This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009L0083
Commission Directive 2009/83/EC of 27 July 2009 amending certain Annexes to Directive 2006/48/EC of the European Parliament and of the Council as regards technical provisions concerning risk management (Text with EEA relevance )
Direttiva tal-Kummissjoni 2009/83/KE tas- 27 ta’ Lulju 2009 li temenda ċerti annessi tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet tekniċi li għandhom x’jaqsmu mal-ġestjoni tar-riskju (Test b’relevanza għaż-ŻEE )
Direttiva tal-Kummissjoni 2009/83/KE tas- 27 ta’ Lulju 2009 li temenda ċerti annessi tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet tekniċi li għandhom x’jaqsmu mal-ġestjoni tar-riskju (Test b’relevanza għaż-ŻEE )
ĠU L 196, 28.7.2009, pp. 14–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013L0036
|
28.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 196/14 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/83/KE
tas-27 ta’ Lulju 2009
li temenda ċerti annessi tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet tekniċi li għandhom x’jaqsmu mal-ġestjoni tar-riskju
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tal-kummerċ tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu [titlu mhux uffiċjali] (1), u b’mod partikulari l-punt (1) tal-Artikolu 150(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Sabiex jiżguraw implimentazzjoni u applikazzjoni koerenti tad-Direttiva 2006/48/KE madwar l-UE kollha, fl-2006 l-Kummissjoni u l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej waqqfu grupp ta’ ħidma (il-Grupp għat-Traspożizzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali – is-CRDTG) li kien inkarigat jiddiskuti u jsolvi kwistjonijiet li kellhom x’jaqsmu mal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva. Skont is-CRDTG, ċerti dispożizzjonijiet tekniċi inklużi fl-Annessi V, VI, VII, VIII, IX, X u XII tad-Direttiva 2006/48/KE jeħtieġ li jiġu speċifikati iktar sabiex tkun żgurata applikazzjoni konverġenti. Barra minn hekk, ċerti dispożizzjonijiet ma jikkorrispondux ma’ prattiki għaqlin tal-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Għalhekk huwa xieraq li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu aġġustati. |
|
(2) |
Bil-għan li jintlaħaq is-suq intern, għandhom jiġu ċċarati l-modi kif istituzzjoni ta’ kreditu tista’ turi li hemm trasferiment sinifikanti tar-riskju mill-karta tal-bilanċ tagħha. Jixraq ukoll li wieħed iżid il-fattur tal-konverżjoni ta’ kreditu għall-faċilitajiet tal-likwidità mogħtija mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-mekkaniżmi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ. |
|
(3) |
Id-Direttiva 2006/48/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Banek Ewropej, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2006/48/KE għandha tiġi emendata kif ġej:
|
(1) |
Il-punt 8 tal-Anness V qed jitbiddel b’dan li ġej:
|
|
(2) |
Il-Parti 1 tal-Anness VI hija emendata kif ġej:
|
|
(3) |
Il-Parti 1 tal-Anness VII hija emendata kif ġej:
|
|
(4) |
Il-Parti 2 tal-Anness VII hija emendata kif ġej:
|
|
(5) |
Fil-Parti 4 tal-Anness VII, il-punt 96 qed jitbiddel b’dan li ġej:
|
|
(6) |
Il-Parti 1 tal-Anness VIII hija emendata kif ġej:
|
|
(7) |
Il-Parti 2 tal-Anness VIII hija emendata kif ġej:
|
|
(8) |
Il-Parti 3 tal-Anness VIII hija emendata kif ġej:
|
|
(9) |
Il-Parti 2 tal-Anness IX hija emendata kif ġej:
|
|
(10) |
Il-Parti 4 tal-Anness IX hija emendata kif ġej:
|
|
(11) |
Fil-Parti 2 tal-Anness X, il-punt 1 qed jitbiddel b’dan li ġej:
|
|
(12) |
Il-Parti 3 tal-Anness X hija emendata kif ġej:
|
|
(13) |
Fil-punt 10 tal-parti 2 tal-Anness XII, qed jiżdiedu l-punti (d) u (e) li ġejjin:
|
|
(14) |
Fil-Parti 3 tal-Anness XII, il-punt 3 qed jitbiddel b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2010. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-31 ta’ Diċembru 2010.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew jinkludu din ir-referenza meta jippubblikawhom b’mod uffiċjali. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni