill-ġdid fl-ispot test u permezz ta’ titrazzjoni. Kampjuni pożittivi jistgħu jiġu ttitrati wkoll sabiex jipprovdu indikazzjoni tal-livell ta’ pożittività. |
Arranġament ta’ Spot test
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
9 |
10 |
11 |
12 |
|||||||||
|
+ ve tkompli |
|
Sera tat-test |
||||||||||||||||||
A |
1:5 |
– ve kont. |
31 |
32 |
33 |
34 |
35 |
36 |
37 |
38 |
39 |
40 |
|||||||||
B |
1:10 |
– ve kont. |
31 |
32 |
33 |
34 |
35 |
36 |
37 |
38 |
39 |
40 |
|||||||||
C |
1:20 |
Blank |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||
D |
1:40 |
Blank |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||
E |
1:80 |
FI kont. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||
F |
1:160 |
FI kont. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||
G |
1:320 |
FI kont. |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
9 |
10 |
|||||||||
H |
1:640 |
FI kont. |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
9 |
10 |
|||||||||
|
Sera tat-test
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
9 |
10 |
11 |
12 |
|||||||||
|
+ ve kont. |
|
Serum tat-test |
||||||||||||||||||
A |
1:5 |
– ve kont. |
1:5 |
|
|
|
|
|
|
|
|
1:5 |
|||||||||
B |
1:10 |
– ve kont. |
1:10 |
|
|
|
|
|
|
|
|
1:10 |
|||||||||
C |
1:20 |
Blank |
1:20 |
|
|
|
|
|
|
|
|
1:20 |
|||||||||
D |
1:40 |
Blank |
1:40 |
|
|
|
|
|
|
|
|
1:40 |
|||||||||
E |
1:80 |
FI kont. |
1:80 |
|
|
|
|
|
|
|
|
1:80 |
|||||||||
F |
1:160 |
FI kont. |
1:160 |
|
|
|
|
|
|
|
|
1:160 |
|||||||||
G |
1:320 |
FI kont. |
1:320 |
|
|
|
|
|
|
|
|
1:320 |
|||||||||
H |
1:640 |
FI kont. |
1:640 |
|
|
|
|
|
|
|
|
1:640 |
|||||||||
|
2. ELISA INDIRETT GĦAS-SEJBA TA’ ANTIKORPI GĦALL-VIRUS TAL-MARDA AFRIKANA TAŻ-ŻWIEMEL (VMŻA) (TEST PRESKRITT)
It-test deskritt minn hawn ‘il quddiem huwa bi qbil mad-deskrizzjoni tat-test fil-Kapitolu 2.1.11 tal-OIE Manwal tan-Normi għat-Testijiet Dijanjositiċi u l-Vaċċini, ir-raba’ edizzjoni, 2000.
Il-proteina recombinant VP7 ġiet użata bħala antiġen għad-determinazzjoni tal-antikorpi tal-virus MŻA b’indiċi għoli ta’ sensittività u speċifiċità. Vantaġġi oħra huma li huwa stabbli u mhux infettiv.
2.1. Proċedura tat-test
2.1.1. Fażi solida
2.1.1.1. |
Pjanċi ELISA huma miksija b’recombinant AHSV-4 VP7 dilwit b’buffer tal-karbonat/bikarbonat, pH 9,6. Inkuba l-pjanċi matul il-lejl f’temperatura ta’ 4 °C. |
2.1.1.2. |
Aħsel il-pjanċi ħames darbiet b’ilma ddistillat li jkun fih 0,01 % (v/v) Tween 20 (soluzzjoni tal-ħasil). Taptap bil-mod il-pjanċi għal fuq materjal li jassorbi sabiex tneħħi xi fdal tal-ħasil (residual wash). |
2.1.1.3. |
Ibblokka l-pjanċi b’buffer tal-fosfat tas-salmura (BFM) + 5 % (w/v) ħalib xkumat (Nestlé Dry Skim Milk TM), 200 μl/bir għal siegħa f’temperatura ta’ 37 °C. |
2.1.1.4. |
Neħħi s-soluzzjoni blocking u taptap bil-mod il-pjanċi għal fuq materjal li jassorbi. |
2.1.2. Kampjuni tat-test
2.1.2.1. |
Kampjuni tas-serum li jridu jiġu ttestjati, u serum ta’ kontroll pożittiv u negattiv, huma mdewba 1 f’25 f’BFM + 5 % (w/v) ħalib xkumat + 0,05 % (v/v) Tween 20, 100 μl kull bir. Poġġi fl-inkubatur għal siegħa f’temperatura ta’ 37 °C. Għat-titrazzjoni, għamel serje ta’ tidwib doppju minn 1 f’25 (100 μl/bir), serum wieħed kull plate column, u agħmel l-istess b’kontrolli pożittivi u negattivi. Poġġi fl-inkubatur għal siegħa f’temperatura ta’ 37 °C. |
2.1.2.2. |
Aħsel il-pjanċi kif deskritt fil-pass 2.1.1.2. |
2.1.3. Konjugazzjoni
2.1.3.1. |
Iddispensa 100μl/bir ta’ horseradish-peroxidase (HRP) -conjugated anti-horse gamma-globulin dilwit f’BFM + 5 % ħalib + 0,05 % Tween 20, pH 7,2. Poġġi fl-inkubatur għal siegħa f’temperatura ta’ 37 °C. |
2.1.3.2. |
Aħsel il-pjanċi kif deskritt fil-pass 2.1.1.2. |
2.1.4. Cromogen/Substrata
2.1.4.1. |
Żid 200 μl/bir ta’ soluzzjoni ta’ chromogen/sotto-strat (10 ml ta’ 80,6 mM DMAB (dimethyl aminobenzaldehyde) + 10 ml ta’ 1,56 mM MBTH (3-methyl-2-benzo-thiazoline hydrazone hydrochlorid) + 5 μl H2O2). Żvilupp tal-kulur huwa mwaqqaf billi żżid 50 μl ta’ 3N H2SO4 wara approssimament 5 sa 10 minuti (qabel mal-kontroll negattiv ma jibda jieħu l-kulur). Chromogens oħra bħal ma huma ABTS (2,2’-Azino-bis-ġ3-ethylbenzothiazoline-6-sulphonic acid), TMB (tetramethyl benzidine), jew OPD (ortho-phenyldiamine) jistgħu jiġu użati wkoll. |
2.1.4.2. |
Aqra l-pjanċi f’600 nm (jew 620 nm). |
2.2. Interpretazzjoni tar-riżultati
2.2.1. |
Ikkalkola l-valur cut-off billi żżid 0,6 mal-valur tal-kontroll negattiv (0,6 huwa d-devjazzjoni normali dderivat bi grupp ta’ 30 serum negattivi). |
2.2.2. |
Il-kampjuni tat-test li jagħtu valuri ta’ absorbance aktar baxxi mill-cut-off huma meqjusa bħala negattivi. |
2.2.3. |
Il-kampjuni tat-test li jagħtu valuri ta’ absorbance għola mill-cut-off + 0,15 huma meqjusa bħala pożittivi. |
2.2.4. |
Il-kampjuni tat-test illi jagħtu valuri ta’ absorbance intermedji huma dubbjużi u teknika oħra trid tintuża biex jiġi kkonfermat ir-riżultat. |
3. L-IBBLOKKAR tal-ELISA GĦAS-SEJBA TA’ ANTIKORPI GĦALL-VIRUS TAL-MARDA AFRIKANA TAŻ-ŻWIEMEL (VDAŻ) (TEST PRESKRITT)
L-imblokkar tal-ELISA huwa ddisinjat sabiex jinstabu antikorpi speċifiċi VDAŻ f’serum minn xi speċi suxxettibbli. VP7 hija l-proteina maġġuri, antiġenika, virali ta’ VDAŻ, u hija kkonservata ġo disa’ serotipi. Minħabba li l-antikorp monoclonal (Mab) huwa dirett ukoll kontra l-VP7, l-assaġġ jagħti livell għoli ta’ sensittività u speċifiċità. Apparti minn hekk, l-antiġen recombinant VP7 huwa kompletament sikur (ma jagħmilx ħsara) u għalhekk jiggarantixxi grad għoli ta’ sigurtà.
Il-prinċipju tat-test huwa l-interruzzjoni tar-reazzjoni bejn ir-recombinant VP7, bħala l-antiġen marbut mal-pjanċa ELISA u l-Mab ikkonjugat speċifiku għall-VP7. Antikorp fis-serum tat-test jista’ jibblokka r-reazzjoni bejn l-antiġen u l-Mab u b’hekk jirriżulta tnaqqis fil-kulur.
It-test deskritt minn issa ‘l quddiem huwa mwettaq fil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità Ewropea għal marda Afrikana taż-żwiemel f’Algete, Spanja.
