Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009L0046

    Direttiva tal-Kummissjoni 2009/46/KE tal- 24 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 109, 30.4.2009, p. 14–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/10/2018; Impliċitament imħassar minn 32016L1629

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/46/oj

    30.4.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 109/14


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/46/KE

    tal-24 ta’ April 2009

    li temenda d-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel sentenza tal-Artikolu 20, paragrafu 1, tagħha,

    Billi:

    (1)

    Wara l-adozzjoni tad-Direttiva 2006/87/KE f’Diċembru 2006 kien hemm qbil dwar l-emendi għar-Regolament ta’ Spezzjoni tal-Bastimenti tar-Rhine skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni tar-Rhine. Huwa għalhekk neċessarju li d-Direttiva 2006/87/KE tkun emendata skont dan.

    (2)

    Għandu jkun żgurat li ċ-ċertifikat Komunitarju tal-bastiment u ċ-ċertifikat tal-bastiment ikkonsenjat skont ir-Regolament ta’ Spezzjoni tal-Bastimenti tar-Rhine jinħarġu fuq il-bażi ta’ rekwiżiti tekniċi li jiggarantixxu livell ekwivalenti ta’ sikurezza.

    (3)

    Dispożizzjonijiet ekwivalenti għal dawk fir-Regolament ta’ Spezzjoni tal-Bastimenti tar-Rhine għall-installazzjoni u kontroll fl-użu tal-magni li jaqgħu taħt l-ambitu tad-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq (2) għandhom ikunu nkorporati.

    (4)

    Sabiex jiġu evitati d-distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni kif ukoll il-livelli differenti ta’ sikurezza, l-emendi tad-Direttiva 2006/87/KE għandhom ikunu implimentati malajr kemm jista’ jkun.

    (5)

    Il-miżuri stabbiliti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz ta’ passaġġi interni fuq l-ilma (3),

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Fl-Anness I tad-Direttiva 2006/87/KE, il-parti tal-Kapitolu 3 li tirrigwarda r-Repubblika Taljana qed tiġi mibdula b’dan li ġej:

    Repubblika Taljana

    Il-passaġġi fuq l-ilma navigabbli kollha.”

    Artikolu 2

    L-Anness II tad-Direttiva 2006/87/KE għandu jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    L-Anness V tad-Direttiva 2006/87/KE għandu jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 4

    L-Istati Membri li għandhom passaġġi interni fuq l-ilma kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/87/KE għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2009. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif din ir-referenza għandha tkun magħmula.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 6

    Din id-Direttiva hija indirizzata lejn l-Istati Membri li għandhom passaġġi fuq l-ilma interni kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/87/KE.

    Magħmula fi Brussell, 24 ta’ April 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Antonio TAJANI

    Viċi President


    (1)  ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1.

    (2)  ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1.

    (3)  ĠU L 373, 31.12.1991, p. 29.


    ANNESS I

    (1)

    Il-werrej għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    it-titolu tal-KAPITOLU 8a jaqra kif ġej:

    “EMISSJONIJET TA’ INKWINANTI F’FORMA TA’ GASS U PARTIKOLI MINN MAGNI DIESEL”

    (b)

    l-Artikoli li ġejjin li jirrigwardaw il-Kapitolu 8a jiddaħħlu wara t-titolu ta’ KAPITOLU 8a:

    “Artikolu 8a.01 —

    Definizzjonijiet

    Artikolu 8a.02 —

    Dispożizzjonijiet Ġenerali

    Artikolu 8a.03 —

    Approvazzjonijiet tat-tip rikonoxxuti

    Artikolu 8a.04 —

    Testijiet ta’ installazzjoni u testijiet intermedji u speċjali

    Artikolu 8a.05 —

    Servizzi tekniċi”

    (ċ)

    It-titolu tal-Artikolu 10.03a għandu jiġi mibdul b’dan il-kliem:

     

    “Sistemi ta’ tifi tan-nar installati b’mod permanenti għall-protezzjoni ta’ spazji ta’ akkomodazzjoni, kmamar tat-tmunier u spazji ta’ passiġġieri”

    (d)

    It-titolu tal-Artikolu 10.03b għandu jiġi mibdul b’dan il-kliem:

     

    “Sistemi ta’ tifi tan-nar installati b’mod permanenti għall-protezzjoni ta’ kmamar tal-magni, kmamar tal-bojlers u kmamar tal-pompi”

    (e)

    It-titolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 24.07:

    “L-Artikolu 24.08 —

    Dispożizzjoni tranżizzjonali għall-Artikolu 2.18”

    (f)

    It-titolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 24a.04:

    “L-Artikolu 24a.05 —

    Dispożizzjoni tranżizzjonali għall-Artikolu 2.18”

    (g)

    Wara l-APPENDIĊI II qed jiġu miżjuda dawn l-Appendiċi:

    APPENDIĊI III

    MUDELL TAN-NUMRU EWROPEW UNIKU TA’ IDENTIFIKAZZJONI TAL-BASTIMENT

    APPENDIĊI IV

    DEJTA GĦALL-IDENTIFIKAZZJONI TA’ BASTIMENT

    APPENDIĊI V

    PROTOKOLL DWAR IL-PARAMETRI TAL-MAGNI”

    (2)

    L-Artikolu 1.01 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    Punt 52 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

    “52.   ‘żoni tal-ġemgħa’’: żoni tal-bastiment li huma partikolarment protetti u li fihom in-nies jinġabru f’każ ta’ periklu;”

    (b)

    Punt 76 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

    “76.   ‘fundar (T)’: id-distanza vertikali f’m bejn il-punt l-iktar baxx tal-buq mingħajr ma tkun ikkunsidrata l-karina jew annessi oħra fissi u l-linja ta’ fundar massima;”

    (ċ)

    Punt 76a għandu jiddaħħal wara l-Punt 76:

    “76a.   ‘fundar ġenerali (TOA)’: id-distanza vertikali f’m bejn l-iktar punt baxx tal-buq inkluż il-karina jew annessi oħra fissi u l-linja ta’ fundar massima;”

    (d)

    Punt 97a u 97b għandhom jiddaħħlu wara l-Punt 97:

    “97a.   ‘dwal ta’ navigazzjoni’: dehra tad-dawl ta’ dwal ta’ navigazzjoni għall-identifikazzjoni ta-bastiment;”

    “97b.   ‘sinjali bid-dwal’: dehra tad-dawl biex jakkompanjaw sinjali viżwali jew bil-ħoss;”

    (3)

    Artikolu 2.07(1) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

    “1.

    Is-sid ta’ bastiment, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jiġbed l-attenzjoni tal-awtorità kompetenti rigward kwalunkwe bidla fl-isem jew pussess ta’ bastiment, kwalunkwe teħid ta’ kejl mill-ġdid, u kwalunkwe bidla fir-reġistrazzjoni jew port ta’ reġistrazzjoni, u għandu jibgħat iċ-ċertifikat tal-Komunità lil dik l-awtorità għal emenda.”

    (4)

    Artikolu 7.04 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    Il-paragrafu 3 għandu jiġi mibdul kif ġej:

    “3.

