This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009L0137
Commission Directive 2009/137/EC of 10 November 2009 amending Directive 2004/22/EC of the European Parliament and of the Council on measuring instruments in respect of exploitation of the maximum permissible errors, as regards the instrument-specific annexes MI-001 to MI-005 (Text with EEA relevance)
Direttiva tal-Kummissjoni 2009/137/KE tal- 10 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrumenti tal-kejl fir-rigward tal-isfruttar tal-għadd massimu ta’ żbalji permissibbli, f’dak li għandu x’jaqsam mal-annessi speċifiċi għall-istrumenti MI-001 sa MI-005 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Direttiva tal-Kummissjoni 2009/137/KE tal- 10 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrumenti tal-kejl fir-rigward tal-isfruttar tal-għadd massimu ta’ żbalji permissibbli, f’dak li għandu x’jaqsam mal-annessi speċifiċi għall-istrumenti MI-001 sa MI-005 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 294, 11.11.2009, pp. 7–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2016; Imħassar b' 32014L0032
|
11.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 294/7 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/137/KE
tal-10 ta’ Novembru 2009
li temenda d-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrumenti tal-kejl fir-rigward tal-isfruttar tal-għadd massimu ta’ żbalji permissibbli, f’dak li għandu x’jaqsam mal-annessi speċifiċi għall-istrumenti MI-001 sa MI-005
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar l-istrumenti tal-kejl (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2004/22/KE tarmonizza r-rekwiżiti biex jitqiegħdu fis-suq u/jew jibdew jintużaw l-istrumenti tal-kejl b’funzjoni ta’ kejl definita fl-annessi speċifiċi għall-istrumenti MI-001 sa MI-010. L-istrumenti tal-kejl għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzali stabbiliti fl-Anness I u fl-Anness rilevanti speċifiku għall-istrument. |
|
(2) |
L-annessi speċifiċi għall-istrumenti tad-Direttiva 2004/22/KE fihom rekwiżiti adatti għat-tipi differenti ta’ strumenti tal-kejl. Dawn ir-rekwiżiti jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-iżbalji permissibbli sabiex ikunu garantiti l-preċiżjoni u l-prestazzjoni tal-istrument tal-kejl u biex l-iżball fil-kejl f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim ideali u mingħajr disturbi ma jaqbiżx il-valur tal-Iżball Massimu permissibbli (ŻMP). |
|
(3) |
Billi ġew żviluppati speċifikazzjonijiet ġodda fir-rigward tal-miters tal-gass u t-tagħmir għall-konverżjoni tal-volumi, ir-rekwiżit speċifiku ħafna tal-punt 2.1 tal-Anness MI-002 jista’ jostakola l-progress tekniku u l-innovazzjoni u joħloq barrieri għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-miters tal-gass. Għalhekk, għandu jiġi sostitwit b'rekwiżit iktar ġenerali tal-prestazzjoni. |
|
(4) |
Fil-punt 7.3 tal-Anness I, fir-rigward tal-istrumenti tal-kejl id-Direttiva 2004/22/KE tistabbilixxi protezzjoni ġenerali minn żbalji eċċessivament influwenzati barra mill-firxa kkontrollata. Madankollu, l-esperjenza wriet li sabiex ikun hemm garanzija li strument tal-kejl ma jisfruttax l-Iżball Massimu Permissibbli (ŻMP) u jivvantaġġja sistematikament wieħed jew ieħor mill-Partijiet involuti fit-tranżazzjoni, jeħtieġ li jkun rekwiżit ukoll għall-ħarsien minn żbalji eċċessivament influwenzati fil-firxa kkontrollata ta’ dawk l-istrumenti. |
|
(5) |
Skont il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-titjib fit-tfassil tal-liġijiet (2), l-Istati Membri qed jitħeġġu jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom li juru, kemm jista' jkun, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' trasponiment, u li jippubblikawhom. |
|
(6) |
Għalhekk, id-Direttiva 2004/22/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Istrumenti tal-Kejl stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2004/22/KE. |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-annessi speċifiċi għall-istrumenti MI-001 sa MI-005 tad-Direttiva 2004/22/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Diċembru 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.
Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Ġunju 2011.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif issir referenza bħal din.
2. L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi President
ANNESS
Id-Direttiva 2004/22/KE tiġi emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness MI-001, fit-taqsima “ŻMP” tar-Rekwiżiti Speċifiċi, jiżdied il-punt 6a li ġej:
|
|
(2) |
L-Anness MI-002 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
Fl-Anness MI-003, fil-punt 3 tar-Rekwiżiti Speċifiċi, jiżdied il-paragrafu li ġej: “Il-miter ma għandux jisfrutta ż-ŻMP jew jivvantaġġja sistematikament kwalunkwe parti”. |
|
(4) |
Fl-Anness MI-004, fil-punt 3 tar-Rekwiżiti Speċifiċi, jiżdied il-paragrafu li ġej: “Il-miter sħiħ tas-sħana ma għandux jisfrutta ż-ŻMP jew jivvantaġġja sistematikament kwalunkwe parti”. |
|
(5) |
Fl-Anness MI-005, fil-punt 2 tar-Rekwiżiti Speċifiċi, jiżdied il-punt 2.8 li ġej:
|