3.1. Proċedura tat-test
3.1.1. Pjanċi ELISA
3.1.1.1. |
Iksi l-pjanċi ELISA b’recombinant AHSV-4 VP7 imdewweb b’buffer tal-karbonat/bikarbonat, pH 9,6. Inkuba l-pjanċi matul il-lejl f’temperatura ta’ 4 °C. |
3.1.1.2. |
Aħsel il-pjanċi ħames darbiet b’buffer tal-fosfat tas-salmura (BFM) li jikkontjeni 0,05 % (v/v) Tween 20 (BFMT). |
3.1.1.3. |
Stabbilizza l-pjanċa permezz ta’ trattament b’soluzzjoni li tistabbilizza (sabiex tiġi permessa ħażna għal perjodu ta’ żmien fit-tul fit-temperatura ta’ 4 °C mingħajr telf ta’ attività) u nixxef fuq karta li tassorbi. |
3.1.2. Kampjuni tat-test u kontrolli
3.1.2.1. |
: |
Għall-għarbiel (screening) |
: |
dewweb is-serum tat-test u l-kontrolli 1 f’10 direttament fuq il-pjanċa f’BFMT sabiex jagħtu volum finali ta’ 100 μl/bir. Poġġi fl-inkubatur għal siegħa f’temperatura ta’ 37 °C. |
3.1.2.2. |
: |
Għat-titrazzjoni |
: |
ipprepara serje ta’ tidwib doppji tas-serum tat-test u l-kontrolli pożittivi (100 μl/bir) minn 1 f’10 sa 1 f’1 280 matul tmint ibjar. Kontroll negattiv huwa ttestjat f’tidwiba ta’ 1 f’10. |
3.1.3. Konjugazzjoni
Żid 50 μl/bir ta’ horseradish-peroxidase (HRP) -conjugated Mab (antikorpi monoclonal speċifiċi għal VP7) diġà mdewba lil kull bir u ħawwad bil-mod sabiex tassigura omoġenità. Poġġi fl-inkubatur għal 10 minuti f’temperatura ta’ 37 °C.
3.1.4. Aħsel il-pjanċi ħames darbiet b’BFMT u nixxef bħal qabel.
3.1.5. Cromogen/Substrata
Żid 100 μl/bir ta’ soluzzjoni ta’ chromogen/substrata (1 ml ta’ ABTS (2,2’-Azino-bis-[3-ethylbenzothiazoline-6-sulphonic acid) 5 mg/ml + 9 ml ta’ buffer ta’ substrata (0,1 M buffer ta’ Fosfat-Ċitrat ta’ pH 4 li jkun fihom 0,03 % H2O2] u poġġi fl-inkubatur għal 10 minuti f’temperatura tal-kamra. Żvilupp tal-kulur jitwaqqaf billi żżid 100 μl/bir ta’ 2 % (w/v) SDS (sulfat dodesil tas-sodju).
3.1.6. Qari
Aqra f’405 nm f’ELISA reader.
3.2. Interpretazzjoni tar-riżultati
3.2.1. Validazzjoni tal-assaġġ
It-test huwa validu meta d-densità ottika (DO) tal-kontroll negattiv (KN) huwa għola minn 1,0 u l-DO tal-kontroll pożittiv (KP) huwa aktar baxx minn 0,2.
3.2.2. Kalkulazzjoni cut-off
Cut-off pożittiva |
= |
KN -((KN - KP)× 0,3) |
Cut-off negattiva |
= |
KN -((KN - KP)× 0,2) |
Meta, KN hija d-DO tal-kontroll negattiv u KP d-DO tal-kontroll pożittiv.
3.2.3. Interpretazzjoni tar-riżultati
Kampjuni b’DO aktar baxx mill-cut-off pożittiv għandhom jiġu kkunsidrati bħala pożittivi għal antikorpi VDAŻ.
Kampjuni b’DO għola mill-cut-off negattiv għandhom jiġu kkunsidrati bħala negattivi għal antikorpi VDAŻ.
Kampjuni b’DO bejn dawn iż-żewġ valuri għandhom jiġu kkunsidrati dubbjużi u jridu jerġgħu jittieħdu kampjuni tal-annimali wara żewġ jew tliet ġimgħat.