    Id-direzzjoni tal-forza tal-propulsjoni mogħtija lill-bastiment u l-veloċità tad-dawran tal-iskrun jew magni ewlenin għandhom ikunu murija.”

    (b)

    It-tieni frażi tal-paragrafu 9 għanda tiġi mibdula b’dan li ġej:

    “Ir-rekwiżiti stabbiliti f’(1) sa (8) għandhom japplikaw, mutatis mutandis, skont il-karatteristiċi speċifiċi u arranġamenti magħżula għall-unitajiet ta’ tmun u propulsjoni attivi fuq imsemmija. B’analoġija għal (2) kull unità għandha tkun ikkontrollata minn lever li jimxi fil-forma ta’ ark fi pjan vertikali li huwa bejn wieħed u ieħor parallel għad-direzzjoni tat-thrust tal-unità. Mill-pożizzjoni tal-lever id-direzzjoni tat-thrust li taġixxi fuq il-bastiment għandha tkun ċara.

    Jekk is-sistemi tal-iskrun tat-tmun jew tal-iskrun ċiklojdali mhumiex ikkontrollati permezz ta’ levers, il-korp ta’ spezzjoni jista’ jippermetti derogi minn (2). Dawn id-derogi għandhom ikunu msemmija fiċ-ċertifikat tal-Komunità fil-kaxxa 52.”

    (5)

    Il-Kapitolu 8a li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-Kapitolu 8:

    “KAPITOLU 8a

    EMISSJONI TA’ INKWINANTI F’FORMA TA’ GASS U PARTIKOLI MINN MAGNI DIESEL

    Artikolu 8a.01

    Definizzjonijiet

    Definizzjonijiet

    1.

    ‘magna’ tfisser magna li taħdem bil-prinċipju ta’ compression-ignition (magna diesel);

    1a.

    ‘magna ta’ propulsjoni’ tfisser magna għall-propulsjoni ta’ bastiment ta’ passiġġi fuq l-ilma, kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/68/KE (1),

    1b.

    ‘magna awżiljari’ tfisser magna li tintuża f’applikazzjonijiet oħra minbarra l-propulsjoni ta’ bastiment;

    1c.

    ‘magna ta’ skambju’ tfisser magna użata u aġġornata li hija maħsuba biex tibdel magna attwalment operazzjonali u li hija tal-istess disinn (in-line engine, V-engine) bħall-magna li għandha tkun mibdula, li għandha l-istess numru ta’ ċilindri u li l-output ta’ enerġija u veloċità tagħha mhumiex differenti b’iktar minn 10 % tal-output tal-enerġija u veloċità tal-magna li għandha tkun mibdula;

    2.

    ‘approvazzjoni tat-tip’ tfisser il-proċedura kif definita fl-Artikolu 2, it-tieni inċiż tad-Direttiva 97/68/KE, kif emendata, fejn Stat Membru jiċċertifika li tip ta’ magna jew grupp ta’ magni fir-rigward tal-livell ta’ emissjoni ta’ inkwinanti tal-gass tal-partikolati mill-magna/i jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi rilevanti.

    3.

    ‘test ta’ installazzjoni’ tfisser il-proċedura fejn l-awtorità kompetenti tiżgura li, anke meta magna mwaħħla ma’ bastiment tkun għaddiet, wara l-ħruġ tal-approvazzjoni tat-tip, minn kwalunkwe tibdil jew adattazzjonijiet fir-rigward tal-livell ta’ emissjoni ta’ inkwinanti f’forma ta’ gass u partikoli, dik il-magna għadha tkun konformi mar-rekwiżiti tekniċi ta’ dan il-Kapitolu;

    4.

    ‘test intermedju’ tfisser il-proċedura li permezz tagħha l-awtorità kompetenti tiżgura li, anke meta magna ta’ bastiment tkun għaddiet, wara t-test tal-installazzjoni, minn kwalunkwe tibdil jew adattazzjonijiet fir-rigward tal-livell ta’ emissjoni ta’ inkwinanti f’forma ta’ gass u partikoli, li l-magna għadha tkun konformi mar-rekwiżiti tekniċi ta’ dan il-Kapitolu;

    5.

    ‘test speċjali’ tfisser il-proċedura li permezz tagħha l-awtorità kompetenti tiżgura li, wara kull tibdil sinifikanti fil-magna ta’ bastiment fir-rigward tal-livell ta’ emissjoni ta’ inwkinanti f’forma ta’ gass u partikoli, dik il-magna għadha tkun konformi mar-rekwiżiti tekniċi ta’ dan il-Kapitolu;

    6.

    (Titħalla vojta);

    7.

    ‘grupp ta’ magni’ tfisser ir-raggruppar mill-manifattur ta’ magni li minħabba d-disinn tagħhom, huma mistennija li jkollhom karatteristiċi ta’ emissjoni ta’ egżost simili għal inkwinanti f’forma ta’ gass u partikoli kif definiti skont l-Artikolu 2, ir-4 inċiż tad-Direttiva 97/68/KE, kif emendata, u li huma konformi mar-rekwiżiti tar-regoli skont l-Artikolu 8a.03;

    8.

    (Titħalla vojta);

    9.

    (Titħalla vojta);

    10.

    (Titħalla vojta);

    11.

    ‘manifattur’ kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/68/KE, kif emendata, tfisser il-persuna jew korp li huwa responsabbli lill-awtorità ta’ approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip u għall-assigurazzjoni ta’ konformità ta’ produzzjoni. Mhuwiex essenzjali li l-persuna jew korp ikun direttament involut fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-magna.

    12.

    (Titħalla vojta);

    13.

    (Titħalla vojta);

    14.

    (Titħalla vojta);

    15.

    (Titħalla vojta);

    16.

    ‘protokoll tal-parametri tal-magna’ tfisser id-dokument skont l-Appendiċi V, li fih il-parametri kollha, flimkien mat-tibdil, u inkluż il-komponenti u s-settings tal-magna li jaffettwaw il-livell ta’ emissjoni ta’ inkwinanti f’forma ta’ gass u partikoli mill-magna huma rikordjati kif xieraq;

    17.

    ‘Istruzzjonijiet tal-manifattur tal-magna dwar is-sorveljanza tal-komponenti u l-parametri ta’ rilevanza f’kuntest ta’ gass tal-egżost’ tfisser id-dokument prodott għall-iskop ta’ implimentazzjoni ta’ test ta’ installazzjoni u t-testijiet intermedji u speċjali.

    Artikolu 8a.02

    Dispożizzjonijiet Ġenerali

    1.

    Bla ħsara għar-rekwiżiti tad-Direttiva 97/68/KE, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-magni kollha b’rata ta’ output ta’ enerġija ta’ iktar minn 19 kW installati f’bastimenti ta’ passaġġi fuq l-ilma interni jew f’makkinarju abbord bastiment bħal dan.

    2.

    Il-magni għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 97/68/KE.

    3.

    Il-konformità mal-valuri ta’ limitu tal-emissjoni ta’ gass tal-egżost tal-istadju applikabbli għandha tkun determinati fuq il-bażi tal-approvazzjoni tat-tip skont l-Artikolu 8a.03.

    4.

    Testijiet ta’ installazzjoni

    (a)

    Wara l-installazzjoni tal-magna abbord, iżda qabel ma tibda tintuża, għandu jitwettaq test ta’ installazzjoni. Dan it-test, li jifforma parti mill-ispezzjoni inizjali tal-bastiment, jew minn spezzjoni speċjali peress li ssir minħabba li tkun ġiet installata l-magna rilevanti, għandu jirriżulta jew fil-ħruġ tar-reġistrazzoni tal-magna fiċ-ċertifikat Komunitarju għall-ewwel darba jew fil-modifikazzjoni taċ-ċertifikat Komunitarju eżistenti.

    (b)

    Il-korp ta’ spezzjoni jista’ jwarrab it-test ta’ installazzjoni skont (a), jekk magna li għandha rata ta’ output ta’ enerġija PN ta’ inqas minn 130 kW tiġi mibdula minn magna koperta mill-istess approvazzjoni tat-tip. Bħala prekundizzjoni, is-sid tal-bastiment jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jkun meħtieġ li jinnotifika lill-korp ta’ spezzjoni bit-tibdil tal-magna u li jissottometti kopja tal-approvazzjoni tat-tip u dettalji tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-magna l-ġdida installata. Il-korp ta’ spezzjoni għandu jagħmel l-emendi xierqa fiċ-ċertifikat Komunitarju (cf. kaxxa 52).

    5.

    Testijiet intermedji fuq il-magna għandhom ikunu mwettqa fil-kuntest tal-ispezzjoni perjodika skont l-Artikolu 2.09.

    6.

    Wara kull modifika sinifikanti tal-magna, meta dawn il-modifiki jkollhom il-potenzjal li jaffettwaw l-emmissjoni ta’ inkwinanti f’forma ta’ gass jew partikoli mill-magna, invarjabbilment għandu jitwettaq test speċjali.

    6a.

    Ir-riżultati tat-testijiet skont l-Artikolu 8a.02(4) sa (6) għandhom jiġu rreġistrati fil-protokoll tal-parametri tal-magna.

    7.

    Il-korp ta’ spezzjoni għandu jindika fiċ-ċertifikat Komunitarju, fil-kaxxa 52, in-numri ta’ approvazzjoni tat-tip u n-numri ta’ identifikazzjoni tal-magni kollha li huma installati abbord il-bastiment u li huma suġġetti għar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu. Rigward magni koperti mill-Artikolu 9(4)(a) tad-Direttiva 97/68/KE in-numru ta’ identifikazzjoni għandu jkun suffiċjenti.

    8.

    Għall-iskop ta’ twettiq ta’ ħidmiet skont dan il-Kapitolu, l-awtorità kompetenti tista’ tuża servizz tekniku.

    Artikolu 8a.03

    Approvazzjonijiet tat-tip rikonoxxuti

    1.

    L-approvazzjonijiet tat-tip li ġejjin għandhom ikunu rikonoxxuti, sakemm l-applikazzjoni tal-magna hija koperta mill-approvazzjoni tat-tip xierqa:

    (a)

    approvazzjonijiet tat-tip skont id-Direttiva 97/68/KE;

    (b)

    approvazzjonijiet tat-tip li, skont id-Direttiva 97/68/KE (2) huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti.

    2.

    Għal kull magna tal-approvazzjoni tat-tip, id-dokumenti li ġejjin jew kopji tagħhom għandhom jinżammu disponibbli abbord:

    (a)

    id-dokument ta’ approvazzjoni tat-tip;

    (b)

    l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-magna dwar is-sorveljanza tal-komponenti u l-parametri tal-magna rilevanti f’kuntest ta’ gass tal-egżost;

    (ċ)

    il-protokoll tal-parametri tal-magna.

    Artikolu 8a.04

    Testijiet ta’ installazzjoni u testijiet intermedji u speċjali

    1.

    Fil-ħin tat-test ta’ installazzjoni skont l-Artikolu 8a.02(4) u f’każ ta’ testijiet intermedji skont l-Artikolu 8a.02(5) u testijiet speċjali skont l-Artikolu 8a.02(6), l-awtorità kompetenti għandha tagħmel spezzjoni tal-istat kurrenti tal-magna b’referenza għall-komponenti, aġġustamenti u parametri speċifikati fl-istruzzjonijiet skont l-Artikolu 8a.01(17).

    Jekk l-awtorità ssib li l-magna mhix konformi mat-tip ta’ magna approvata jew mal-grupp tal-magna approvat, hija tista’:

    (a)

    tirrikjedi li

    aa)

    jittieħdu passi biex terġa’ tiġi stabbilita l-konformità tal-magna;

    bb)

    jirrikjedu li jsiru l-modifiki xierqa lid-dokument tal-approvazzjoni tat-tip; jew

    (b)

    tordna li jiġu mkejla l-emissjonijiet reali.

    Fin-nuqqas tal-istabbiliment mill-ġdid tal-konformità tal-magna jew fin-nuqqas tal-modifiki xierqa lid-dokument ta’ approvazzjoni tat-tip jew f’każ li l-miżuri jindikaw nuqqas ta’ konformità mal-valuri ta’ limitu ta’ emmissjoni, l-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta li toħroġ ċertifikat Komunitarju jew għandha tħassar kwalunkwe ċertifikat Komunitarju li diġà kien maħruġ.

    2.

    Fil-każ ta’ magni bil-gass tal-egżost wara sistemi ta’ trattament, għandhom ikunu mwettqa verifiki biex jistabbilixxu li dawn is-sistemi qed jiffunzjonaw kif suppost fil-kuntest tat-test ta’ installazzjoni u t-testijiet intermedji jew speċjali.

    3.

    It-testijiet skont (1) jitwettqu fuq il-bażi tal-istruzzjoni tal-manifattur tal-magna dwar is-sorveljanza tal-komponenti u parametri tal-magna rilevanti f’kuntest ta’ emissjoni ta’ gass tal-egżost. L-istruzzjoni, li għandha tkun magħmula mill-manifattur u approvata minn awtorità kompetenti, għandha tispeċifika l-komponenti rilevanti tal-egżost kif ukoll l-aġġustamenti u l-parametri, li bihom tista’ tiġi preżunta l-konformità kontinwa mal-valuri ta’ limitu ta’ emissjoni ta’ gass tal-egżost. L-istruzzjoni tinkludi mill-inqas id-dettalji li ġejjin:

    (a)

    it-tip ta’ magna u, fejn xieraq, grupp ta’ magni b’indikazzjoni ta’ output nominali u ta’ veloċità nominali;

    (b)

    il-lista tal-komponenti u parametri tal-magna rilevanti f’kuntest ta’ emissjoni ta’ gass tal-egżost;

    (ċ)

    karatteristiċi ċari li jidentifikaw il-komponenti rilevanti permessi f’kuntest ta’ emissjoni ta’ gass tal-egżost (eż. numri tal-partijiet li jidhru fuq il-komponenti);

    (d)

    parametri tal-magna rilevanti f’kuntest ta’ emissjoni ta’ gass tal-egżost bħall-issettjar ta’ firxiet għall-ħin tal-injezzjoni, temperatura tat-tkessiħ tal-ilma permessa, kontropressjoni massima tal-gass tal-egżost, eċċ.

    F’każ ta’ magni mgħammra b’sistemi ta’ trattament tal-gass tal-egżost, l-istruzzjoni għandha tinkludi wkoll proċeduri li jivverifikaw li din is-sitema ta’ trattament qed topera b’mod effiċjenti.

    4.

    L-installazzjoni ta’ magni f’bastiment għandha tkun konformi mar-restrizzjonijiet stabbiliti fl-ambitu tal-approvazzjoni tat-tip. Barra minn hekk, id-dipressjoni fid-dħul u l-kontropressjoni tal-gass tal-egżost m’għandhomx ikunu ogħla mill-valuri indikati għall-magna approvata.

    5.

    Jekk il-magni li qed ikunu installati abbord jappartjenu lil gruppi ta’ magni, ma jistgħux jitwettqu riaġġustamenti jew modifiki li jistgħu jaffettawaw b’mod negattiv il-gass tal-egżost u l-emissjonijiet ta’ partikoli jew li jinstabu barra mill-medda ta’ aġġustamenti proposta ma jistgħux ikunu mwettqa.

    6.

    Jekk, wara l-approvazzjoni tat-tip, hemm bżonn li jkunu magħmula riaġġustamenti jew modifikazzjonijiet fil-magna, dawn għandhom jitniżżlu b’mod preċiż fil-protokoll tal-parametri tal-magna.

    7.

    Jekk l-installazzjoni u t-testijiet intermedji juru li, fir-rigward tal-parametri, komponenti u karatteristiċi aġġustabbli tagħhom, il-magni installati abbord huma konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-istruzzjonijiet skont l-Artikolu 8a.01(17), allura jista’ jkun preżunt li l-gass tal-egżost u l-emissjonijiet tal-partikoli mill-magni huma konformi wkoll mal-valuri ta’ limitu bażiċi.

    8.

    Meta magna tkun kisbet approvazzjoni tat-tip, l-awtorità kompetenti tista’, fid-diskrezzjoni tagħha, tnaqqas it-test ta’ installazzjoni jew it-test intermedju skont dawn id-dispożizzjonijiet. Madankollu, it-test komplut għandu jitwettaq fir-rigward ta’ mill-inqas ċilindru wieħed jew magna waħda ta’ grupp ta’ magni u jista’ jkun imnaqqas biss jekk ikun hemm raġuni biex wieħed jassumi li ċ-ċilindri jew il-magni l-oħra kollha jaġixxu b’mod simili ta’ dak iċ-ċilindru jew magna li qed tkun investigata.

    Artikolu 8a.05

    Servizzi tekniċi

    1.

    Is-servizzi tekniċi għandhom ikunu konformi mal-istandard Ewropew dwar ir-rekwiżiti ġenerali għall-kompetenza ta’ laboratorji tal-ittestjar u l-kalibrazzjoni (EN ISO/IEC 17025: 2000), b’konsiderazzjoni xierqa għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    Il-manifatturi tal-magni ma jistgħux ikunu rikonoxxuti bħala servizzi tekniċi.

    (b)

    Għall-iskopijiet ta’ dan il-kapitolu, servizz tekniku jista’, bl-awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti, juża faċilitajiet barra mil-laboratorju tal-ittestjar tiegħu stess.

    (ċ)

    Jekk mitluba li jagħmlu dan mill-awtorità kompetenti, is-servizzi tekniċi għandhom juru li huma rikonoxxuti li jwettqu t-tip ta’ attivitajiet deskritti f’dan il-paragrafu fl-Unjoni Ewropea.

    (d)

    Servizzi ta’ pajjiżi terzi jistgħu jkunu notifikati biss bħala servizz tekniku rikonoxxut fil-qafas ta’ ftehim bilaterali jew multilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiż terz in kwistjoni.

    2.

    L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni rigward l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi li, flimkien mal-awtorità nazzjonali kompetenti tagħhom huma responsabbli għall-applikazzjonijiet ta’ dan il-kapitolu. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-Istati Membri.

    (1)  ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1."

    (2)  Approvazzjonijiet tat-tip alternattivi rikonoxxuti skont id-Direttiva 97/68/KE huma mniżżla fl-Anness XII, §.2 tad-Direttiva 97/68/KE.”"

    (6)

    It-titolu tal-Artikolu 10.03a għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

     

    “Sistemi ta’ tifi tan-nar installati b’mod permanenti għall-protezzjoni ta’ spazji ta’ akkomodazzjoni, kmamar tat-tmunier u spazji tal-passiġġiera.”

    (7)

    It-titolu tal-Artikolu 10.03b għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

     

    “Sistemi ta’ tifi tan-nar installati b’mod permanenti għall-protezzjoni ta’ kmamar tal-magni, kmamar tal-bojlers, u kmamar tal-pompi”

    (8)

    L-Artikolu 15.06(5)(a) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

    “(a)

    huma għandu jkollhom wisgħa netta ta’ mill-inqas 0,80 m. Jekk iwasslu għal kmamar użati minn iktar minn 80 passiġġier, huma għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet imsemmija fi (3)(d) u (e) rigward il-wisgħa tal-postijiet tal-ħruġ li jwasslu għal kurituri konnessi.”

    (9)

    L-Artikolu 15.06(8) għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    L-ittra e għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

    “(e)

    jekk siġġijiet jew bankijiet fissi huma allokati f’kamra li fiha ż-żoni tal-ġemgħa huma definiti, in-numru korrispondenti ta’ persuni m’għandux għalfejn ikun ikkunsidrat fil-kalkolu taż-żona totali ta’ żoni tal-ġemgħa skont (a). Madankollu, in-numru ta’ persuni li għalihom siġġijiet jew bankijiet fissi f’ċertu kamra huma kkunsidrati m’għandux ikun ogħla min-numru ta’ persuni li għalihom huma disponibbli żoni tal-ġemgħa f’din il-kamra;”

    (b)

    L-ittra f għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

    “(f)

    mezzi ta’ salvataġġ għandhom ikunu aċċessibbli faċilment miż-żoni ta’ evakwazzjoni;”

    (ċ)

    L-ittra g għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

    “(g)

    għandu jkun possibbli li n-nies ikunu evakwati b’mod sikur minn dawn iż-żoni ta’ evakwazzjoni, billi jintużaw iż-żewġ naħat tal-bastiment;”

    (d)

    L-ittra h għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

    “(h)

    iż-żoni tal-ġemgħa għandhom ikunu fuq il-linja tal-marġni;”

    (e)

    L-ittra i għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

    “(i)

    iż-żoni tal-ġemgħa u evakwazzjoni għandhom ikunu murija bħala tali fil-pjan ta’ sikurezza u ssinjalati abbord il-bastiment;”

    (f)

    L-ittra j għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

    “(j)

    id-dispożizzjonijiet ta’ (d) u (e) għandhom japplikaw ukoll għal gverti miftuħa li jkollhom żoni tal-ġemgħa definiti;”

    (g)

    L-ittra l għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

    “(l)

    madankollu, fil-każijiet kollha fejn jiġi applikat tnaqqis skont (e), (j) u (k), iż-żona totali skont (a) għandha tkun suffiċjenti għal mill-inqas 50 % tan-numru massimu ta’ passiġġieri permessi.”

    (10)

    L-Artikolu 15.08(6) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

    “6.

    Sistema ta’ ppumpjar tas-sentina b’sistema ta’ pajpijiet installata b’mod permanenti għandha tkun magħmula disponibbli.”

    (11)

    It-tabella għall-Artikolu 24.02(2) tiġi emendata kif ġej:

    (a)

    L-annotazzjoni li tirrigwarda l-Artikolu 7.02, paragrafu 5 issir l-annotazzjoni li tirrigwarda l-Artikolu 7.02 paragrafu 6.

    (b)

    L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-annotazzjoni li tirrigwarda l-Artikolu 7.04, paragrafu 2:

    “paragrafu 3

    Indikazzjoni

    Jekk m’hemmx kamra tat-tmunier maħsuba għal navigazzjoni bir-radar minn persuna waħda: N.R.C., l-iktar tard mal-ħruġ jew rinnovazzjoni taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2010

    paragrafu 9 it-tielet sentenza

    Kontroll permezz ta’ lever

    N.R.C., l-iktar tard mal-ħruġ jew rinnovazzjoni taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2010

    ir-raba’ sentenza

    Uri b’mod ċar id-direzzjoni tat-thrust

    N.R.C., l-iktar tard mal-ħruġ jew rinnovazzjoni taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2010”

    (ċ)

    L-annotazzjoni li tirrigwarda l-Artikolu 8.02 Paragrafu 4 għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

    “paragrafu 4

    Kontroll tal-konnessjonijiet tal-pajpijiet

    N.R.C., l-iktar tard mal-ħruġ jew rinnovazzjoni taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2025”

    (d)

    L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu mdaħħla wara l-annotazzjoni li tirrigwarda l-Artikolu 8.02, paragrafu 4:

    “paragrafu 5

    Sistema ta’ pajpijiet miksija

    N.R.C., l-iktar tard mal-ħruġ jew rinnovazzjoni taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2025

    paragrafu 6

    Insulazzjoni ta’ partijiet tal-magna

    N.R.C., l-iktar tard mal-ħruġ jew rinnovazzjoni taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2025”

    (e)

    L-annotazzjoni li tirrigwarda l-Artikolu 8.05, paragrafu 9 l-ewwel sentenza issir l-annotazzjoni tal-Artikolu 8.05 paragrafu 9 it-tieni sentenza.

    (f)

    L-annotazzjonijiet li ġejjin wara l-annotazzjoni li tirrigwarda l-Artikolu 8.05, paragrafu 13:

    “8.06

    Tankijiet għal żejt lubrikanti, pajpijiet u aċċessorji

    N.R.C., l-iktar tard mal-ħruġ jew rinnovazzjoni taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2045

    8.07

    Tankijiet għal żjut fis-sistemi ta’ trasmissjoni ta’ enerġija, sistemi ta’ kontroll u attivazzjoni u sistemi ta’ tisħin, pajpijiet u aċċessorji

    N.R.C., l-iktar tard mal-ħruġ jew rinnovazzjoni taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2045”

    (g)

    L-annotazzjoni li tirrigwarda l-Kapitolu 8a għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

     

    “KAPITOLU 8a

     

    8a.02(2) u (3)

    Konformità mar-rekwiżiti/valuri ta’ limitu ta’ emissjoni ta’ gass tal-egżost

    Ir-regolamenti ma japplikawx

    (a)

    għal magni, li kienu installati qabel l-1.1.2003 u

    (b)

    għal magni ta’ skambju, li sal-31.12.2011 huma installati abbord bastimenti li kienu joperaw fl-1.1.2002

    Għal magni li kienu installati

    (a)

    f’bastimenti bejn l-1.1.2003 u l-1.7.2007 il-valuri ta’ limitu ta’ gass tal-egżost kif imsemmija fl-Anness XIV tad-Direttiva 97/68 japplikaw;

    (b)

    f’bastimenti jew f’makkinarju abbord wara t-30.6.2007 l-valuri ta’ limitu ta’ gass tal-egżost kif imsemmija fl-Anness XV tad-Direttiva 97/68 japplikaw

    Ir-rekwiżiti għall-kategoriji:

    (aa)

    V għal magni ta’ propulsjoni u għal magni awżiljari ta’ iktar minn 560 kW u

    (bb)

    D, E, F, G, H, I, J, K għal magni awżiljari tad-Direttiva 97/68/KE japplikaw bħala ekwivalenti”

    (h)

    L-annotazzjoni li tirrigwarda l-Artikolu 9.15, paragrafu 9 issir l-annotazzjoni għall-Artikolu 9.15, paragrafu 10.

    (i)

    L-annotazzjoni li ġejja tiddaħħal wara t-titolu “KAPITOLU 15”:

    “15.01(1)(c)

    Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 8.08 (2) it-tieni sentenza

    N.R.C., l-iktar tard mal-ħruġ jew rinnovazzjoni taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2007”

    (j)

    L-annotazzjoni li tirrigwarda l-Artikolu 15.01, paragrafu 1 (d) għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

    “(d)

    Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 9.14 Paragrafu 3 it-tieni sentenza għal rati ta’ vultaġġ ta’ iktar minn 50 V

    N.R.C., l-iktar tard mal-ħruġ jew rinnovazzjoni taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2010”

    (12)

    It-tabella tal-Artikolu 24.06(5) tiġi emendata kif ġej:

    (a)

    L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-annotazzjoni li tirrigwarda l-Artikolu 7.02(2):

    “7.04(3)

    Indikazzjoni

    Jekk m’hemmx wheelhouse maħsuba għal navigazzjoni bir-radar minn persuna waħda: N.R.C., l-iktar tard mal-ħruġ jew rinnovazzjoni taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2010

    1.4.2007

    paragrafu 9, it-tielet sentenza

    Kontroll permezz ta’ lever

    N.R.C., l-iktar tard mal-ħruġ jew rinnovazzjoni taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2010

    1.4.2007

    ir-raba’ sentenza

    Projbizzjoni tal-indikazzjoni tad-direzzjoni tal-ġett

    N.R.C., l-iktar tard mal-ħruġ jew rinnovazzjoni taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2010

    1.4.2007”

    (b)

    L-annotazzjoni li tirrigwarda l-Artikolu 8.02(4) għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

    “8.02(4)

    Kontroll tal-konnessjonijiet tal-pajpijiet

    N.R.C., l-iktar tard mal-ħruġ jew rinnovazzjoni taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-2025

    1.4.2007”

    (ċ)

    L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-annotazzjoni li tirrigwarda l-Artikolu 8.02(4):

    “paragrafu 5

    Sistema ta’ pajpijiet miksija

    N.R.C., l-iktar tard mal-ħruġ jew rinnovazzjoni taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2025

    1.4.2007

    paragrafu 6

    Insulazzjoni ta’ partijiet tal-magna

    N.R.C., l-iktar tard mal-ħruġ jew rinnovazzjoni taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2025

    1.4.2003”

    (d)

    L-annotazzjoni li tirrigwarda l-Artikolu 8.05(9) l-ewwel sentenza ssir l-annotazzjoni li tirrigwarda l-Artikolu 8.05(9) it-tieni sentenza.