ANNESS V
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 22)
Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE |
|
Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE |
l-Artikolu 15(3) biss |
Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE |
rigward ir-referenza għad-Direttiva 90/426/KEE fl-Artikolu 26(2) biss |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/130/KEE |
|
Direttiva tal-Kunsill 92/36/KEE |
l-Artikolu 1biss |
Att ta’ Adeżjoni tal-1994, Anness I, Punt V.E.I.A.3 |
|
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/298/KE |
rigward ir-referenza għad-Direttiva 90/426/KEE fl-Artikolu 1(1), u l-Anness I, pt. 2 biss |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/160/KE |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003 |
l-Anness III, pt. 10 biss |
Att ta’ Adeżjoni tal-2003, Anness II, Punt 6.B.I.16 |
|
Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE |
l-Artikolu 15 biss |
Direttiva tal-Kunsill 2006/104/KE |
l-Anness, punt I.2. biss |
Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE |
l-Artikolu 7 biss |
PARTI B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 22)
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
90/426/KEE |
fl-1 ta’ Jannar 1992. |
90/425/KEE |
fl-1 ta’ Lulju 1992. |
91/496/KEE |
fl-1 ta’ Lulju 1992. |
92/36/KEE |
fil-31 ta’ Diċembru 1992. |
2004/68/KE |
fid-19 ta’ Novembru 2005. |
2006/104/KE |
fl-1 ta’ Jannar 2007. |
2008/73/KE |
fl-1 ta’ Jannar 2010. |
ANNESS VI
Tabella ta’ Korrelazzjoni
Direttiva 90/426/KEE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2(a) u (b) |
Artikolu 2(a) u (b) |
Artikolu 2(c) |
Artikolu 2(c) (i) u (ii) |
Artikolu 2(d) sa (i) |
Artikolu 2(d) sa (i) |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4(1), (2) u (3) |
Artikolu 4(1), (2) u (3) |
Artikolu 4(4)(i) u (ii) |
Artikolu 4(4)(a) u (b) |
Artikolu 4(5)(a), l-ewwel sas-sitt inċiż |
Artikolu 4(5)(a)(i) sa (vi) |
Artikolu 4(5)(b) |
Artikolu 4(5)(b) |
Artikolu 4(6), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sat-tmien inċiż |
Artikolu 4(6), l-ewwel subparagrafu, (a) sa (h) |
Artikolu 4(6), it-tieni u t-tielet subparagrafu |
Artikolu 4(6), it-tieni u t-tielet subparagrafu |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 5(2)(a) |
Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, (a) u (b) |
Artikolu 5(2)(b) |
Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu, (a) u (b) |
Artikolu 5(2)(c) |
Artikolu 5(3) |
Artikolu 5(2)(d) |
Artikolu 5(4) |
Artikolu 5(3)(a) u (b) |
Artikolu 5(5)(a) u (b) |
Artikolu 5(3)(c), l-ewwel u t-tieni inċiż |
Artikolu 5(5)(c), l-ewwel subparagrafu, (i) u (ii) |
Artikolu 5(3)(c), it-tieni inċiż, l-aħħar sentenza |
Artikolu 5(5)(c), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 5(3)(d) u (e) |
Artikolu 5(5)(d) u (e) |
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż |
Artikolu 8(1)(a) u (b) |
Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 8(2) |
Artikolu 8(2) |
Artikolu 8(3) |
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
Artikolu 10 |
Artikolu 10 |
Artikolu 11(1) |
Artikolu 11 |
Artikolu 11(2) |
— |
Artikolu 12 |
Artikolu 12 |
Artikolu 13 |
Artikolu 13 |
Artikolu 14 |
Artikolu 14 |
Artikolu 15 |
Artikolu 15 |
Artikolu 16(1)(a) sa (f) |
Artikolu 16(1)(a) sa (f) |
Artikolu 16(1), l-aħħar sentenza |
— |
Artikolu 16(2) |
Artikolu 16(2) |
Artikolu 17 |
Artikolu 18 |
Artikolu 18 |
Artikolu 17 |
Artikolu 19(i) sa (iv) |
Artikolu 19(a) sa (d) |
Artikolu 22 |
— |
Artikolu 23 |
Artikolu 20 |
Artikolu 24(1) u (2) |
Artikolu 21(1) u (2) |
Artikolu 24(3) |
— |
Artikolu 25(1) u (2) |
Artikolu 21(1) u (3) |
Artikolu 26 |
— |
Artikolu 27 |
— |
— |
Artikolu 22 |
— |
Artikolu 23 |
Artikolu 28 |
Artikolu 24 |
Anness A |
Anness I |
Anness B |
Anness II |
Anness C |
Anness III |
Anness D |
Anness IV |
— |
Anness V |
— |
Anness VI |