    (e)

    L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-annotazzjoni li tirrigwarda l-Artikolu 8.05, paragrafu 13:

    “8.06

    Tankijiet għal żejt lubrikanti, pajpijiet u aċċessorji

    N.R.C., l-iktar tard mal-ħruġ jew rinnovazzjoni taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2045

    1.4.2007

    8.07

    Tankijiet għal żjut f’sistemi ta’ trasmissjoni ta’ enerġija, sistemi ta’ kontroll u attivazzjoni u sistemi ta’ tisħin, pajpijiet u aċċessorji

    N.R.C., l-iktar tard mal-ħruġ jew rinnovazzjoni taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2045

    1.4.2007”

    (f)

    L-annotazzjoni li tirrigwarda l-Kapitolu 8a għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

     

    “KAPITOLU 8a

     

     

     

     

    Ir-regolamenti ma japplikawx

    (a)

    għal magni, li kienu installati qabel l-1.1.2003 u

    (b)

    għal magni ta’ skambju, li sal-31.12.2011 huma installati abbord bastimenti li kienu qed joperaw fl-1.1.2002

    1.1.2002

    8a.02(2) u (3)

    Konformità mar-rekwiżiti/valuri ta’ limitu tal-emissjoni ta’ gass tal-egżost

    Għal magni li kienu installati

    (a)

    f’bastimenti bejn l-1.1.2003 u l-1.7.2007 il-valuri ta’ limitu ta’ gass tal-egżost kif imsemmija fl-Anness XIV tad-Direttiva 97/68 japplikaw;

    (b)

    f’bastimenti jew f’makkinarju abbord wara t-30.6.2007 il-valuri ta’ limitu tal-gass tal-egżost kif imsemmija fl-Anness XV tad-Direttiva 97/68 japplikaw

    Ir-rekwiżiti għall-kategoriji:

    (aa)

    V għal magni ta’ propulsjoni u għal magni awżiljari ta’ iktar minn 560 kW u

    (bb)

    D, E, F, G, H, I, J, K għal magni awżiljari tad-Direttiva 97/68/KE

    japplikaw bħala ekwivalenti”

    1.7.2007

    (g)

    L-annotazzjoni li tirrigwarda l-Artikolu 15.01(1)(c) għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

    “15.01(1)(c)

    Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 8.08(2), it-tieni sentenza

    N.R.C., l-iktar tard mal-ħruġ jew rinnovazzjoni taċ-ċertifikat Komunitarju

    1.1.2006”

    (13)

    Għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej wara l-Artikolu 24.07:

    Artikolu 24.08

    Dispożizzjoni tranżizzjonali għall-Artikolu 2.18

    Meta jinħareġ ċertifikat Komunitarju għal bastiment li wara l-31 ta’ Marzu 2007 kellu ċertifikat validu tal-bastimenti skont ir-Regolament ta’ Spezzjoni tal-Bastimenti tar-Rhine, in-Numru Uniku Ewropew ta’ Identifikazzjoni tal-Bastiment diġà assenjat għandu jkun użat, u fejn xieraq kompletat billi jkun iggradat l-ewwel in-numru ‘0’.”

    (14)

    It-tabella tal-Artikolu 24a.02(2) tiġi emendata kif ġej:

    (a)

    L-annotazzjoni li tirrigwarda l-Artikolu 7.02, paragrafu 5 hija l-annotazzjoni li tirrigwarda l-Artikolu 7.02, paragrafu 6.

    (b)

    L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-annotazzjoni li tirrigwarda l-Artikolu 7.04(2):

    “paragrafu 3

    Indikazzjoni

    Jekk m’hemmx wheelhouse maħsuba għal navigazzjoni bir-radar minn persuna waħda: N.R.C., l-iktar tard mal-ħruġ jew rinnovazzjoni taċ-ċertifikat Komunitarju wara t-30 ta’ Diċembru 2024

    paragrafu 9, it-tielet sentenza

    Kontroll permezz ta’ lever

    N.R.C., l-iktar tard mal-ħruġ jew rinnovazzjoni taċ-ċertifikat Komunitarju wara t-30 ta’ Diċembru 2024

    ir-raba’ sentenza

    Projbizzjoni ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni tal-ġett

    N.R.C., l-iktar tard mal-ħruġ jew rinnovazzjoni taċ-ċertifikat Komunitarju wara t-30 ta’ Diċembru 2024”

    (ċ)

    Wara l-annotazzjoni li tirrigwarda l-Artikolu 8.02(1) l-annotazzjoni

    “paragrafu 4

    Protezzjoni ta’ partijiet tal-makkinarju

    N.R.C., l-iktar tard mal-ħruġ jew rinnovazzjoni taċ-ċertifikat Komunitarju”

    għandha tiġi mibdula mill-annotazzjonijiet li ġejjin:

    “(4)

    Kontroll tal-konnessjonijiet tal-pajpijiet

    N.R.C., l-iktar tard mal-ħruġ jew rinnovazzjoni taċ-ċertifikat Komunitarju wara t-30 ta’ Diċembru 2024

    paragrafu 5

    Sistema ta’ pajpijiet miksija

    N.R.C., l-iktar tard mal-ħruġ jew rinnovazzjoni taċ-ċertifikat Komunitarju wara t-30 ta’ Diċembru 2024

    paragrafu 6

    Insulazzjoni ta’ partijiet tal-magna

    N.R.C., l-iktar tard mal-ħruġ jew rinnovazzjoni taċ-ċertifikat Komunitarju”

    (d)

    L-annotazzjoni li tirrigwarda l-Artikolu 8.05(7) għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

    “paragrafu 7, l-ewwel subparagrafu

    Valv li jingħalaq malajr fuq it-tank operat minn gverta, anke meta l-kmamar in kwistjoni huma magħluqa.

    N.R.C., l-iktar tard mal-ħruġ jew rinnovazzjoni taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2029”

    (e)

    L-annotazzjoni li tirrigwarda l-Artikolu 8.05(9), l-ewwel sentenza hija l-annotazzjoni għall-Artikolu 8.05(9), it-tieni sentenza.

    (f)

    L-annotazzjoni li ġejja li tirrigwarda l-Kapitolu 8a tiddaħħal wara l-annotazzjoni li tirrigwarda l-Artikolu 8.10(3):

     

    “KAPITOLU 8a

     

     

     

    Ir-regolamenti ma japplikawx għal

    (a)

    magni tal-propulsjoni u magni awżiljari b’output nominali ta’ enerġija ta’ iktar minn 560 kW tal-kategoriji li ġejjin skont l-appendiċi I taqsima 4.1.2.4 tad-Direttiva 97/68/KE:

    aa)

    V1:1 sa V1:3, li sal-31 ta’ Diċembru 2006;

    bb)

    V1:4 u V2:1 sa V2:5, li sal-31 ta’ Diċembru 2008;

    huma installati f’bastiment jew f’makkinarju abbord.

    (b)

    magni awżiljari b’output nominali ta’ enerġija sa 560 kW u veloċità varjabbli, tal-kategoriji li ġejjin skont l-Artikolu 9.4a tad-Direttiva 97/68/KE:

    aa)

    H li sal-31 ta’ Diċembru 2005;

    bb)

    I u K li sal-31 ta’ Diċembru 2006;

    cc)

    J li sal-31 ta’ Diċembru 2007;

    huma installati f’bastimenti jew f’makkinarju abbord.

    (ċ)

    magni awżiljari b’output nominali ta’ enerġija sa 560 kW u veloċità kostanti, tal-kategoriji li ġejjin skont l-Artikolu 9.4a tad-Direttiva 97/68/KE:

    aa)

    D, E, F u G li sal-31 ta’ Diċembru 2006 (*);

    bb)

    H, I u K li sal-31 ta’ Diċembru 2010;

    cc)

    J li sal-31 ta’ Diċembru 2011;

    huma installati f’bastiment jew f’makkinarju abbord.

    (d)

    magni, li jilħqu l-valuri ta’ limitu kif imsemmija fl-Anness XIV tad-Direttiva 97/68/KE u li sat-30 ta’ Ġunju 2007; huma installati f’bastimenti jew f’makkinarju abbord.

    (e)

    magni ta’ skambju, li sal-31 ta’ Diċembru tal-2011 huma installati f’bastiment jew f’makkinarju abbord sabiex jieħdu post magna li għaliha skont il-punti a) sa d) fuq imsemmija, ir-regolamenti ma japplikawx.

    Id-dati msemmija fil-paragrafi a), b), ċ) u d) għandhom ikunu posposti b’sentejn fir-rigward ta’ magni b’data ta’ produzzjoni qabel id-dati msemmija.

    (15)

    Għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej wara l-Artikolu 24a.04:

    Artikolu 24a.05

    Disposizzjoni tranżizzjonali għall-Artikolu 2.18

    L-Artikolu 24.08 għandu japplika mutatis mutandis.”

    (16)

    Fl-Appendiċi II, l-Istruzzjoni amministrativa Nru 23 għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

    Struzzjoni amministrativa Nru 23

    Applikazzjoni tal-magna koperta mill-approvazzjoni tat-tip xierqa

    (Artikolu 8a.03(1) tal-Anness II)

    1.   Introduzzjoni

    Skont l-Artikolu 8a.03(1), approvazzjonijiet tat-tip skont id-Direttiva 97/68/KE u approvazzjonijiet tat-tip, li skont id-Direttiva 97/68/KE huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti, huma rikonoxxuti, sakemm l-applikazzjoni tal-magna hija koperta mill-approvazzjoni tat-tip xierqa.

    Barra minn hekk, huwa possibbli li magni abbord bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni għandhom iservu iktar minn applikazzjoni waħda.

    Taqsima 2 ta’ din l-Istruzzjoni Amministrattiva tispjega meta l-applikazzjonijiet tal-magna jistgħu jkunu kkunsidrati bħala li huma koperti mill-approvazzjoni tat-tip xierqa. F’Taqsima 3 tingħata kjarifika rigward id-domanda dwar kif ikunu trattati magni li matul operazzjonijiet abbord ikollhom jiġu allokati għal iktar minn applikazzjoni tal-magna waħda.

    2.   Approvazzjoni tat-tip xierqa

    Applikazzjonijiet tal-magni huma kkunsidrati li huma koperti mill-approvazzjoni tat-tip xierqa jekk il-magna kienet allokata għall-approvazzjoni tat-tip fuq il-bażi tat-tabella li ġejja. Il-kategoriji tal-magni, l-istadji tal-valuri ta’ limitu u ċ-ċikli ta’ ttestjar huma indikati skont id-denominazzjonijiet tan-numru ta’ approvazzjoni tat-tip.

    Applikazzjoni tal-magna

    Bażi legali

    Kategorija tal-magna

    Stadju tal-valur ta’ limitu

    Test

    rekwiżit

    ċiklu ISO 8178

    Magni tal-propulzjoni b’karatteristiċi ta’ skrun

    I

    Direttiva 97/68/KE

    V

    IIIA

    C (3)

    E3

    RVIR

    I, II (4)

    E3

    Magni tal-propulsjoni ewlenin b’veloċità kostanti (inkluż installazzjonijiet bi propulsjoni elettrika bid-diesel u skrun ta’ pitch varjabbli)

    II

    Direttiva 97/68/KE

    V

    IIIA

    C (3)

    E2

    RVIR

    I, II (4)

    E2

    Magni awżiljari b’

    Veloċità kostanti

    III

    Direttiva 97/68/KE

    D, E, F,G

    II

    B

    D2

    H, I, J, K

    IIIA

    V (5)

    RVIR

    I, II (4)

    D2

    Veloċità kostanti u piż varjabbli

    IV

    Direttiva 97/68/KE

    D,E,F,G

    II

    A

    C 1

    H, I, J, K

    IIIA

    V (5)

    L, M, N, P

    IIIB

    Q, R

    IV

    RVIR

    I, II (4)

    C1

    3.   Applikazzjonijiet speċjali tal-magni

    3.1.

    Magni li matul operazzjonijiet abbord ikollhom jiġu allokati għal iktar minn applikazzjoni tal-magni waħda għandhom ikunu trattati kif ġej:

    (a)

    magni awżiljari li jħaddmu unitajiet jew makkinarju li, skont it-tabella fit-Taqsima 2, għandhom ikunu allokati għal applikazzjonijiet III jew IV. Hemm bżonn li jkunu kisbu approvazzjoni tat-tip għal kull waħda mill-applikazzjonijiet rispettivi stabbiliti f’din it-tabella.

    (b)

    magni ta’ propulsjoni ewlenin li jħaddmu unitajiet addizzjonali jew makkinarju għandhom bżonn biss li jkunu kisbu l-approvazzjoni tat-tip neċessarja għat-tip rilevanti ta’ propulsjoni ewlenija skont it-tabella fit-Taqsima 2, safejn l-applikazzjoni ewlenija tal-magna hija l-propulsjoni tal-bastiment. Jekk il-ħin użat mill-applikazzjoni awżiljara waħedha jaqbeż it-30 %, il-magna hemm bżonn li tkun kisbet, minbarra l-approvazzjoni tat-tip għall-applikazzjoni ta’ propulsjoni ewlenija, approvazzjoni tat-tip oħra fir-rigward tal-applikazzjoni awżiljari.

    3.2.

    Skruni tal-pruwa li jħaddmu l-magni, kemm direttament jew permezz ta’ ġeneratur b’:

    (a)

    veloċità u tagħbija tal-magna varjabbli jistgħu jiġu allokati għall-applikazzjonijiet I jew IV skont it-tabella fit-Taqsima 2;

    (b)

    veloċità ta’ magna kostanti tista’ tiġi allokata għall-applikazzjonijiet II jew III skont it-tabella fit-Taqsima 2.

    3.3.

    Il-magni għandhom ikunu installati b’output ta’ enerġija kif awtorizzata skont l-approvazzjoni tat-tip u indikati fuq il-magna permezz ta’ identifikazzjoni tat-tip. Jekk dawn il-magni ikollhom iħaddmu unitajiet jew makkinarju ta’ konsum ta’ enerġija iktar baxx, l-enerġija tista’ tkun imnaqqsa biss b’miżuri esterni għall-magna, sabiex ikun miksub il-livell ta’ enerġija neċessarju għall-applikazzjoni.”

    17.

    L-Appendiċi V li ġej jiġi miżjud:

    “Appendiċi V

    Protokoll tal-parametri tal-magna

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    (*)  Skont l-Anness I, taqsima 1 A(ii) tad-Direttiva 2004/26/KE, li temenda d-Direttiva 97/68/KE, il-limiti għal dawn il-magni awżiljari ta’ veloċità kostanti japplikaw biss minn din id-data.”

    (3)  L-applikazzjoni ‘propulsjoni ta’ bastiment b’karatteristiċi ta’ skrun’ jew ‘propulsjoni ta’ bastiment b’veloċità kostanti’ għandha tkun speċifikata fid-dokument ta’ approvazzjoni tat-tip.

    (4)  Il-valuri ta’ limitu tal-istadju II stabbiliti fil-RVIR japplikaw b’effett mill-1 ta’ Lulju 2007.

    (5)  Tapplika biss għal magni b’output nominali ta’ enerġija ta’ iktar minn 560 kW.


    ANNESS II

    Anness V Parti 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    It-tielet paragrafu tal-kumment fuq il-paġna 1 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

    “Is-sid tal-bastiment, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe tibdil fl-isem jew sjieda tal-bastiment, kwalunkwe teħid ta’ kejl mill-ġdid u kwalunkwe tibdil fin-numru ta’ reġistrazzjoni jew port tar-reġistrazzjoni, u jibgħat iċ-Ċertifikat Komunitarju lil dik l-awtorità għall-emenda.”

    (2)

    Fil-kaxxa 12 tal-mudell il-fażi introduttorja għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

    “In-numru taċ-ċertifikat (1), in-numru Ewropew uniku ta’ identifikazzjoni tal-bastiment (2), in-numru ta’ reġistrazzjoni (3) u n-numru tal-kejl (4) huma indikati bis-sinjali korrispondenti fil-lokazzjonijiet li ġejjin fuq il-bastiment”

    (3)

    Fil-kaxxa 15 tal-mudell, punt 2 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

    “2.   Couplings:

    Tip ta’ couplings: …

    Numru ta’ kejbils tal-couplings: …

    Saħħa tensili għal kull coupling lonġitudinali: … kN

    Numru ta’ couplings fuq kull naħa: …

    Tul ta’ kull kejbil tal-coupling: … m

    Saħħa tensili għal kull kejbil: … KN

    Numru ta’ tkebbibiet tal-kejbil:”

    (4)

    Kaxxa 19 tal-mudell għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

    (..) (..)

    (..) (..)

    (..)

    (..)

    “19.

    Fundar ġenerali

    m

    19b

    Fundar T

    m”

    (..)

    (5)

    Kaxxa 35 tal-mudell għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

    “(35)   Sistema tas-sentina u tad-drenaġġ

    Numru ta’ pompi tas-sentina …,

    li minnhom mogħtija l-enerġija …

    Kapaċità minima tal-pompi

    l-ewwel pompa tas-sentina … l/min

    it-tieni pompa tas-sentina … l/min”

    (6)

    Kaxxa 42 tal-mudell għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

    “42.   Tagħmir ieħor

    siegla

    skala

    skont l-Artikolu 10(2)(d) (*)

    skont l-Artikolu 15.06(12) (*)

    Tul … m

    Sistema ta’ komunikazzjoni bil-vuċi

    bilaterali alternattiva (*)

    bilaterali simultanja/telefon (*)

    konnessjoni radjutelefonika interna (*)

    ganċ tal-gaff

    sett tal-ewwel għajnuna

    par binokli

    avviż dwar is-salvataġġ

    ta’ persuni li jaqgħu l-baħar

    Radju- telefon Installazzjoni

    servizz bejn bastiment u bastiment

    servizz ta’ informazzjoni nawtika

    servizz bejn bastiment u awtorità tal-portt

    kontenituri reżistenti għan-nar

    Krejnijiet

    skont l-Artikolu 11.12(9) (*)

    krejnijiet oħra b’tagħbija utli ta’ mhux iktar minn 2 000 kg (*)”

    taraġ/sellum ta’ imbarkazzjoni (*)

     

     

    (7)

    Kaxxa 43 tal-mudell għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

    “(43)   Tagħmir ta’ tifi tan-nar

    Numru ta’ pompi għat-tifi tan-nar li jistgħu jinġarru …, pompi tan-nar …, idranti …

    Sistemi ta’ tifi tan-nar installati b’mod permanenti fl-akkomodazzjoni eċċ. Le/Numru … (*)

    Sistemi ta’ tifi tan-nar installati b’mod permanenti fil-kmamar tal-magni eċċ. Le/Numru … (*)

    Il-pompa tas-sentina mħaddma bl-enerġija tissostitwixxi pompa tan-nar … Iva/Le (*)”

    (8)

    Kaxxa 44 tal-mudell għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

    “(44)   Strumenti ta’ salvataġġ

    Numru ta’ bagi …, li minnhom bid-dawl …, bil-linja … (*)

    Ġakketta tas-salvataġġ waħda għal kull persuna li hija regolarment abbord/skont EN 395: 1998, EN 396: 1998, EN ISO 12402-3: 2006 jew EN ISO 12402-4: 2006 (*)

    Dgħajsa tal-vapur b’sett ta’ imqadef, linja ta’ ankrar waħda u ħabel tal-irbit/skont EN 1914: 1997 (*)

    Pjattaforma jew installazzjoni skont l-Artikolu 15.15(5) jew (6) (*)

    Numru, tip u sit(i) ta’ installazzjoni tat-tagħmir li jippermetti li persuni jkunu trasferiti b’mod sikur lejn ilma baxx, lejn ix-xatt jew lejn bastiment ieħor skont l-Artikolu 15.09(3) …

    Numru ta’ mezzi ta’ salvataġġ individwali għal persunal abbord il-bastiment …,

    li minnhom skont l-Artikolu 10.05(2) … (*)

    Numru ta’ mezzi ta’ salvataġġ individwali għal passiġġieri … (*)

    Mezzi ta’ salvataġġ kollettivi, fir-rigward tan-numru, ekwivalenti għal … mezzi ta’ salvataġġ individwali (*)

    Żewġ settijiet ta’ apparat tar-respirazzjoni, żewġ settijiet skont l-Artikolu 15.12(10)(b), numru ta’ … maskri ta’ kontra d-duħħan (*)

    roster tas-sikurezza u pjan tas-sikurezza murija fuq: …

    …”

    (9)

    Fil-kaxxa 52 tal-mudell, l-aħħar ringiela għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

    “Tkompli fuq paġna (*)

    Tmiem taċ-ċertifikat Komunitarju (*)”


    Top